Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5469 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4759?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #5470 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4758?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #5471 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4763?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #5472 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4762?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Port Ħieles — Equipment operators

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li riċentement twaqqfu l-intervisti ta' equipment operators mal-Freeport?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5411.
Leg 9 PQ #5474 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija ssir l-operazzjoni f'saqajn it-tifel ta' 15-il sena, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, u li jbati minn diversi problemi mediċi oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nikkonferma li l-pazjent imsemmi ġie mqiegħed fuq il-waiting list ta' Mr A. Bernard fl-4 ta' Marzu 1998. Peress li jien infurmat li l-każ mhux urġenti (sakemm ma nbidlux xi ċirkustanzi - li m'għandna l-ebda prova li ggravaw), il-pazjent issirlu l-operazzjoni meta jmissu.

Bormla — Santa Liena - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li t-toroq li hemm madwar il-blocks il-ġodda ta' Santa Liena, f'Bormla jingħataw kisja peress li jinstabu fi stat diżastruż u qed ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti l-ġodda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari Nru. 3880 u ninfurmaħ illi d-Dipartiment tat-Toroq għamel stima tax-xogħol li jeħtieġ sabiex ikunu jistgħu jittieħdu passi biex l-inkonvenjent imsemmi jispiċċa.

Djar — Bormla - Triq l-Oratorju

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir inspection f'numru 78, Triq l-Oratorju, Bormla peress li din id-dar tinsab abbandunata, li minbarra li qed tkun ta' periklu għan-nies ta' l-akwati hemm ukoll ilmenti dwar ġrieden li jistgħu qed jiġu minn din id-dar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-fond indikat mhux f'idejn id-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali. 16.3.99
Leg 9 PQ #5520 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi — Żjara fil-Libja

Question

Billi fl-istampa lokali kien ġie rrapportat li xi jiem ilu kellek iżżur il-Libja, tista' tinforma lill-Kamra jekk din iż-żjara saritx u jekk iva, ma min kellek laqgħat uffiċjali u dwar liema suġġetti kienu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li din iż-żjara ġiet posposta fuq talba tal-Gvern Libjan stess, għax il-Ministri li kelli niltaqa magħhom kienu mpenjati barra l-pajjiż.

Assistenza soċjali

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għandhiex bolol tas-sigurta' soċjali neqsin għall-perjodu bejn l-1975 u l-1987? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm hemm neqsin u għal liema żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li risposta għal din id-domanda ġa inqagħtat fid-domanda numru W20. 16.3.99

Assistena soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li waslet sabiex tispiċċa mix-xogħol bl-eta', għandhiex bolol tas-sigurta' soċjali neqsin? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid ta' liema perjodu? Jista' l-Ministru jinforma lil persuna konċernata x'pensjoni se jkollha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li risposta għal din id-domanda ġa inqagħtat fid-domanda numru W21. 16.3.99
Leg 9 PQ #5531 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Investigazzjonijiet mill-MITTS

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-konklużjonijiet ta' l-investigazzjoni li saret mill-MSU (illum MITTS) dwar is-sistema tal-billing tal-Water Services Corporation, liema investigazzjoni ġiet ordnata miż-żewġ ministri preċedenti, dak tal-Kummerċ u dak tax-Xogħlijiet Pubbliċi? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tar-rapport li sar u li kien ġie ppreżentat lill-ex-ministri tal-Kummerċ u tax-Xogħlijiet Pubbliċi fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu fuq dak ir-report u jekk is-sitwazzjoni llum hijiex aġġornata skond dak ir-rapport?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Bormla — Triq il-Pellegrinaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata ftit it-triq quddiem il-flats il-ġodda fi Triq il-Pellegrinaġġ, Bormla? Jaf il-Ministru li minħabba l-istat ħażin ta' din it-triq, fejn hemm uffiċċju tal-Maltacom u l-poliklinika, qed ikun hemm konfużjoni tat-traffiku minħabba l-ipparkjar u t-tħarbit tat-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għal risposta li diġa ngħatat għal Mistoqsija ParlamentariNru. 5487.
Leg 9 PQ #5540 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Għasafar — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati għasafar, tjur, żwiemel u live stock ieħor is-sena l-oħra? X'kien il-valur tal-ħlejjaq importati f'kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru u l-valur rispettivi ta` l-Importazzjonijiet ta` għasafar, tjur, żwiemel u five stock ieħor li kienu importati matul is-sena 1998 kienu hekk: LM Żwiemel 519 176,166 Baqar 39 21,289 Tjur 65,559 53,526 Fniek 1,590 13,967 Ħamiem 2,737 8,564 Għasafar 722,024 121,679

WSC — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' konsumaturi li għandhom arretrati xi jħallsu mal-korporazzjonijiet tal-Korporazzjoni Enemalta u tal-Water Services Corporation? Kemm minn dawn huma individwi personali u kemm huma kumpanniji jew ħwienet kummerċjali? Kemm hi s-somma dovuta f'kull kategorija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent iż-żewġ korporazzjonijiet jinsabu mpenjati biex joħorġu l-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma li ilhom pendenti għal ħafna żmien. Għalhekk ma nħossx li huwa ġust li jitwaqqaf ix-xogħol li qed isir biex tinġabar l-informazzjoni mitluba. Fuq kollox kull konsumatur għandu arretrati xi jħallas u dan grazzi għad-diżgwid li ħalla warajh il-Gvern Laburista f'dan il-qasam

Pensjonanti — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' pensjonanti li għandhom xi arretrati dovuti fil-ħlasijiet tad-dawl u l-ilma u tat-telephone illum? Jista' l-Ministru jgħid kemm hi s-somma dovuta lil kull korporazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-pensjonanti kollha għandhom xi arretrati dovuti fil-ħlasijiet tad-dawl u l-ilma. Naturalment fil-biċċa l-kbira tal-każi, dan mhux tort tal-konsumatur imma grazzi għat-taħwid li l-amministrazzjoni preċedenti irnexxielha toħloq f'dan il-qasam. Dwar l-abbonati tal-Maltacom, id-database tal-Kumpanija ma tagħmilx distinzjoni bejn pensjonanti u oħrajn li mhumiex.

Impjiegi — Persuni gradwati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni tas-sess feminili llum li huma gradwati mill-Universita' u li qegħdin jaħdmu? Kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni gradwati f'kull kategorija ta' xogħol f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma żżommx statistika relatata ma' persuni li huma gradwati mill-Universita' u li qegħdin jaħdmu. 16.3.99

Persuni separati — Relief

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni separati li qegħdin fuq ir-relief illum? Kemm huma nisa u kemm irġiel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kriterju għad-dritt tal-Għajnuna Soċjali hu marbut mal-mezzi u mhux marbut mal-istat jew is-sess ta' min jagħmel it-talba, li jistgħu fost oħrajn, ikunu ommijiet mhux miżżewġa, ġenituri li jgħixu waħdehom jew persuni separati li jgħixu waħdehom. Meta d-dritt jiġi stabbilit, in-numru ta' persuni fil-familja jkun rifless fir-rata applikabbli skond kif jidher f'Taqsima I tas-VI Skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318). Għalhekk ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika separata li turi jekk dawk li japplikaw għall-Għajnuna Soċjali humiex persuni separati, nisa jew irġiel. 16.3.99
Leg 9 PQ #5594 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Settur tas-Sajd — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna ħaddiema jaħdmu fis-settur tas-sajd, fulltime u part-time?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għal-Mistoqsija Parlamentari numru 5593.