Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-Belt Valletta, il-Furjana, il-Ħamrun u tal-Pieta li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa Ħal Balzan, Birkirkara u Ħal-Lija li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa Pembroke, San Ġiljan, Tas-Sliema, is-Swieqi u l-Madliena li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonantii ġewwa l-Għargħur, l-Iklin, il-Mosta u n-Naxxar li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-Gudja, il-Marsa, Raħal Ġdid, Santa Luċija u Ħal Tarxien li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-Imdina, il-Mellieħa, il-Manikata, l-Imġarr, ir-Rabat u San Pawl il-Baħar li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99

MMA — Reġistrazzjoni ta' vapur

Question

Il-vapur b'reġistrazzjoni Maltija - Simon de Danisen - li nqabad mill-awtoritajiet Ingliżi b'ammont kbir ta' droga, meta ġie reġistrat f'Malta għall-ewel darba? Meta ġie reġistrat l-ewwel darba ta' liema sidien kien? Dan il-vapur inbiegħ u lil min? Kopja tal-kuntratt ta' bejgħ ġie depositat ma' l-Awtorita' Marittima? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-bastiment `Simon De Danser` ġie reġistrat f`Malta l-ewwel darba fil-21 ta` Marzu 1997 f`isem Delfin Shipping Company Limited. Minn dak in-nhar `l hawn ma ġie reġistrat l-ebda bejgħ. Kopja ta` l-Att tal-Bejgħ ġiet depożitata mar-Reġistratur tal-Bastimenti. Dan huwa dokument ta` natura kemmerċjali u privata u għalhekk ma jidhirlix li nista` nilqa` t-talba ta` l-Onor. Interpellant, biex il-kuntratt jitqiegħed fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #4825 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' membri fil-Korp tal-Pulizja llum? Imqassmin f'ranks, kemm hemm minnhom li għalqu l-25 sena servizz u b'hekk jistgħu jitilqu meta jridu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-complement preżenti tal-Korp tal-Pulizija huwa ta' 1,751. Il-membri tal-Korp li għalqu il-25 sena servizz huma kif ġej : - GRAD NUMRU ---- ----- Kummissarju 1 Assistent Kummissarju 2 Supretendent 5 Spettur 7 Surġent Maġġur 3 Surġent 24 Kuntistabbli 53 16.03.99

Impjiegi — Ħaddiema fulltime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fuq bażi fulltime li huma reġistrati bħala fuq kuntratt definit? F'liema oqsma jinstabu? Meta persuna titqiegħed fuq kuntratt definit u dan jiġi awtomatikament imġedded sena wara l-oħra, mingħajr ma jsir kuntratt ġdid jew xi forma ta' ittra, il-kuntratt oriġinali jista' qatt isir wieħed indefinit meta jgħaddi ċertu żmien? Japprezza l-Ministru li hawn min ilu ħamsa u anke għaxar snin fuq kuntratt definit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li preżentement il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma żżommx l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru fl-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija tiegħu. Iżda, meta fil-futur qarib il-Korporazzjoni taqleb għal sistema ġdida ta' komputeriżżazzjoni, l-informazzjoni mitluba tkun tista' tinġabar ukoll. Rigward il-punti l-oħra li qajjem l-Onor. Membru, rrid ngħid li fil-preżent kuntratt definit jista' jiġġedded minn sena għall-oħra permezz ta' klawsola fil-kuntratt oriġinali miftiehem bejn l-impjegat u min iħaddem. Sakemm il-kundizzjonijiet tax-xogħol ikunu skond il-liġi, m'hemm xejn xi jżomm li jkun hemm kuntratti definiti li jtawwlu għal bosta snin. 16.3.99

Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux xi kumpanniji/organizzazzjonijiet li jħaddmu nies part-time li ma jaqgħux taħt l-ebda wages order u b'hekk ikunu huma li jistabilixxu kemm ġranet ta' btala, sick leave, eċċ. jingħata lill-ħaddiem? Huwa possibbli li din il-ħaġa tiġi rranġata b'mod li kull min hu part-time ikollu benefiċċji bħal dawn stabiliti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ħaddiema "part-time" huma ntitolati għal porzjon "pro rata" għal "leave" skond il-kundizzjonijiet magħrufa ta' l-impieg ta' l-impjegati "whole-time". Ditti ta' "Cleaning Services, Security Services" u "Broadcasting Stations" ma jaqgħux taħt "Wages Councils" u għalhekk m'humiex koperti b'benefiċċji oħrajn minbarra paga minima, u "leave" b'vaganza. Ma jfissirx li kull min hu mpjegat ma' dawn id-ditti ma jgawdix kundizzjonijiet tajba. Kundizzjonijiet miftehma taħt "Collective Agreement" ma' ditti ta' dawn it-tip huma tajbin. Qiegħed inżomm konsultazzjjonijiet, permezz ta' l-uffiċjali tiegħi, ma' l-imseħbin kollha, sabiex fejn hu possibbli jitjiebu r-relazzjonijiet bejn il-ħaddiema u min iħaddem, speċjalment fejn jidħlu il-kundizzjonijiet tax-xogħol. 16.3.99

Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix politika nazzjonali biex sidien ta' fabbriki, kumpanniji, eċċ, iħarsu b'mod pożittiv lejn l-impjegati tagħhom li jkollhom problemi ta' droga u alkoħol? Peress li huwa kemm fl-interess tas-sid kif ukoll tal-ħaddiem li jabbuża li jsir il-fejqan meħtieġ u li dan il-ħaddiem ma jingħatax xogħol perikoluż, ma jaħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien li bl-għajnuna ta' kulħadd issir xi ħaġa fuq dawn il-linji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Naqbel perfettament li dan l-aspett partikolari tal-ġlieda kontra l-abbuż mill-alkoħol u d-droga jistħoqqlu ħafna aktar attenzjoni. Fil-fatt, jien infurmat li minn riċerka li kienet wettqet l-Aġenzija Sedqa fost għadd ta' kumpaniji f'setturi ndustrijali differenti ftit ta' snin ilu, jidher li din il-problema għadha mhux qed tingħata l-importanza meħtieġa. Nittama li meta l-qafas ko-ordinattiv nazzjonali dwar l-abbuż mill-akoħol u d-droga jiġi ċċarat, din il-problema tiġi ndirizzata. Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Nru. 4277. 16.3.99

EU — Raba' Protokol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm se jkun hemm fondi mir-Raba' Protokol ma' l-Unjoni Ewropea mġedded sa l-aħħar ta' l-1999? F'liema proġetti se jintnefqu dawn il-fondi? Kemm se jintnefqu fuq kull proġett? X'passi qed jittieħdu biex niżguraw li dawn il-fondi jintnefqu b'mod effettiv għal pajjiżna?

Response (MARCO, GUIDO DE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #4885 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux jaċċetta separazzjoni bonarja għal finijiet tat-taxxa fuq id-dħul, fil-każ ta' separati fejn jiġu mitluba jagħtu prova tal-manteniment li jkunu qed iħallsu? Id-dipartiment qed jinsisti li jkun digriet tal-qorti li jafferma li veru qed jitħallas manteniment lill-parti l-oħra? Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment hux jikkonsidra li jbiddel din il-policy? Jekk le, għaliex?

Response (DALLI, JOHN)

It-tnaqqis għal ħlas ta` manteniment f`każ ta` persuni separati għal skop tat-taxxa fuq l-income hu regolat bl-artikolu 14A ta` l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Kap. 123) li jispeċifika li l-ammont, irid ikun determinat mill-Qrati ta` Malta u li l-ħlas isir skond din l-ordni. Għalhekk it-tnaqqis li jista` jsir għandu jkun konformi ma` dawn il-provvedimenti. Wieħed irid japprezza li t-tnaqqis li qed tipprovdi l-liġi skond il-provvedimenti eżistenti huwa sostanzjali ħafna għax jista` jkun ta` eluf ta` liri fis-sena, meta fil-passat kien kemm kien l-ammont ta` ħlas għall-manteniment, it-tnaqqis li seta` jsir ma kellu qatt jeċċedi l-Lm165 fis-sena f`termini ta` taxxa (jew bejn Lm470 u Lm1100 bħala manteniment skond ir-rata tat-taxxa ta` l-individwu). Għalkemm dejjem jista` jkun hemm lok għal tibdil u titjib hu dover ta` kull aministrazzjoni li tieħu l-miżuri u s-salvagwardji neċessarji kontra kull possibilita` ta` abbużi.

Pensjonijiet

Question

Ma jidhirlux il-Ministru li wasal iż-żmien li tinbidel il-liġi tas-sigurta' soċjali biex tagħti assigurazzjoni lil nisa pensjonanti u li m'humiex qed jiġu mantnuti diċentement minn żwieġhom pensjonanti li meta jitolbu li l-pensjoni għandha tinqasam bejn it-tnejn, dawn tingħata lilhom bi dritt? Jekk fl-affermattiv, meta se jiġri dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Taħt l-Iskema Mhux Kontributorja, fil-każ ta' Pensjoni ta' l-Eta', il-liġi tipprovdi li koppja miżżewġa titħallas b'rata individwali lil kull wieħed mill-konjugi. B'hekk, pensjonanta mara qed titħallas rata ta' pensjoni f'isimha personali mingħajr il-ħtieġa li r-rata ta' pensjoni tinqasam. Dan jista' jsir għaliex taħt l-Iskema Mhux Kontributorja ma hemm l-ebda fattur ta' assikurazzjoni f'każ ta' xi kontinġenza marbut mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet. Taħt l-Iskema Kontributorja li hi marbuta mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet, il-persuna assigurata taħt l-Iskema hi dik il-persuna li tkun qed tħallas il-kontribuzzjoni. Dan ifisser li l-persuna assigurata hi koperta għal diversi kontinġenzi, bħalma hu mard, qagħad, korriment, invalidita' u rtirar. B'hekk l-assikurazzjoni fil-prinċipju qed tkopri l-persuna assigurata u mhux lil martu. B'danakollu, f'każ tar-romol, għalkemm dawn mhumiex assigurati f'isimhom, il-liġi tipprovdi li jekk żewġhom kien assigurat, dawn jidħlu bid-dritt għal pensjoni tar-Romol. Fiċ-ċirkostanzi li qed nispjega, filwaqt li nifhem l-ispirtu li hemm fis-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant, jidher ċar li jkun jinħtieġ studju dwar x'effett jista' jkollu fuq il prinċipju ta' assikurazzjoni f'każ li tiġi fis-seħħ emenda kif mitluba. Effettivament, f'ħafna pajjiżi li għandhom skemi kontributorji bħal tagħna qed isir studju dwar l-effett li ċaqlieq fil-prinċipji bażiċi ta' assikurazzjoni, minn wieħed ta' dritt personali għal dritt li jintiret minn dipendenti, jista' jkollu. Dan qed isir fid-dawl ta' l-emanċipazzjoni tal-mara b'konsegwenza tal-parteċipazzjoni tagħha fid-dinja tax-xogħol. 16.3.99
Leg 9 PQ #4909 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Xgħajra — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru, in vista tar-risposti mogħtija għad-domandi parlamentari numri 962, 1997 u 3534 rigward il-problema tad-drenaġġ fix-Xgħajra, jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba ġietx installata sistema fil-manholes li permezz tagħha dawn jinfetħu minn uffiċjali tad-dipartiment iżda ma jkunux jistgħu jinfetħu minn terzi persuni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma teżisti ebda sistema li permezz tagħha l-manholes installati fil-preżent jinfetħu biss mill-ħaddiema tad-Dipartiment u ma jkunux jistgħu jinfetħu minn terzi persuni. Għandu jiġi nnotat ukoll illi l-operaturi privati tal-bowsers għandhom 'discharge points' indikati lilhom biex ibattlu fihom id-drenaġġ. Jekk dawn ibattlu fejn mhux indikat, dawn għandhom jiġu mħarka minn tas-sanita'.

Qrati Superjuri — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk kemm-il darba huwiex qed jiġi kkonsidrat li jiżdiedu l-impjegati li jaħdmu fil-Qrati Superjuri u Inferjuri?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi bħalissa qed isir studju mill-MEU dwar l-amministrazzjoni kollha tal-Qorti. Il-kwestjoni dwar il- possibbilta' ta' żieda fin-numru ta' impjegati fil-Qrati tiġi kkunsidrata fid-dawl tar-rapport li tagħmel l-MEU. Nista' inżid li n-numru ta' persuni mpjegati fil-Qorti huwa attwalment ta' 306.

Fgura — Triq San Mikiel

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġiet tiswa l-ispiża għat-tiswija ta' Triq San Mikiel fil-konfini bejn il-Fgura u Raħal Ġdid?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli huma korpi statutorji ta' Gvern lokali. Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill konċernat.
Leg 9 PQ #4912 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Stabbilimenti Liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex minnu li kuntrarjament għall-prattika s'issa segwita, l-istabbilimenti liċenzjati għal Casino se jingħataw permess sabiex jaħdmu wkoll fid-Duluri, Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat peress li llum il-liċenzji jinħarġu mill-Gaming Board imwaqqaf bl-Att X ta' l-1998. 16.03.99

Maltacom plc — Customer Service Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-compliment ta' Customer Service Officers - Branch Operations qabel ma ngħataw il-ħatra l-erba' Customer Service Assistants fl-24 ta' Diċembru, 1998? Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-compliment illum? Jekk kien hemm xi żieda fih dan kif jiġġustifika meta hu fatt magħruf li hi intenzjoni tal-Maltacom plc li tagħlaq xi fergħat minn tagħha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-compliment ta' Customer Service Officers qabel l-24 ta' Diċembru 1998 kien ta' 28, esklużi tnejn li qed jagħmlu xogħol ta' Administration Customer Service Officers u mhumiex fir-roster. Illum, esklużi t-tnejn imsemmija, il-compliment huwa ta' 32. Tajjeb jingħad li kien fl-interess tal-Kumpanija li jinħatru l-4 Customer Service Officers, li qabel kellhom il-grad ta' Customer Service Assistants u li l-ħatra tingħata b'effett mit-28 ta' Mejju 1998. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fergħa tal-Maltacom li ngħalqet kienet għal-raġunijiet indipendenti mill-Kumpanija.

Maltacom — Customer Care Services

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4186, il-Customer Service Officers kollha, jiġifieri 32 iddaħħlu fir-roster konċernati ... Għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid: (a) x'kienet din il-ħtieġa li l-Customer Service Officers wettqu l-ħidma ta' Customer Service Assistants; (b) x'kienu r-raġunijiet indipendenti mill-Maltacom biex CSO ma jibqgħux jagħtu s-servizz tagħhom fil-post ta' qabel; (c) il-Ministru huwa infurmat li l-ftehim ma' l-Unjoni sar mingħajr il-kunsens ta' l-impjegati konċernati; u (d) il-ftehim imsemmi huwa wieħed permanenti jew temporanju u jekk hu temporanju għal kemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Customer Service Officers, li għalihom qed tirreferi l-Onorevoli Interpellant. ma setgħux jibqgħu jagħtu s-servizzi tagħhom fil-fergħa li kienu fiha qabel, wara li l-istess fergħa ingħalqet għal raġunijiet indipendenti mill-Kumpanija. Dawn ir-raġunijiet huma ta' natura ġudizzjarja. Jiena nfurmat li r-rappreżentanti tal-Customer Service Officers kienu preżenti meta ntlaħaq ftehim temporanju bejn il-Kumpanija u l-Union dwar ir-roster il-ġdida li qed jaħdmu bħalissa. Fil-preżent għaddejjin negozjati bejn il-Kumpanija u l-Union dwar roster ġdida.