Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35373 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista’ il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35226: Jista' jgħid kemm daħlu ħaddiema ġodda mal-Maltacom f'dawn l-aħħar 4 snin, sena b'sena, sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar erba' snin tal-Maltacom ġew ingaġġati wieħed u disgħin impjegat ġdid bejn ħaddiema fuq bażi permanenti, dawk fuq bażi temporanja u studenti\trainees. Dawn ġew ingaġġati kif ġej: SENA BAŻI BAŻI STUDENTI/ TOTAL PERMANENTI TEMPORANJA TRAINEES 1999 3 4 0 7 2000 4 0 4 8 2001 63 0 7 70 2002 3 3 0 6 TOTAL 73 7 11 91 Tajjeb jingħad li: 1. Mit-63 ħaddiem impjegati fuq bażi permanenti matul l-2001, 62 kienu impresset drivers. 2. Mit-73 ħaddiem impjegati fuq bażi permanenti, 27 temmew l-impjieg tagħhom. 3. Mis-7 ħaddiema impjegati fuq bażi temporanja, 4 temmew l-impjieg. It-3 ħaddiema l-oħra jaħdmu fuq bażi ta' 20 siegħa fil-ġimgħa u l-impjieg tagħhom jista' jiġi terminat f'kull ħin. 4. Fil-każ ta' l-istudenti/trainess, il-kumpanija mhix kommessa li timpjeghom wara li jtemmu l-apprentistat tagħhom.
Leg 9 PQ #35374 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċina

Question

Jista’ il-Ministru jagħti informazzjoni jekk il-mediċina Dibenyline waqfitx tingħata fuq l-ischedule V u jekk waqfet fuq liema kriterji u hemmx il-ħsieb li terġa tiddaħħal?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-mediċina phenoxybenzamine (Dibenyline) kienet inkluża fil-Formularju tad-Dipartiment tas-Saħħa għat-trattament tal-'benign prostatic hypetrophy'. Fuq talba tal-konsulenti kkonċernati d-Drug and Therapeutics Committee irrakomanda li minflok il-phenoxybenzamine tintuża 'selective alpha blocker' u kif ġie speċifikat fiċ-Ċirkulari tad-Dipartiment ts-Saħħa numru 200/02 li ntbagħat lit-tobba kollha huwa rakommandat li l-pazjenti li kienu jieħdu l-phenoxybenzamine jinqalbu fuq id-Doxazosin. Il-kundizzjoni 'benign prostatic hypertrophy' mhix fost il-mard kroniku speċifikat fuq Schedule V, pero`, pazjenti li għandhom kartuna roża huma ntitolati għat-trattament ta` din il-kundizzjoni.

Marsascala — Triq l-Imriekeb

Question

Jista’ il-Ministru jgħid meta se ssir Triq l-Imriekeb, ġewwa Marsaskala, peress li din issa hi mibnija iktar minn 80% u fiha s-servizzi kollha u qatt ma ġiet mogħtija asphalt surfacing?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi t-tender tat-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant ġiet aġġiudikata u d- Direttorat lesta d-diskussjonijiet u l-koordinazzjoni ma' l- Utilities dwar il-ħtiġijiet tagħhom għat-tqegħid ta' servizzi fit-triq imsemmija. Għalhekk il-kuntrattur mistenni jibda' x-xogħol fiż-żmien qrib.
Leg 9 PQ #35376 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Ward Clerks

Question

Jista’ il-Ministru jgħid meta se jiddaħħlu ward clerks mad-dipartiment tas-saħħa u kemm fin-numru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li wara sejħa mill-Management & Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'Diċembru tas-sena 2001 għall-mili ta' vakanzi fil-grad ta' Ward Clerical Assistant fid-Diviżjoni tas-Saħħa, tliet kandidati kienu għaddew b'suċċess l-eżami kompetittiv li kien sar. Sussegwentement, tnejn minn dawn it-tliet kandidati aċċettaw il-kariga. Fit-8 ta' Lulju 2002 inħarġet sejħa oħra sabiex jimtlew tnejn u erbgħin (42) vakanza f'dan il-grad. Dan il-proċess għadu għaddej.
Leg 9 PQ #35378 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Health Care Assistants

Question

Jista’ il-Ministru jgħid meta se jiddaħħlu health care assistants biex jaħdmu fl-isptarijiet tal-gvern mad-dipartiment tas-saħħa, u kemm fin-numru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li s-sejħa għall-mili ta' vakanzi fil-grad ta' Assistant Care Workers fid-Diviżjoni tas-Saħħa għadha qed tiġi pproċessata mill-Management & Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #35379 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kordin

Question

Jista’ il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jiddaħħlu gwardjani fil-faċilita’ korrettiva ta’ Kordin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi diġa` saret it-talba għal ingaġġ ta` uffiċjali korrettivi mid-dipartiment ikkonċernat iżda deċiżjoni finali tittieħed iktar tard.
Leg 9 PQ #35381 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħal Luqa — Skola Primarja

Question

Jista’ il-Ministru jgħid għaliex xogħol ta’ kostruzzjoni fl-iskola primarja ta’ Ħal Luqa ilu wieqaf aktar minn erba’ ġimgħat? Peress li dan il-waqfien se jfixkel u jipposponi l-użu ta’ l-iskola mill-istudenti, jista’ jgħid x’miżuri ġodda ġew ippjanati? Jikkonferma lil-kuntrttur li kien qed jaħdem fuq l-istess skola ġie trasferit biex jaħdem fuq skola oħra? Jekk iva, jista’ jgħid liema hija l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kuntrattur li qiegħed jesegwixxi x-xogħlijiet fl-Iskola Primarja ta' Ħal-Luqa waqaf għax-shut down annwali tiegħu. Wara li reġa' rritorna fuq il-lant kompla bix-xogħlijiet u qiegħed jaħdem skond il-programm miftiehem. Mhux minnu li l-kuntrattur ġie trasferit biex jaħdem fi skola oħra.
Leg 9 PQ #35382 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista’ il-Ministru jgħid liema huma l-korsijiet f’MCAST li ġew eżawriti u ma jistgħux jilqgħu aktar studenti? X’linji gwida qed jingħataw dawk l-istudenti li l-għażla tagħhom ma ġietx milqugħha u għalhekk jinsabu pjuttost konfużi dwar l-għażla tal-karriera tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-applikazzjonijiet għadhom qed jintlaqgħu, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra. Sadanitant nirreferi l-Onor. Kollega għall-Prospektus pubblikat li jistabilixxi l-kriterji li fuqhom issir l-għażla. Hekk kif il-proċess ikun komplet ir-riżultati jiġu pubblikati.
Leg 9 PQ #35383 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

FOI

Question

Peress li l-FOI stqarret li t-tneħħija tal-levies ma ġietx kompensata b’xi għajnuna lill-industrija li topera ġo pajjiżna, jista’ il-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tad-dipartiment biex jagħtu appoġġ lil dawk l-industrija milquta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Huwa fatt li matul dawn l-aħħar erba' snin kważi l-attivita' kollha ta' l-IPSE kienet maħsuba biex tipprovdi assistenza lil dawk il-kumpaniji milquta mit-tneħħija tal-levies. Fil-bidu din l-assistenza kienet indirizzata prinċipalment lejn min jimmanifattura prodotti industrijali. Illum l-iskemi kollha imfassla mill-IPSE ġew estiżi ukoll sabiex minnhom jibbenefikaw azjendi fil-qasam agro-industrijali. L-operat ta' l-IPSE jinkludi wkoll djalogu kontinwu mal-korpi kostitwiti li huma rappreżentati direttament fuq il-board ta' l-istess IPSE, b'mod li l-assistenza offruta lill-industrija lokali qed tkompli tiġi irfinuta progressivament. B'hekk din l-assistenza tkun dejjem aktar effettiva sabiex twassal għar-ristrutturar meħtieġ u mixtieq. Tajjeb li wieħed isemmi wkoll li fil-każ ta' l-ipproċessar ta' numru ta' prodotti agro-industrijali, il-produtturi konċernati qed jibbenefikaw minn għajnuna teknika mill-Ministeru ta' l-Agrikultura u Sajd. Huma jikkwalifikaw ukoll għal għajnuna finanzjarja taħt skemi imħabbra mill-istess Ministeru bħala parti minn programm magħruf bħala Special Market Policy Programme for Maltese Agriculture.
Leg 9 PQ #35384 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Interim From: CHARLES MANGION To: Ministeru tat-Turiżmu

NTO

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’kienu għas-sajf u x’inhuma għall-ħarifa l-inizjattivi ta’ pubbliċita’ li l-NTO qed tieħu ġewwa r-Renju Unit u s-swieq prinċipali Ewropej? Jista’ jgħid jekk saritx xi analisi tar-riżultat milħuq dwar l-inizjattivi pubbliċitarji li ttieħdu s-sena l-oħra u x’kien ir-riżultat milħuq? Jista’ jagħti xi informazzjoni? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport analitiku, jekk sar, dwar l-effett tat-tneħħija tat-TOSS? Jista’ jgħid jekk l-effett tat-tneħħija tat-TOSS ġiex adegwatament kompensat b’xi inizjattivi ġodda u jekk iva, jissostanza dan b’rapporti jew statistika?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li peress li l-ġbir tal-informazzjoni u t-tlestija tal-abbozz tal-mistoqsija ġie fdat lill-uffiċjal li sussegwentement sofra telfa fil-familja tiegħu, t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Housing

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarx xi studju biex jitqiegħdu lifts fil-housing estates ġo Ħal Qormi, cioe’dawk ta’ Farsina u dawk ta’ Fuq tal-Blat? Jekk iva, meta hemm ippjanat lil dawn jitlestew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar toffri skema għall-installazzjoni ta' lift fi blokki ta' appartamenti tal-Gvern. Din l-iskema tapplika għal blokki fejn hemm residenti li għandhom diżabilita' ta' mobilita'. Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet żewġ applikazzjonijiet taħt din l-iskema minn residenti li joqgħodu fi blokki t'appartamenti ta' Farsina, Qormi. F'każ minnhom qed jiġu evalwati l-offerti għall-installar tal-lift wara li għalqet it-tender. Fil-każ l-ieħor qed tiġi proċessata l-applikazzjoni.
Leg 9 PQ #35386 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

MIA

Question

Jista’ il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim ta’ trasferiment ta’ parti minn azzjonijiet tal-gvern fl-MIA lill-Ajruport ta’ Vjenna? Jekk mhux speċifikat fil-ftehim jista’ jagħti breakdown ta’ kif se jitħallas il-prezz u jikkonferma jekk il-prezz intier ġiex minn sorsi barranin jew lokali? Jekk lokali, kif ġie kostitwit dan il-kapital cioe’ b’loan minn bank kummerċjali jew bi ftehim mal-gvern bħala il-bejjiegħ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kopja tal-ftehim tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn li għadda 16 ta’Settembru. Fir-rigward tat-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija: il-breakdown ta’kif se jitħallas il-prezz huwa specifikat fil-ftehim u il-kapital huwa kostitwit nofsu min sorsi barranin u nofsu min self li il-kumpanija għamlet mal-Bank of Valletta.

Maltacom

Question

Jista’ il-Ministru jgħid għaliex fl-area ta’ De la Cruz Avenue f’Ħal Qormi qrib il-ġnien u l-monti fejn jaqgħu ħafna nies m’hemmx telephone booth li hu ta’ bżonn kbir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-fatt l-istallazzjoni ta' telefon booth fiz-zona msemmija għandha tkun diskussa bejn il-Kooperattiva Payzone u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi.

Children's Allowance

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament u kunfidenzjalment għadha ma rċevitx iċ-children allowance meta din il-familja ilha mingħajr benefiċċju tal-qgħad u bla ebda introjtu sa minn Ġunju li għadda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-persuna ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha.
Leg 9 PQ #35391 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Inkjesta

Question

B’riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 35170, jista’ l-Ministru jagħti d-data meta ġara l-każ u d-data meta ġie nformat il-maġistrat li qiegħed imexxi l-inkjesta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-każ ġara fit-28 ta` Ġunju 2002 filwaqt li l-Maġistrat ta` l-għassa kien infurmat fl-istess jum.
Leg 9 PQ #35392 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Lulju 2002? Jista’ jikklassifika s-serq? Jista’ jgħid kemm ġew solvuti serq matul Lulju 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Lulju 2002 il-każi ta` serq li ġew irrappurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 46 każ ta` serq. NUMRU TA’ SERQIET LI ĠEW RAPPURTATI:- Lulju · Hold-up 3 · Pick pocketing 56 · Sntatch & grab 10 · Serq min dgħajjes 9 · Serq ta’ dgħajjes 7 · Serq ta’ karozzi 41 · Serq min karozzi 247 · Serq min barijiet / lukandi 141 · Serq min fabbriki 6 · Serq min residenzi 68 · Serq min ħwienet 58 · Serq min xtajtiet 153 · Serq ieħor 300
Leg 9 PQ #35393 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Lulju 2002? Jista’ jikklassifika r-reati? Jista’ jgħid kemm ġew solvuti reati matul Lulju 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi it-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Lulju 2002 kien hemm 500 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Leg 9 PQ #35394 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Awissu 2002? Jista’ jikklassifika s-serq? Jista’ jgħid kemm ġew solvuti serq matul Awissu 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Awissu 2002 il-każi ta` serq li ġew irrappurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 77 każ ta’ serq. NUMRU TA’ SERQIET LI ĠEW RAPPURTATI:- Awissu · Hold-up 1 · Pick pocketing 42 · Sntatch & grab 10 · Serq min dgħajjes 9 · Serq ta’ dgħajjes 7 · Serq ta’ karozzi 55 · Serq min karozzi 251 · Serq min barijiet / lukandi 155 · Serq min fabbriki 5 · Serq min residenzi 63 · Serq min ħwienet 56 · Serq min xtajtiet 132 · Serq ieħor 223