Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5909 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Kunsilli Lokali — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew trasferiti mpjegati mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali? Kemm impjegati ġew trasferiti jew mibgħuta on loan fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali? Xi grad huma fis-servizz ċivili? X'inhu x-xogħol tagħhom f'dan id-dipartiment u x'benefiċċji u/jew allowance ingħataw dawn l-impjegati? Min huma l-impjegati fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali li għandhom għall-użu tagħhom karozza tal-gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena 1 ta' Jannar 1999 ma ġewx trasferiti mpjegati mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali. Uffiċjal wieħed (Pharmacy Tech) beda jaħdem mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali għalkemm għadu ma sarx transfer uffiċjali. Dan l-uffiċjal qed jgħin lid-Dipartiment iwettaq id-devoluzzjoni tal-poter fejn jirrigwarda t- trasferiment ta' art tal-gvern. Uffiċjal ieħor (Senior Principal) temporanjament qed jgħin lid-Dipartiment iwettaq id-devoluzzjoni tal-poter fejn jirrigwarda d-delega ta' l-infurzar tal-liġijiet. Dan l- uffiċjal mhux ser jiġi trasferit għad-Dipartiment tal- Kunsilli Lokali. Sallum dawn iż-żewg uffiċjali ma ngħataw ebda allowance. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija s-segwenti uffiċjali għandhom għal użu tagħhom karozza tal-gvern: Victor J Rizzo Director Maurice H Caruana Advisor Alfred Theuma Senior Principal (Introduction of Law Enforcement Scheme) Stefan Scotto Junior A&CE (Field Services Branch) Saviour Micallef Pharmacy Technician (Local Devolution)
Leg 9 PQ #5910 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Interim From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Ċivili fil-gradi ta': Director General, Directors in Scale 4, Directors in Scale 5, Officers in Scale 5, Officers in Scale 4, Assistant Directors, Senior Principals, Principals in Scale 7, Principals in Scale 8, Principals in Scale 9, Principals in Scale 10, Assistant Principals, Executive Officers u Clerks?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #5913 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Ċirkolari Nru. 3/99

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-applikanti għas-sejħa li saret mis-Segretarju Permanenti ta' l-uffiċċju tiegħu permezz taċ-ċirkolari 3/99 tas-27 ta' Jannar, 1999? Jista' jgħid x'inhuma l-kwalifiki u l-grad tagħhom u meta daħlu fis-servizz pubbliku?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma nħossx li hija etika li tingħata informazzjoni dwar l- applikanti għas-sejħa li saret permezz taċ-Ċirkolari Numru 3/99 għal mili ta' postijiet ta' Kapijiet ta' Dipartimenti.
Leg 9 PQ #5914 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Ċirkolari Nru. 16/99

Question

Jista' l-Prim MInistru jgħid min huma l-applikanti għas-sejħa li saret mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru permezz taċ-Ċirkolari 16/99 bid-data tad-29 ta' Jannar, 1999? Jista' jgħid x'inhuma l-kwalifiki u l-grad tagħhom u meta daħlu fis-servizz pubbliku?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma nħossx li hija etika li tingħata informazzjoni dwar l- applikanti għal sejħa għall-applikazzjonijiet maħruġa mill- Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #5915 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Soċjeta' Din l-Art Ħelwa — Trust

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-gvern beħsiebu jwaqqaf it-trust li għandha titmexxa mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u s-soċjeta' "Din l-Art Ħelwa" kif imħabbar mis-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tiegħu f'Jannar li għadda?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li s'issa saru diskussjonijiet preliminari kemm ma' Din l-Art Helwa kif ukoll mal-Assoċjazzjoni tal- Kunsilli Lokali dwar din l-inizjattiva, liema inizjattiva trid issa tiġi nkwadrata ma' l-inizjattivi li qed jieħu l- Ministeru responsabbli għall-kultura biex jingħata rwol lill-NGOs f'dan il-proċess.
Leg 9 PQ #5916 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Soċjeta' "Din l-Art Ħelwa" — Kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali membri tas-soċjeta' "Din l-Art Ħelwa"?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli huma korpi statutorji ta' gvern lokali u fil-qadi tal- funzjonijiet jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l- mezzi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsilli lokali.
Leg 9 PQ #5917 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Bajja ta' San Tumas — Torri Mamo

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li Torri Mamo se jintuża għal self-catering holidays?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-torri li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanti ġie mogħti 'on encroachment terms' lis-Soċjeta' - Din l-Art Ħelwa - fl-10 ta' Ġunju, 1988, u waħda mill-kundizzjonijiet tispeċifika li dan il-post għandu jiġi użat esklussivament għall-attivitajiet tas-Soċjeta'. Ninsab infurmat ukoll li d-Dipartiment ta' l-Artijiet ser jikteb lis-Soċjeta' imsemmija sabiex ifakkarha fil-kundizzjonijiet marbuta ma' l-għoti 'on encroachment terms' ta' l-istess torri. 22.03.99

San Vinċenz de Paule — Social workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jimpjega social workers f'St. Vincent de Paule għas-sena 1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nahseb li jagħmel sens li d-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani jkollu numru ta' "social workers" li jkunu assenjati mar-Residenza San Vinċenz. Id-Dipartiment, fil-fatt, qed jistħarreġ din il-possibilta' u jien infurmat li, f'dan il-kuntest, diġa nbeda l-proċess sabiex jiġi stabbilit il-'complement' meħtieġ. 17.3.99
Leg 9 PQ #3552 Sitting 77 1999-03-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Każi ta' overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni b'overdose bejn it-23 ta' Diċembru u l-1 ta' Jannar 1999, ġurnata b'ġurnata, u l-eta' tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' persuni li daħlu b'overdose bejn it-23 ta' Diċembru 1998 u l-1 ta' Jannar 1999 hu hekk: Data Numru ta' Sess Eta' persuni li daħlu b'overdose 23.12.98 1 Male 40 24.12.98 1 Male 30 *25.12.98 1 Male 37 *26.12.98 1 Male 37 26.12.98 1 Male 24 27.12.98 1 Female 53 28.12.98 0 Nil Nil 29.12.98 0 Nil Nil 30.12.98 1 Male 43 31.12.98 0 Nil Nil 01.01.99 0 Nil Nil * Dawn jirreferu għall-istess persuna.
Leg 9 PQ #3554 Sitting 77 1999-03-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżeriji tal-gvern — Pilloli out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pilloli out of stock li hawn bħalissa fl-ispiżeriji tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-pilloli li ma ngħatawx lill-pazjenti u li qegħdin 'out of stock' illum huma: 1. Pilloli, li qegħdin jiġu diskussi mid-'Drugs & Therapeutics Committee(DTC) biex jiġu maqtugħa minn fuq il-formularju: Atropine Sulphate tablets Stilboestrol 1mg tablets Fosfestrol tetrosodium 100mg tablets 2. Pilloli, li s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern għandu problema biex jixtrihom: Stilboestrol 5mg tablets Methylergometrine tablets Hydroxychloroquine tablets Methylcellulose tablets 3. Pilloli, li għalkemm ma jinstabux fl-imħażen tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern ikun fadal stokk minnhom fl-ispiżeriji tal-Gvern: Hyoscine Butyl Bromide tablets 10mg Quinidine Sulphate tablets 200mg

Benefiċċji soċjali — Home help

Question

Jista' l-Ministru jara li l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament tingħata l-home help fid-dar tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-każ ta' din l-anzjana ġie mistħarreġ u ġie deċiż li ma tingħatax l-għajnuna tas-Servizz tal-Home Help għax jidher li hija persuna ndipendenti li m'għandiex bżonn għajnuna sabiex tagħmel il-bżonnijiet tagħha ta' kulljum. 17.3.99
Leg 9 PQ #3660 Sitting 77 1999-03-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Crash barrier

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal crash barrier quddiem id-dar li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 17.03.99
Leg 9 PQ #3737 Sitting 77 1999-03-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Riċevimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarux riċevimenti jew ikliet mill-ministeru tiegħu kif ukoll mis-Segretarju Parlamentari li jaqa' taħtu fl-okkażjoni tal-Milied 1998 u l-ewwel tas-sena? Jekk saru, meta saru? Fejn saru? Min ipprovda l-ikel u x-xorb? Kemm ġiet tiswa l-ispiża totali? Inġabru kwotazzjonijiet għall-imsemmija riċevimenti jew ikla? Jekk inġabru kwotazzjonijiet, mingħand min inġabru? Min kien mistieden għal dawn l-attivitajiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l- informazzjoni mitluba kif ukoll iċ-ċifri paragunabbli għas- sena l-oħra. Huwa nteressanti li wieħed jinnota li s-sena l-oħra, l-ispiża rispettiva ta' kull riċeviment kienet f'kull każ ogħla minn dik ta' din is-sena. Fir-rigward ta' ġbir ta' kwotazzjonijiet, dan l-Uffiċċju ħa ħsieb biex ħames riċevimenti jsiru minn caterers differenti. L-informazzjoni dwar il-Ministru bla portafoll u s- Segretarji Parlamentari passati u preżenti għadha qed tinġabar, u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3738 Sitting 77 1999-03-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Kartolini tal-Milied

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dettaljata kemm laħqet l-ispiża għall-istampar jew xiri ta' kartolini tal-Milied 1998 u kemm ġiet tiswa l-ispiża postali konnessa ma' dawn il-kartolini, kemm mill-ministeru, kemm mid-dipartiment li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment, kemm mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti u kemm mis-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-ministeru? Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn ġew stampati l-imsemmija kartolini? Jista' jgħid lil min intbagħtu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab ma nara l- ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #3739 Sitting 77 1999-03-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Rigali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ingħataw rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998? Jekk ingħataw, jista' l-Prim Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet r-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi? Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma ngħataw ebda rigali minni lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998 minħabba l-kariga tiegħi. Barra minhekk, ninsab infurmat li lanqas jirriżulta li ngħata xi rigal għall-istess okkażjoni mill-Ufficcju tiegħi.
Leg 9 PQ #3740 Sitting 77 1999-03-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Roħs ta' prodotti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista ta' 40,000 (erbgħin elf) prodotti li rrifera għalihom il-Ministru fil-Programm Televiżiv Xarabank li suppost ma'l-introduzzjoni tal-VAT, jiġifieri mill-1 ta' Jannar, 1999 kellhom jorħsu?

Response (DALLI, JOHN)

M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 3496.

Swieqi — Triq il-Qasab - Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni biex Triq il-Qasab (Triq Ġdida fi Triq l-Ibraġġ) Swieqi, tingħata t-tarmac peress li din tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-Dipartiment, wara li jkun żġurat li s-servizzi kollha huma fil-post.
Leg 9 PQ #4830 Sitting 77 1999-03-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Kultura tal-qari

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ministerjali ttieħdu minn Settembru 1998 sa l-aħħar ta' Jannar 1999 biex tinxtered u tissaħħaħ il-kultura tal-qari fost il-Maltin u l-Għawdxin ta' kull eta?

Response (GALEA, LOUIS)

Appart li f'kull okkażjoni adatta li tippreżentali ruħha nassigura l-emfasi u t-tixrid tal-messaġġ dwar l-importanza tal-qari, ma sarux inizjattivi ta' darba u b'timbru ministerjali. Minflok, miexi fuq bażi regolari u ppjanat, programm biex l-iskejjel iħajjru t-tfal jaqraw u jipprovdulhom il-mezzi biex jagħmlu dan. Proġetti tad-Dipartiment tal-Kurrikulu bħan-'Networking Project', 'Synergy Project' u 'Primary Science Project' kollha għandhom fost l-għanijiet tagħhom li jħajjru t-tfal jaqraw. Iżda l-akbar impenn qiegħed jittieħed mill-iskejjel bħala parti integrali mill-'School Development Plans' tagħhom, fejn dan il-għan qiegħed jigħata priorita' għolja u qiegħed ikun appoġġjat ħafna wkoll mill-Kunsilli Skolastiċi. Il-Ministeru u d-Diviżjoni jsostnu dawn l-inizjattivi fl-iskejjel bil-ħila kollha tagħhom.
Leg 9 PQ #4831 Sitting 77 1999-03-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kumitat tas-support staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-kumitat li sa l-aħħar ta' Diċembru kellu jlesti r-rakkmandazzjonijiet għat-tqassim ta' support staff fl-iskejjel tal-gvern? Lesta x-xogħol tiegħu? X'kienu r-rakkmandazzjonijiet? X'passi se jittieħdu dwarhom? Meta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Working Group appuntat biex jistudja s-sitwazzjoni ta' "Support Staff Requirements in State Schools" ippreżenta r-rapport dettaljat tiegħu. L-analiżi tas-sitwazzjoni, il-konklużjonijiet, ir-rakkommandazzjonijiet u l-implikazzjonijiet tagħhom qed jiġu studjati peress li għandhom implikazzjonijiet fit-tul. Se jsiru diskussjonijiet dwar ir-rapport mal-Malta Union of Teachers li magħha kien miftiehem li jkun appuntat il-Working Group. Fiċ-ċirkustanzi u f'dan l-istadju ma nħossx li jkun opportun li ngħid x'kienu r-rakkommandazzjonijiet tar-rapport u x'passi se jittieħdu dwarhom. Mill-banda l-oħra, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tieħu l-passi biex safejn jiddependi mir-riżorsi li diġa' għandha ttejjeb is-sitwazzjoni kemm jista' jkun.