Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni ta' dawk il-proċessuri tal-poultry li sa Marzu ta' din is-sena ma jkunux ġew konformi ma' l-aħħar rakkomandazzjonijiet li saru mid-Dipartiment dwar ir-regolamenti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin isiru l-ispezzjonijiet u skond ir-riżultati tiġi evalwata l-azzjoni li trid tittieħed.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet tal-SKA li għandu quddiemu d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali? Kemm ilha l-aktar waħda pendenti? Meta huwa maħsub li jiġu mistħarrġa u finalizzati dawn it-talbiet pendenti? Peress li l-mediċini komplew jogħlew xahar wara l-ieħor, jista' l-Ministru jqis dawn it-talbiet bħala urġenti? Jekk iva, meta se jsiru l-arranġamenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' applikazzjonijiet tal-SKA, li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għandu pendenti, huwa ta' 1,023. Ħafna minn dawn l-applikazzjonijiet qegħdin jiġu maħduma u huwa maħsub li sa nofs April 1999, il-parti l-kbira tagħhom ikunu ġew finaliżżati.
L-aktar applikazzjoni li ilha pendenti, waslet fid-Dipartiment fid-9 ta' Jannar 1998. Jiena nfurmat li r-raġuni għal dan id-dewmien kienet li l-applikant kien qiegħed jistenna li jneħħi t-'Trading Licence' minn fuq ismu. Dan huwa għamlu fis-27 ta' Frar 1999 u avża lid-Dipartiment fit-3 ta' Marzu 1999. Il-każ issa jista' jinħadem.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-għan ta' din l-Għajnuna hu sostenn finanzjarju addizzjonali ta' Lm5.90 fil-ġimgħa biex dik il-persuna tkun tista' żżomm dieta konformi maċ-ċirkostanzi tal-marda li tkun qed tbati minnha.
Persuni li huma ntitolati għal din l-Għajnuna, huma ntitolati għall-Mediċini b'xejn bil-karta roża. Għaldaqstant il-prezz tal-Mediċini fis-suq ma għandu b'ebda mod jolqot lil dawn il-benefiċċjarji.
17.3.99
Wara li fis-sajf li għadda ġie llanċjat programm bejn id-Dipartiment tal-Health Promotion u s-segretarjat parlamentari għan-nisa, liema programm kien jikkonsisti fi kwestjonarju nazzjonali fuq il-perception tan-nisa fuq saħħithom, jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li joħorġu r-riżultati ta' l-analizi tal-programm li fih ħadu sehem studenti universitarji?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ngħid lill-Onor. Interpellant li l-kwestjonarju magħmul fis-sajf li għadda mid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa, qatt ma kien maħsub li jkun validu biex jittieħed fuq livell nazzjonali. Jista' jintuża biss, bħala 'pilot' għal 'survey' nazzjonali. Deċiżjoni tittieħed ladarba jkollna r-riżultati, li huma maħsuba li joħorġu għall-aħħar ta' Ġunju, wara li tkun saret l-analiżi kollha.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji ħalli tispiċċa d-drawwa li daħlet fl-Isptar Monte Carmeli li l-ħasil tal-pazjenti ta' spiss qed jinqabeż minn ġurnata għall-oħra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ma daħlet l-ebda drawwa li l-ħasil tal-pazjenti jinqabeż
Ministri/segretarji parlamentari — Karozzi uffiċjali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min jista' jagħmel użu mill-karozza uffiċjali tal-ministri u segretarji parlamentari, kif ukoll mit-tieni karozza li jagħmlu użu minnha l-ministri u s-segretarji parlamentari?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-karozzi msemmija huma għall-użu
personali tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari u meta
ma jkunux qed jużawhom, huwa fil-ġudizzju ta' kull Ministru
u Segretarju Parlamentari li jara min u għalfejn jista'
jużahom temporanjament.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3317, jista' l-Ministru jgħid min ħallas għall-kartolini li ntbagħtu lill-familji kollha fil-XI-il distrett għall-Milied ta' l-1998? Min ħallas għall-posta li kienet f'envelopes "Il-Gvern ta' Malta"? F'każ li l-ħlas kien minn xi vot li jaqa' taħt il-Ministeru, kemm kienu l-ammonti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mhux minnu li ntbagħtu kartolini lill kull familja tal-Ħdax il-Distrett. Il-kartolini mixtrija mill-Ministeru tas-Saħħa għall-Milied 1998 tħallsu mill-istess sorsi li minnhom kienu tħallsu l-kartolini li nxtraw u ntbagħtu mill-Ministru preċedenti, għall-Milied ta' 1997. Bħal ma għamel il-predeċessur tiegħi, ġew ordnati numru ta' kartolini biżżejjed biex iservu għas-snin li ġejjin. B'hekk ingħatajna prezz aktar favorevoli.
Il-posta tal-kartolini li ntbgħatu tħallsu minni personalment għajr għal xi mitt kartolina. Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq, nista' nurih kopja tal-irċevuti li tħallsu minni personalment bħala konferma li ma ntbgħatux kartolini lill kull familja kif inhu allegat.
Billi sal-lum il-kumpannijia Gozo Channel għandha l-monopolju f'dawk li huma vjaġġi bil-baħar bejn Għawdex u Malta, jista' l-gvern jgħid jekk dan il-monopolju jridx jitneħħa kemm-il darba Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GALEA, ĊENSU)
Il-Gozo Channel hi kumpanija li taqa taħt Ministeru ieħor, għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din id-domanda lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' meningitis xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar, 1998 sal-lum? Kemm kellhom eta' dawk milquta minn din il-marda? Kemm mietu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi skond il-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba barranin jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa illum? X'tip ta' xogħol jagħmlu u kemm qed jitħallsu kull wieħed mingħajr ma jispeċifika ismijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li n-numru ta' tobba barranin jaħdmu mad-Diviżjoni tas-Saħħa huwa ta' 46. It-tip ta' xogħol li qed jaħdmu huwa kif ġej:
Konsulenti 4
Senior Registrar 41
Houseman 1
44 minn dawn it-tobba barranin jitħallsu l-istess salarju bħall-Maltin u jieħdu wkoll 'expatriate allowance' ta' Lm1200 fis-sena. Iż-żewġ Konsulenti l-oħra għandhom salarju annwali ta' Lm42,000 u Lm35,000 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni tal-ftuq illum? Kemm ilu jistenna 'l aktar persuna fosthom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonjiet saru dwar ħruq fil-basement ta' l-Isptar San Luqa nhar il-Ħamis, 4 ta' Marzu, 1999?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-ħruq imsemmi kien nar żgħir f'wieħed mit-tankijiet fejn jinġabar l-iskart, u ġie mitfi fi ftit sekondi bla ma saret ebda ħsara.
Jista' l-Ministru jgħid kif se tintlaqat Malta mill-ħtieġa li tadotta leġislazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea dwar "crude oil and oil products trade" meta skond il-progress report ta'l-Unjoni Ewropea dwar Ċipru jingħad li: "the harmonisation of excise taxes will in principle effect the price of diesel oil which would have to increase by 150% in order to be in line with the EU directive on excise. This will have on impact on public and private transport since around 30.1 of vehicles are disel fuelled"?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-gvern Malti ma rċieva l-ebda rapport mingħand l-Unjoni Ewropea f'dan ir-rigward. Għaldaqstant għadu kmieni biex wieħed jesprimi ruħu dwar din il-materja.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma rapporti li dehru fl-istampa li l-gvern ma sabx nies biżżejjed biex jgħinuh fl-iscreening process ta' l-applikazzjoni Maltija għall-Unjoni Ewropea? Jekk dan m'huwiex il-każ, jista' jindaga min huma n-nies magħżula u jekk il-gvern għandux il-ħsieb li minn issa jaħtar chief negotiator kif għamlu diversi pajjiżi oħrajn applikanti għal sħubija sħiħa?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Rigward l-ewwel domanda, nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li r-rapporti li dehru fil-gazzetti m'għandhom l-ebda bażi.
Għan-negozjati l-Gvern ħaseb li jikkonsulta mas-setturi kollha bl-aktar mod wiesgħa. Għaldaqstant il-Ministeru tiegħi ħaseb biex iniegħdi lista ta' dipartimenti tal-gvern, korporazzjonijiet parastatali, korpijiet kostitwiti kif ukoll organizzazzjonijiet mhux governattivi biex jikkonsultahom dwar id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Il-Gvern ħaseb ukoll biex joħloq il-Malta European Union Steering Action Committee li ser tinkludi fost oħrajn membri tal-Kabinet, rappreżentanti ta' Ministeri, rappreżentanti ta' korpi kostitwiti kif ukoll speċjalisti f'materji tal-Unjoni.
Il-pożizzjoni ta' Chief Negotiator titħabbar meta jkun il-waqt.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu li jgawdu minn allowances għad-degree jew diploma li għandhom? X'inhuma s-suġġetti li huma ċċertifikati fihom? X'inhuwa x-xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Hemm 20 impjegat fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd li jgawdu minn allowances għad-degree jew diploma li għandhom. Dawn huma:
Isem Xogħol Degree/Diploma
Nicholas S Bonanno Officer in Grade 5 Doctorate in Economics
John Bonnici Senior Scientific Officer Master of Science
(Animal Nutrition)
James Calleja Senior Principal Master of Science
(Marketing)
Noel Azzopardi Scientific Officer Master of Science
(Agricultural Sciences)
Victor Farrugia Principal Scientific Master of Science
Officer (Crop Protection)
David Mifsud Scientific Officer Master of Science(Biology)
Kenneth Mifsud Pharmacist Master of Science
(Pharmaceutical Studies)
Sonia Vella Scientific Officer Master of Science
(Agricultural Science)
Anthony Meli Principal Scientific Master of Science
Officer (Agriculture)
Marica Gatt Scientific Officer Master of Science
(Plant Virology)
Angele Casha Veterinary Officer Master of Science
(Aquatic Veterinary Studies)
Carmel Farrugia Scientific Officer Master of Science(Biology)
Helen Debono Pharmacist Master of Science
(Pharmaceutical Studies)
Moira Bonello Scientific Officer Postgraduate Diploma in
Education (Science)
Emanuel J Calleja Scientific Officer Postgraduate Diploma in
Restoration Biology and
Conservation
Susan Chircop Veterinary Officer Postgraduate Diploma in
Zooprophylaxis
Joseph Borg Principal Agricultural Diploma in Horticulture
Officer
Carmel Aquilina Principal Diploma in Public
Administration
Joseph Mifsud Senior Principal Diploma in Public
Administration
David Bonello Senior Principal Diploma in Public
Administration
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha li jgawdu minn allowance għad-degree jew diploma li għandhom? X'inhuma s-suġġetti li huma ċċertifikati fihom? X'inhuwa x-xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4426, jista' l-Ministru jgħid x'mezzi ta' konsultazzjoni qegħdin jintużaw fl-istudju li qed isir minn esperti Ġermaniżi dwar it-toroq f'pajjiżna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li qed isiru konsultazzjonijiet individwali ma` l-utilities u aġenziji oħra governattivi biex dawn jipprovdu l-input neċessarju. Barra minn hekk qed isiru field trials sabiex is-suġġerimenti li saru fid-diversi rapporti jiġu ippruvati u dan il-proċess qed jinvolvi bis-sħiħ il-ħaddiema tat-toroq li l-quddiem iridu jwettqu ix-xogħol meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu li jgawdu minn allowance għad-degree jew diploma li għandhom? X'inhuma s-suġġetti li huma ċċertifikati fihom? X'inhuwa x-xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu li jgawdu minn allowance għad-degree jew diploma li għandhom? X'inhuma s-suġġetti li huma ċċertifikati fihom? X'inhuwa x-xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.
17.3.99