Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5624 Sitting 77 1999-03-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Konsorzju MIDI — Letter of intent

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-letter of intent li kienet ġiet iffirmata mal-konsorzju MIDI għall-iżvilupp ta' Manoel Island u Tigne' Point?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra erba' ittri fuq is-suġġett in kwestjoni. L-ittri huma 'self explanotary'. (Appendix 'A','B','C','D').
Leg 9 PQ #5644 Sitting 77 1999-03-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Oil stocks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-Korporazzjoni Enemalta tħares lejn il-ħtieġa ta' l-Unjoni Ewropea li pajjiżi membri jridu jżommu "oil stocks" għal 90 jum?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Enemalta tħares lejn din id-direttiva b'mod pożittiv peress li hija ntiża biex f'każ ta' kriżi, l-pajjiżi membri ma jinqabdux bla żejt.

Anzjani — Homehelp

Question

Jista' l-Ministru jelenka, sena b'sena, minn meta bdiet l-iskema tal-Homehelp għall-anzjani: (1) kemm nies applikaw għal din l-iskema; (2) kemm nies ingħataw dan is-servizz; (3) kemm kienu impjegati CSAs; (4) kemm swiet din l-iskema kull sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99
Leg 9 PQ #3544 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Raħal Ġdid — Vjal Santa Luċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' urġenza dwar mistoqsija parlamentari numru 975 fi Vjal Santa Luċija, Raħal Ġdid?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura diġa ħa l-passi neċessarja u bagħat il-ħamrija mitluba mill-bidwi biex jirranġa l-ħsarat li kienu saru fl-għalqa tiegħu.
Leg 9 PQ #3545 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Fgura — Triq Wied Blandun

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju dwar Wied Blandun fil-Fgura wara l-mistoqsija parlamentari numru 1302?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

In-'National Country Parks Steering Committee' irrikonoxxa l-importanza nazzjonali tal-propost Cottonera Heritage Park. Il-pjani ta' dan il-park ma jinkludux biss is-swar iżda l-faxxa ta' taħt is-swar li baqgħet tul iż-żmien mhix mibnija. Din il-faxxa, f'estremita' minnhom, tinkludi wkoll Wied Blandun. Għalhekk il-Gvern hu favur it-tindif u t-tisbieħ ta' Wied Blandun iżda għadu ma tfassalx pjan ta' azzjoni fid-dettal.
Leg 9 PQ #3546 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Snieter bla permess

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu nies b'senter bla permess f'Diċembru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li f'Diċembru, 1998, ma kienx hemm persuni li nqabdu b'senter bla permess. 16.03.99

Toroq — Tiswijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1567, jista' l-Ministru jara li jibda jsir ix-xogħol meħtieġ peress li sal-11/1/99 kien għadu ma sar l-ebda progress fit-talba tiegħi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Onor. Interpellant indika l-post fejn issuġġerixxa li ssir ir-rampa lit-tekniċi tad-Dipartiment tat-Toroq. Fil-post indikat qatt ma kien hemm rampa u `l ftit ġebel li hemm forma ta` taraġ saru minn nies mhux magħrufa, billi qalgħu l-ġebel mill-ħajt u poġġewħ fuq xulxin. Għalhekk jidher li m`hemmx bżon għall-aċċess f`dan il-post għaliex jekk wieħed jimxi ftit metri l-isfel jaqbad it-triq li tagħti għal ġo ċ-ċimiterju.

Raħal Ġdid — Għajn Dwieli - Traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru traffic lights b'urġenza f'Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, ħdejn ir-roundabout quddiem il-Knisja ta' Sant'Antnin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara x`jista jsir.

Djar — Tiswijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1972, jista' l-Ministru jara li jsir ix-xogħol dwar tiswijiet ta' djar minħabba l-urġenza li hemm peress li sa l-10/1/99 kien għadu ma sar xejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li x-xogħol indikat ser jingħata prijorita'. Madanakollu jien infurmat wkoll li dan jikkonsisti f'tibjid tat-tromba, xogħol li fih innifsu mhux urġenti daqs tibdil ta' katusi jew tiswija ta' soqfa. 16.3.99

Ministeru tat-Trasport u Portijiet — Photocopy Machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines kemm fil-Ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Photocopy machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines kemm fil-Ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #3622 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Photocopy machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines kemm fil-Ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 16.03.99

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Photocopy machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines kemm fil-Ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (ZAMMIT, NINU)

Photocopy machines li għandhom id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd huma dawn: Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi: Ditta Meta nxtraw Prezz Olivetti 1990 Lm926 Xerox 1993 Lm1400 Dipartiment ta' l-Agrikoltura: Ditta Meta nxtraw Prezz Canon 1989 Lm950 Konica 1998 Lm450 Mita DC1655 1981 Lm800 Mita 1855 1994 Lm1500 Konica 1212 1996 Lm420 Olivetti 7147 1992 Lm1000 Canon 1990 Lm950 Konica 1212 1997 Lm450 Mita CC50 1995 Lm517 Olivetti 7147 1994 Lm520 Mita CC30 1997 Lm250 Mita CC30 1997 Lm250 Mita CC30 1997 Lm250 Mita CC50 1995 Lm517.50 Konica 1212 1997 Lm450 Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura: Ditta Meta nxtraw Prezz Cannon 1994 Lm150 (Din mhix taħdem) Cannon 1997 Lm650 Sanjo 1997 Lm275 Mita DC1555 1996 Lm895 Dipartiment tas-Servizzi Veterinarju: Ditta Meta nxtraw Prezz Mita 1995 Lm920 Konica 1997 Lm310 TA 2212 1991 Lm600 Segretarjat Permanenti: Ditta Meta nxtraw Prezz Konica 115Z 1994 Lm885 Segretarjat: Ditta Meta nxtraw Prezz Mita DC2355 1996 Lm1495
Leg 9 PQ #3625 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Photocopy machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna xogħol li l-ministeru ma huwiex f'posizzjoni li jagħmel għax għandu affarijiet ħafna aktar importanti x'jagħmel. Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi raġuni speċifika għaliex irid ikun infurmat rigward xi 'photocopy machines' partikolari, jagħtini d-dettalji biex imbagħad tinġabar l-informazzjoni mitluba.

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar tagħrif dwar il-kategoriji differenti ta' pensjonanti u skond id-dħul mill-pensjoni partikolari tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bl-informazzjoni li qed titlob l-Onor. Interpellant. Billi r-rati tal-pensjonijiet ivarjaw, l-istatistika tinżamm skond kategorija ta' dħul kif jidhru fit-tabelli. 16.3.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa Ħal Qormi, Ħal Luqa u Santa Venera li jirċievu xi forma ta'pensjoni? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa Għawdex, maqsumin raħal raħal li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-Gżira, l-Imsida, San Gwann u Ta' Xbiex li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma rġeistrati bħala pensjonanti ġewwa Birżebbuġia, Ħal Għaxaq, Ħal Kirkop, Marsaxlokk, l-Imqabba, Ħal Safi u ż-Żurrieq li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra. 1.2.99 Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma rreġistrati bħala pensjonanti ġewwa Ħaż-Żebbuġ (Malta), is-Siġġiewi, Attard, Ħad-Dingli u l-Qrendi li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant. 16.3.99