Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5596 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dockyard/Shipbuilding/Freeport — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna ħaddiema nisa u rġiel jaħdmu fid-Dockyard, Shipbuilding u l-Freeport fulltime u part-time?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Ħaddiema fuq bażi full-time Malta Drydocks 2994 irġiel u 47 nisa Malta Shipbuilding 826 irġiel u 5 nisa Malta Freeport 513 irġiel u 40 nisa F'dawn l-azjendi m'hemmx ħaddiema, kemm irġiel kif ukoll nisa, impjegati fuq bażi part-time.
Leg 9 PQ #5597 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Fabbrika tal-Produzzjoni tal-Ħalib — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna ħaddiema nisa u rġiel jaħdmu f'fabbrika tal-produzzjoni tal-ħalib fulltime u part-time?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Malta Dairy Products Ltd., li tmexxi l-fabbrika tal-ħalib, hija kumpanija kummerċjali u għaldaqstant ma nistax nagħti l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #5598 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bhejjem — Trobbija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna ħaddiema jrabbu l-bhejjem bil-farms part-time u fulltime?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għal-Mistoqsija Parlamentari numru 5593.
Leg 9 PQ #5605 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati Superjuri — Sistema tal-master

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern hux beħsiebu jintroduċi xi innovazzjonijiet amministrattivi u/jew leġislattivi fis-sistema tal-master li qegħda titħaddem fil-Qrati Superjuri?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Gvern eżamina diversi rapporti dwar studji li saru minn mindu ġiet imwaqqfa s-sistema tal-Master u anki żamm diskussjonijiet mal-partijiet kollha nvoluti, fosthom il- Law Advisory Committee. Waqt illi jidher illi hemm ħtieġa ta' xi inizjattivi ġodda, f'dan il-qasam, il-Gvern jidhirlu li hu essenzjali li qabel xejn ikun hemm qbil mill-istituzzjonijiet kollha konċernati dwar is-suġġerimenti magħmula.
Leg 9 PQ #5606 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qorti — Problema ta' spazju

Question

Il-Prim Ministru ma jaħsibx li sabiex tiġi solvuta parzjalment il-problema ta' l-ispazju fil-qorti u sabiex tiġi evitata l-konġestjoni ta' nies fil-kuriduri tal-qorti, xi kawżi tad-distretti jibdew jinstemgħu ġewwa d-distretti minflok fil-bini tal-qorti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bħalma naħseb li diġa jaf l-Onor Interpellant, waħda mill- miżuri tal-proċess devoluzzjonarju lejn il-Kunsilli Lokali hija dik li ċerti kawżi ta' offiżi depenalizzati jibdew jinstemgħu fi tribunali li se jitwaqqfu f'diversi lokalitajiet u mhux iżjed fil-bini tal-Qorti. Ninsab infurmat li t-tħejjijiet għal dan huma fi stadju avvanzat sew.
Leg 9 PQ #5613 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Impjegati b'degree

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu fir-responsabbilta' tiegħu li jgawdu minn allowance għad-degree jew diploma li għandhom? X'inhuma s-suġġetti li huma ċċertifikati fihom? X'inhuwa x-xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Allowances li għalihom qed jirreferi l-Onor. Interpellant huma kollha regolati mid-diversi ftehim kollettiv għall-kategoriji deversi minn impjegati u dawn taħt is-superviżjoni tal-Management and Personnel Office.
Leg 9 PQ #5614 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Impjegati b'degree

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu fir-responsabbilta' tiegħu li jgawdu minn allowance għad-degree jew diploma li għandhom? X'inhuma s-suġġetti li huma ċċertifikati fihom? X'inhuwa x-xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #5615 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Impjegati b'degree

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu fir-responsabbilta' tiegħu li jgawdu minn allowance għad-degree jew diploma li għandhom? X'inhuma s-suġġetti li huma ċċertifikati fihom? X'inhuwa x-xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi hemm ħames impjegati li jgawdu minn 'qualification allowance'. Tnejn minnhom huma 'substantive teachers' u għandhom kull wieħed Lm120 fis-sena skond ftehim bejn il-Gvern u l-'Malta Union of Teachers' dwar responsabbiltajiet speċjali. It-tnejn jaqdu d-dmirijiet tagħhom fl-'Institute of Tourism Studies'. Ninsab infurmat ukoll li hemm 'lecturer' ieħor fl-'Institute of Tourism Studies' li minbarra l-Lm120 fis-sena jieħu wkoll Lm200 għax gradwat 'Bachelor of Arts'. Fl-aħħarnett hemm żewġ 'Senior Principals', it-tnejn ma' l-'Hotels and Catering Establishments Board', wieħed li għandu 'Diploma in Public Administration' u l-ieħor li għandu 'Diploma in Labour Studies'. It-tnejn għandhom Lm150 fis-sena kull wieħed.

Servizzi Ekonomiċi — Impjegati b'degree

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu li jgawdu minn allowance għad-degree jew diploma li għandhom? X'inhuma s-suġġetti li huma ċċertifikati fihom? X'inhuwa x-xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Trasport u Komunikazzjoni — Impjegati b'degree

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu li jgawdu minn allowance għad-degree jew diploma li għandhom? X'inhuma s-suġġetti li huma ċċertifikati fihom? X'inhuwa x-xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #5618 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Intern — Impjegati b'degree

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu li jgawdu minn allowance għad-degree jew diploma li għandhom? X'inhuma s-suġġetti li huma ċċertifikati fihom? X'inhuwa x-xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 16.03.99
Leg 9 PQ #5661 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Statali — Homework

Question

Jista' l-Ministru jistabilixxi l-ammont ta' homework ideali għal kull eta' fl-iskejjel ta' l-Istat?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-parir informat hu li ma jkunx għaqli li wieħed jistabbilixxi xi kwota ta' homework ideali għal ebda eta' ta' tfal, f'ebda kategorija ta' skejjel. Għal għoti ta' homework jeżistu linji ta' gwida għall-għalliema, sew fuq bażi ġenerali, kif ukoll skond is-suġġett speċifiku. Imbagħad kull skola tibni hi l-politika tagħha dwar il-homework. Din il-politika tkun ibbażata primarjament fuq il-bżonnijiet ta' l-istudenti ta' dik l-iskola u fuq in-natura ta' l-iskola nnifisha, bid-direzzjoni wkoll tal-linji ġwida. Din il-politika titfassal mill-għalliema u mill-kap ta' l-iskola, b'konsultazzjoni wkoll mal-ġenituri, u ħafna skejjel ta' l-istat daħħlu din il-politika tagħhom dwar il-homework bħala parti mill-'School Development Planning' li qegħdin jagħmlu.
Leg 9 PQ #5662 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Statali — Homework

Question

Jista' l-Ministru jgħid: 1) jekk qattx sar xi tip ta' survey fuq l-għoti ta' homework fl-iskejjel ta' l-Istat; 2) jekk fl-affermattiv, x'kienu r-riżultati ta' dan is-survey u jekk ħarġux xi konklużjonijiet dwar l-ammont, il-kwalita' u l-effiċjenza; 3) jekk fin-negattiv, il-Ministru beħsiebu jwettaq survey simili peress li minn stħarriġ li sar ħareġ ċar li s-suċċess fl-eżamijiet kien relatat direttament ma l-ammont ta' homework mogħti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'dawn l-aħħar tlett snin ma sar ebda survey ta' dan it-tip fuq skala nazzjonali. Il-fatti li għandha d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni juru li s-suċċess fl-eżamijiet huwa relatat ma' firxa sħiħa ta' ċirkostanzi, prinċipalment tagħlim effettiv.

Qrati — Imħallef Noel Arrigo

Question

Jista' l-Ministru jindika u jagħti tagħrif dettaljat ta' kemm-il proċess intilef minn quddiem l-Imħallef Noel Arrigo, minn mindu beda jassumi l-kawżi tal-master? Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħa sabiex dawn jiġu rintraċċjati?

Response (GATT, AUSTIN)

No response available.

Qrati — Kawżi pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem l-imħallef/imħallfin master? Jista' jgħid kemm minn dawn il-kawżi ġew assenjati lill-periti legali jew assistenti ġudizzjarji? Jista' jgħid kemm inqatgħu kawżi minn din il-qorti fl-1995, 1996, 1997 u 1998? Kemm minn dawn maqtugħa kienu: a) assenjati lil periti; b) kontumaċi u c) deserti?

Response (GATT, AUSTIN)

No response available.
Leg 9 PQ #5673 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Interim From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Maġistrati/imħallfin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma u liema kienu l-maġistrati u mħallfin li ngħataw xogħol ta' reviżjoni ta' atti notarili bejn l-1992 u l-1998? Jista' jgħid kemm-il att notarili ġie riferut lil kull ġudikant individwali? Jista' jgħid kemm huwa l-ħlas fuq kull att?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #5674 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Kawżi pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm baqa' kawżi pendenti quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji li għadhom lanqas ġew appuntati? Jista' jgħid kemm ġew maqtugħa? Jista' jagħti tagħrif dettaljat ta' x'rimedji ingħataw? Jista' jgħid kemm ġew kkanċellati u differiti sine die u kemm minn dawn reġgħu ġew irrapportati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

In-numru totali ta' applikazzjonijiet li daħlu quddiem it- Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji sal-11 ta' Marzu 1999 huwa 1339, tnejn minnhom għar-ritrattazzjoni. Din il-figura hija maqsuma kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Qiegħed inpoġġi wkoll fuq il-mejda tal-Kamra tagħrif fil- qosor dwar il-kawżi deċiżi kif ukoll listi tal-kawżi kanċellati, sine die u riappuntati.
Leg 9 PQ #5679 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Santa Venera — Istitut San Ġużepp - Ground

Question

Billi f'mistoqsija parlamentari numru 12824, l-Onor. Evarist Bartolo dak iż-żmien Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali qallu li "qed tiġi kkonsidrata talba biex jiġi rranġat il-wiċċ tal-ground ta' l-Istitut San Ġużepp f'Santa Venera liema talba issa ilha s-snin pendenti quddiem il-gvern, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet din il-konsiderazzjoni u jikkonsidra li għandu jirranġa dan il-ground peress li issa aktar minn qabel jinsab ta' periklu għal mijiet ta' tfal u żgħażagħ li kuljum jagħmlu użu minnu għat-taħriġ u logħob?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Club ġie mitlub jagħti aktar dettalji qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar ix-xogħlijiet li hemm bżonn isiru.
Leg 9 PQ #5680 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Hompesch Steel Co. Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux testijiet (kampjuni) ta' l-arja madwar l-operat tal-Hompesch Steel Co. Ltd ta' Ħal Tarxien? Jekk fl-affermattiv, x'kienu r-riżultati u jekk il-kampjuni tteħdux waqt it-tqattigħ tal-metall u meta r-riħ kien jonfoħ fid-direzzjoni tar-residenti tal-viċin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-24 ta' April 1997 saret l-aħħar spezzjoni fl-akkwata ta', u ġol-fabbrika ta' Hompesch Steel Company wara lment mill-ġirien ta' l-istess Kumpanija. Wara rapport li d-Dipartiment tas-Saħħa għamel lill-Kummissarju tal-Pulizija l-persuna responsabbli tressqet quddiem il-Qorti tal-Maġistrati. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li waqt l-ispezzjoni ma ttieħdux kampjuni mid-Dipartiment tas-Saħħa iżda jirriżulta li ttieħdu kampjuni mid-Dipartiment ta' l-Ambjent.