Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-miżuri li ħa l-Ministru biex jilqa' għan-nuqqas ta' kenniesa f'Mount Carmel Hospital?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fil-preżent żewġ persuni qegħdin jagħmlu ix-xogħol ta' kenniesa fil-grounds ta' l-isptar Monte Carmeli. Fil-fratemp qed issir evalwazzjoni tal-bżonnijiet f'dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu biex ma jkunx hemm overtime bla bżonn ġewwa l-Isptar Monte Carmeli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-'overtime' fl-isptar Monte Carmeli qiegħed jiġi ikkontrollat. L-'overtime' isir biss fejn il-'management' iħoss li jkun hemm ħtieġa għalih. Ser jiġu wkoll introdotti miżuri li jirrisponsabilizzaw lil min japprova l-overtime u tiddaħħal sistema ta' monitoring ta' overtime approvat.
B'riferenza għal Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista Kapitlu VIII paġna 27 li jgħid "Fil-qasam tad-Djar il-PN fil-Gvern beħsiebu jimbotta fuq linji alternattivi u kumplimentari għall-politika li jingħatw aktar artijiet għal bini li sal-lum għadhom kampanja", jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern li jagħti plots għal bini liż-żgħażagħ għarajjes u miżżewġin? Jekk huwa l-ħsieb, jista' l-Ministru jgħid meta? Kemm huwa l-ewwel ammont? U f'liema lokalitajiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kwotazjoni ta' l-Onor. Membru għandha tiftiehem li l-Gvern, permezz ta' l-Awtorita' tad-Djar, qed jagħmel skemi biex, flok tintuża art li llum hi kampanja, tippromovi alternattivi oħra ta' akkomodazzjoni. Fl-istess kapitlu ta' l-istess paġna, jingħad x'hin huma dawn l-alternattivi.
L-Awtorita' tad-Djar qegħda fil-proċess li tirrevedi l-iskemi attwali u li toħroġ skemi ġodda.
22.3.99
Peress li issa l-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija ilu xhur sħaħ jopera b'kunsillier nieqes, jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm din is-sitwazzjoni tista tkompli? Id-deċiżjoni li tteħdet mill-kunsill li ma jikkunsidrax għal cooption lil ebda wieħed minn dawk li oriġinarjament ikkontestaw l-elezzjoni għal dan il-kunsill peress li ma ressqux għal bye election, hija legali? X'passi beħsiebu jieħu l-Prim Ministru biex jiġi żgurat li dan il-kunsill lokali jibda jopera bin-numru ta' membri li huwa stipulat fil-liġi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-Kunsill Lokali ġie nfurmat f'Ottubru 1998 mill-
Kummissarju Elettorali li ma kien hemm l-ebda nomina ta`
kandidat għall-post vakanti ta` Kunsillier. Għaldaqstant
f'kull laqgħa il-Kunsill qed jimxi skond ir-Regolament
92(1) tat-Tielet Skeda ta` l-Att ta` l-1993 dwar Kunsilli
Lokali biex il-post battal jiġi mimli bl-għażla ta`
Kunsillier skond is-subartikolu (4) ta` l-artikolu (8) ta`
l-istess Att.
Ninsab infurmat li s'issa ġew infurmati bin-nominazzjoni
erba` persuni li lkoll irrifjutaw bil-miktub din in-nomina.
Il-Kunsill għadu għaddej b'dan il-proċess f'kull laqgħa u
ninsab infurmat ukoll li ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni oħra
mill-Kunsill.
Peress li d-diskrezzjoni ta` l-għażla hija kollha tal-
Kunsill, il-liġi ma tipprovdi l-ebda rimedju biex jittieħdu
xi passi biex jiġi żgurat li jimtela l-post sakemm f'kull
laqgħa tal-Kunsill din l-għażla tidher fuq l-aġenda bħala l-
ewwel item.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma mħallsa l-għalliema li jieħdu sehem fl-Iskolasport? Kull meta tħallsu? Jista' jgħid kemm hemm għalliema mqassma bejn l-isport differenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għalliema ta' Skolasport jitħallsu bl-istess rata li ġiet stabbilita sena ilu jiġifieri dik ta' Lm5.10 kull sessjoni ta' sagħtejn u nofs. Dawn l-għalliema li jkollhom sessjoni ta' tlett siegħat bħal dawk tal-ġinnastika u l-għawm jitħallsu Lm6.12. Il-pagamenti jsiru f'Jannar, Marzu u Ġunju wara li tgħalaq Skolasport fl-aħħar ta' Mejju. Diġa' sar il-pagament ta' Jannar.
L-għalliema f'kull sport huma mqassma hekk:
Football - 18 Fitness - 5
Atletika - 18 Powertraining - 5
Basketball - 7 Hockey - 1
Volleyball - 2 Tennis - 6
Table Tennis - 2 Judo - 2
Weightlifting - 1 Ġinnastika - 8
BMX - 2 Snooker - 5
Netball - 3 Taekwondo - 2
Spirit Combat - 5 Baseball - 2
Għawm - 16 Special Class - 7
Badminton - 7 Waterpolo - 2
Bowling - 7 Handball - 2
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm li fil-każ tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, jitwettaq dak li approva l-Ministru stess bin-nota li kiteb u ffirma fit-30 ta' Settembru, 1998 fuq ittra miktuba lilu mill-istess professur bid-data ta' l-24 ta' Settembru, 1998?
X'passi se jittieħdu dwar din il-persuna biex jispiċċaw l-inċertezzi, l-ansjeta' u l-problemi finanzjarji li qed tbati?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex waqgħet lura l-pubblikazzjoni tar-rapporti ta' l-eżaminaturi tas-suġġetti differenti ta' l-eżamijiet għad-dħul fil-Junior Lyceum 1998?
Japprezza l-Ministru li dawn ir-rapporti huma għodda siewja ta' evalwazzjoni għall-Ministeru, id-diviżjoni, il-kapijiet u l-għalliema u n-nuqqas ta' pubblikazzjoni tagħhom turi insensittivita' inkwetanti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-rapporti li kellhom isiru dwar l-eżamijiet għad-dħul fil-Junior Lyceum ta' Mejju 1998, kienu inkitbu u ġew ippubblikati fil-ħin.
Din is-sena saru żewġ rapporti:
L-ewwel wieħed huwa r-rapport mill-eżaminaturi u juri kif marru t-tfal fil-partijiet differenti tal-karti, fil-ħames suġġetti. Biex ikun aċċessibli għall-ġenituri wkoll, dan il-materjal inkiteb sew bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż u f'Lingwa li tiftiehem għalkemm twassal l-aspett tekniku wkoll.
Dan ir-rapport twassal fl-iskejjel, libreriji pubbliċi, kunsilli lokali u għand nies oħra nteressati fl-ewwel ħmistax ta' Ottubru 1998, jiġifieri fl-ewwel ġimgħatejn tas-sena skolastika.
Fl-istess żmien kopji tiegħu tiqiegħdu għall-bejgħ bil-prezz ta' Lm1.50, mis-Salesian Bookshops tas-Sliema u l-Belt.
It-tieni rapport huwa ġabra ta' statistika dwar l-eżami li, għall-ewwel darba wkoll, tinkludi fiha 'Item Analysis' tal-ħames karti. Dan it-tieni rapport hu bl-Ingliż; ħafna iżjed tekniku mill-ewwel wieħed u hu maħsub iżjed għall-użu ta' l-għalliema u riċerkaturi. Kopji ta' dan it-tieni rapport waslu fl-iskejjel u fil-libreriji pubbliċi fl-ewwel ġimgħatejn ta' Novembru 1998.
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mix-xogħol li kienet intalbet tagħmel id-Direttur tal-Kurrikulu biex tħejji rapport għall-ġenituri dwar kif imorru t-tfal fl-eżamijiet tal-Junior Lyceum? Għaliex dak ix-xogħol ma jiġix ippubblikat minkejja li issa ntilef żmien prezzjuż din is-sena skolastika? Japprezza l-Ministru li pubblikazzjoni bħal din hi meħtieġa ħafna u għandha siwi edukattiv kbir?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4920.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4153 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista', jekk jogħġbok, tgħid jekk impjegati tal-Malta University Services Ltd u li huma responsabbli mill-ġestjoni tal-proġett ta' l-isptar il-ġdid hemmx il-ħsieb li jsiru mpjegati tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid taħt liema kondizzjonijiet se jkunu mpjegati u x'pakketti ta' remunerazzjoni se jiġu offruti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li m'hemm ebda pjan s'issa li l-impjegati tal-Malta University Services Ltd li huma responsabbli mill-ġestjoni tal-proġett ta' l-isptar il-ġdid isiru impjegati tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jdumu ma jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet għal Science Lab Technicians li ilhom li għalqu xahrejn? Meta se jsiru l-intervisti?
Response (GALEA, LOUIS)
Nassumi li din id-domanda tirreferi għas-sejħa ta' l-applikazzjonijiet għal Laboratory Officers I/II (Biology) tal-5 ta' Novembru 1998. Informat li l-applikazzjonijiet diġa' ġew ipproċessati u l-intervisti ser isiru dalwaqt.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kien hemm impjegati fil-ħidma ta' ward clerks tul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 ġewwa d-Dipartiment tas-Saħħa u hemmx il-ħsieb li dan in-numru jiżdied?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor Interpellant li n-numru ta' Ward Clerical Assistants impjegati fid-Diviżjoni tas-Saħħa fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 kien 93, 90, 83 u 119 rispettivament. Qed isir studju biex jiġi deċiż jekk dan l-aħħar numru huwiex suffiċjenti.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal ta' Ħal-Luqa ta' natura storika li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal ta' Ħal-Kirkop ta' natura storika li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kien hemm studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-Grieg klassiku fl-iskejjel sekondarji tal-gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Grieg Klassiku ma jiġix mgħallem fl-Iskejjel Sekondarji tal-gvern.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kien hemm studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-Ġappuniż fl-iskejjel sekondarji tal-gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Ġappuniż ma jiġix mgħallem fl-Iskejjel Sekondarji tal-gvern.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kemm kien hemm ħaddiema u ta' liema grad jaħdmu ġewwa s-sezzjoni ta' l-Ambjent tul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu ġewwa d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent fis-snin imsemmija hu kif jidher hawn taħt:
1995 1996 1997 1998
---------------------------
Director/Acting Director 1 1 1 1
Officer in Grade V 1 1 1 1
Principals 4 5 5 5
Asst. Principals 2 1 1 1
Executive Officers 6 8 9 8
Clerks 16 21 14 15
Messengers 1 2 2 2
Chief Scientific Officer / 1 1 1
Sen. Scientific Officer / 1 1 1
Engineer 3 1 1 1
Senior Tradesman / 1 / 7
Tradesman 14 13 9 3
Principal Env. Officer / 5 5 5
Environment Officer / / 6 4
Env. Inspector Trainee / / / 1
Sen. Health Inspector 1 1 1 1
Mail Inspector 1 1 1 1
Env. Inspector 10 10 10 10
Sen. Postperson / 3 4 5
Postperson 3 6 5 3
General Hand 152 152 81 78
Health Attendant 'B' 46 46 29 27
Coxswain 1 1 1 1
Sen. Operative / 1 1 1
Instructor 1 1 1 1
Casual Typist 4 4 3 3
Impressed Driver 23 22 15 14
Art & Graphic Technician 1 1 1 1
On Loan/Seconded 4 4 5 4
Watchman / / / 2
Operative 3 5 3 3
M.T.D. 2 2 1 2
Gardener 2 2 2 2
Time Keeper 2 2 2 2
Asst. Technical Officers 11 10 9 8
Supervisor 3 2 2 1
Health Assistant 1 1 1 1
Security Guard / / 1 1
Graduate Trainee 1 / 1 /
Senior Principal / 1 1 /
Chief Env. Officer / 1 / /
Senior Technical Officer / 1 / /
Technical Officer 1 1 / /
Labourer 6 3 / /
Environmental Manager 3 / / /
Data Entry Operator 6 / / /
Plasterer & Painter 1 / / /
Welder Burner 1 / / /
Advisor 1 / / /
Environment Officer II 1 / / /
Prof. Officer III 1 / / /
Prof. Officer I 1 / / /
Oil Pollution Executive 1 / / /
--------------------------
TOTAL 343 345 237 228
--------------------------
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4628, jista' l-Ministru jagħti t-timeframe maħsub biex jiġi konkluż ix-xogħol imsemmi? Meta qed jiġi ppjanat li l-abbozz ta' liġi li jemenda l-liġi eżistenti huwa maħsub li jitressaq għad-diskussjoni tal-Parlament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-process tar-Revizjoni tal-Liġi tal-Koperattivi jitlob konsultazzjoni wiesa' mal-partijiet kollha konċernati, flimkien ma' aġġornament ma' dak li qed jiġri barra minn Malta, speċjalment fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Minbarra dan, ladarba qed ngħixu f'sitwazzjoni fejn hawn diversi tipi ta' koperattivi - li dwar dawn ma hemm xejn speċifiku fil-liġi eżistenti - il-Bord tal-Koperattivi ma jħoss li bħalissa qiegħed f'sitwazzjoni fejn jista' jispeċifika "time-frame" dettaljat għat-twettiq ta' dan il-proċess ta' reviżjoni.
22.3.99