Jista' l-Ministru jikkonsidra li f'parti minn Triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ (minn fejn l-Autobahn sar-roundabout ta' taħt it-Triq tas-Saqqajja) issir kisja bit-tarmak temporanja minħabba l-istat ħażin ta' din it-triq li jista' jwassal għall- inċidenti serji? Jikkonsidra li f'parti mill-istess triq aktar minn sitt snin ilu kien sar xogħol simili u x-xogħol baqa' tajjeb sal-ġurnata tal-lum?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq hu mistenni joħroġ sejħa għall-offertibiex it-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant tiġi mibnija mill-ġdid bis-servizzi kollha neċessarji. Għalhekk mhux rakkomandabbli li jsiru xogħlijiet temporanji biex wara ftit żmien dawn ikollhom jerġgħu jinqalgħu.
Jista' l-Ministru jikkonsidra temporary surfacing għat-Triq bejn Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi? Il-Ministru jaf li l-istat debilitat ta' din it-triq jista' jwassal għall-inċidenti serji tat-traffiku, barra il-ħsara fuq kull vettura li tista' tiġi kkanġunata minħabba l-istat perikoluż ta' din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq ser jispezzjona t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant biex jiġi determinat l-istat tat-triq u biex jikkonsidra l-azzjoni li għandha titieħed.
B'riferenza għall-mistoqsija 34320 datata 26.06.02 dwar il-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament fejn kienet saret talba għas-servizzi ta' carer biex tgħina taħsel il-premises li tgħammar fihom, tistax tinvestiga dan il-każ billi minkejja li applikat fil-pront għas-servizz, dan għadu sal-lum ma ingħatalhiex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji ntbagħtu separatament sarilha l-assessment fit-18 ta' Lulju 2002 jiġifieri ġimgħa wara li applikat. Il-Bord tal-Allokazzjoni tas-Servizz ittratta l-każ fit-30 ta' Lulju u ġew approvati sagħtejn fil-ġimgħa. Billi ma kien hemm ebda Casual Social Assistants available biex jagħtu servizz lil din l-anzjana, qegħdin jittieħdu l-passi kollha neċessarji biex dan is-servizz jibda jingħata kemm jista' jkun malajr.
B'riferenza għall-mistoqsija 295 imwieġba fis-seduta 596 fis-17 ta' Settembru 2001, jista' il-Ministru jgħid meta se ssir din l-estensjoni tad-drenaġġ? Xi progress sar minn mindu kont għamilt il-mistoqsija parlamentari sena ilu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-estensjoni msemmija kellha bżonn ta' 'easements' minn ġo għelieqi u qed isiru l-proċeduri meħtieġa f'dan is-sens.
It-tender tad-Dipartiment biex isir dan ix-xogħol tad-drenaġġ fi Triq Anton Buttigieg, Żejtun hija maħsuba li tiġi ppubblikata dalwaqt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom minn 14-il sena 'il fuq jattendu skejjel regolari u li għandhom:
a) diżabilita' fiżika
b) nuqqas ta' smigħ
c) nuqqas ta' vista
d) nuqqas mentali
e) aktar minn diżabilita' waħda?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom minn 14-il sena 'il fuq jattendu skejjel speċjali u li għandhom:
a) diżabilita' fiżika
b) nuqqas ta' smigħ
c) nuqqas ta' vista
d) nuqqas mentali
e) aktar minn diżabilita' waħda?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom minn 16 sa 24 il-sena li jattendu adult training centres u li għandhom:
a) diżabilita' fiżika
b) nuqqas ta' smigħ
c) nuqqas ta' vista
d) nuqqas mentali
e) aktar minn diżabilita' waħda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li għandhom bejn 16 u 24 sena li jattendu fiċ-Ċentri tal-Persuni b'Diżabilita' hu kif ġej:
b'nuqqas ta' smigħ 1
b'nuqqas intellettwali 16
aktar minn diżabilita' waħda, inkluż
diżabilita' fiżika u nuqqas ta' vista 11
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jibdew jiġu istallati lifts fl-appartamenti tad-djar f'Ta' Giorni? Jista' jara li dan il-proċess jitħaffef peress li għadd ta' residenti f'dan il-housing estate huma anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar m'għandhiex applikazzjonijiet pendenti għall-installar ta' lifts fil-lokalita' ndikata mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jibda x-xogħol ta' bini mill-ġdid tal-playing field li hemm fil-qasam tad-djar f'Ta' Giorni kif kien miftiehem mill-kunsill lokali ta' San Ġiljan u t-taqsima bini u tiswijiet fi ħdan id-dipartiment tad-djar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li qed jitħejjew id-dokumenti tat-tender mill-konsulent tal-Kunsill Lokali biex is-sejħa għall-offerti tkun tista' toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa pjanat li jingħata it-tarmak fi Triq Birkirkara San Ġiljan? Jista' jgħid fiex wasal dan il-proċess?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħlijiet fit-Triq imsemmija mill-Onor. Interpellant qed jiġu koordinati mal-Utilities ikkonċernati biex is-servizzi ta' katusi u cables neċessarji jiġu mogħdija minn taħt l-art qabel din it-triq tingħata l-asphalt. Huwa ppjanat illi l-kostruzjoni ta' din it-triq jibda meta l-koordinazzjoni neċessarja tiġi konkluża.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibli li r-rotta tal-karozzi tal-linja 60 u 63, magħrufa bħala tas-Savoy, titjieb fis-servizz u fil-frekwenza?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li s-servizz preżenti hu ta' bejn 10,15 u 20 minuta skond in-neċessita' tal-ġurnata. Dan jinkludi wkoll is-servizz tar-rotot 63 (ta' kull siegħa) li tgħaddi minn Dingli Street, Tower Road u Tigne' qabel ma' tibqa' sejra l-Belt.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-gvern għandu l-ħsieb jew li qiegħed jippjana li jingħataw it-tarmak fil-lokalitajiet ta' Swieqi, Ta' l-Ibraġġ u l-Madliena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qiegħed jippjana biex jibda xogħol fl-imsemmija toroq:
Junction improvement fi Triq Dris c/w St. Andrews road
Resurfacing ħdejn il-Forum Hotel
Triq il-Kwartini - Swieqi
Jista' il-Ministru jgħid meta ser jitwaħħlu l-pelican lights jew it-traffic lights fiż-zebra crossing li saret fi Triq Mrabat f'Ta' Sliema quddiem Triq il-Ballut?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li x-xogħol ta' twaħħil ta' pelican lights fi Triq Mrabat għandu jiġi inkluż f'tender li mistenni joħroġ aktar 'il quddiem.
Jista' il-Ministru jgħid jekk ġaladarba ħierġin diversi tenders sabiex jingħata wiċċ tat-tarmak lit-triq li twassal mir-Rabat għall-Baħrija, din it-triq hiex se ssir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 34842.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-budget tal-kumitat għar-riabilitazzjoni tal-Kottonera matul din is-sena u fuq liema proġetti intefqu? Jista' jgħid ukoll jekk sarx xi virement ta' flus minn dan il-budget? Jekk fl-affermattiv, għal liema proġett ittieħdu dawn il-flus?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-budget 2002 tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera kien ta' Lm175,000, li minn dawn trid tnaqqas madwar Lm25,000 li jintużaw għall-amministrazzjoni, overtime u spejjeż ta' l-uffiċju. Mill-kumplament s'issa ntefqu Lm44,390 u sa l-aħħar tas-sena huwa stmat li jintefqu Lm109,775. Id-differenza żgħira intużat mill-proġetti l-oħra ta' riabilitazzjoni.
L-infieq bejn dak li diġa' tħallas u dak li għad irid jitħallas huwa kif ġej:
TĦALLSU SER JITĦALLSU
Lm Lm
Railing Couvre Porte 1,500
St Paul Church, Bormla, facade 2,727
Paving Couvre Porte 25,000
Rapport re: Foss Birgu 400
Notre Dame Gate, restawr 10,131 5,693
Upgrading St Michael Str., Isla 2,060 10,583
Design Misraħ ir-Rebħa, Birgu 400
New public toilets Bormla 3,000
Paving St Michael Str., Bormla 10,000
Bieb Sant'Anna, Isla, restawr 25,000
Scaffolding Knisja Salvatur, Kalkara 1,920
Monument Vitorja, Birgu 2,000
Ħadid għal lampezuri, Birgu 2,325
Scaffolding Monument Vitorja, Birgu 1,000
Design dawl Forti Sant'Anġlu 2,000
Photocopier tal-kulur 6,000
Overtime 1,402 6,172
Ħadid Bajja Rinella, Kalkara 2,451
Materjal għal diversi proġetti 2,486 214
Kiri ta' makkinarju 920 143
Servizzi diversi 1,050 459
Għotja Kunsill Lokali Bormla 4,922
Għotja Kunsill Lokali Birgu 2,105 2,894
Għotja Kunsill Lokali Isla 3,828 1,171
Għotja Kunsill Lokali Kalkara 5,000
Lampi Kalkara front 1,000
Spejjeż oħrajn 3,833 1,070
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' flus dovut mill-awtorita' tad-djar lill-kuntratturi għax-xogħlijiet li għamlu, liema kontijiet huma finalizzati u verifikati bħala korretti mill-istess awtorita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' tad-Djar ma għandha l-ebda kontijiet pendenti mal-kuntratturi tagħha.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument ta' konsultazzjoni dwar pjan ta' azzjoni fil-qasam ta' l-ilma li ġie ppreparat mill-awtorita' Maltija għar-riżorsi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument imsemmi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il kuntratt hemm ta' tindif ta' fossa tad-drenaġġ? Kif inhuma imqassma l-lokalitajiet li jkopru dawn il-kuntratti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-kuntratt li joħroġ id-Dipartiment tad-Drenaġġ mhux biex jinaddfu l-fosos iżda biex jibattlu. Dawn il-fosos ikunu fil-lokalitajiet fejn m'hemmx is-servizz tad-drenaġġ għaddej. id-Dipartiment tad-Drenaġġ joħroġ żewġ kuntratti, waħda għal farms (lista A) u oħra għal postijiet residenzjali (lista B).
Din ta' l-aħħar qed tiġi emendata biex il-fossa tal-Baħrija tkun kuntratt separat mill-bqija peress illi hija fossa komuni li tieħu għadd ta' djar fiha.
Wieħed għandu jkun jaf illi l-Baħrija hija kollha bil-fosos peress li mhix imqabbda mas-sistema tad-drenaġġ, għalhekk trid attenzjoni speċjali u titbattal kuljum.
LISTA 'A'
Buskett
Qormi
Siġġiewi
Żebbuġ
Żurrieq
Żejtun
Iklin
Rabat
LISTA 'B'
NORTH SOUTH
Armier Attard
Baħar iċ-Ċagħaq B'Buġia
Baħrija B'Kara
Baħrija (Main cesspit) Bidnija (Main cesspit)
Burmarrad Bir id-Deheb
Għajn Rihana Buskett
Għajn Tuffieħa Dingli
Magħtab Għargħur
Manikata Għaxaq
Marfa Girgenti
Mellieħa Żurrieq
Mġarr Gudja
Miżieb Kalkara
Mtarfa Luqa
Pwales Marsascala
Qawra Marsaxlokk
Salina Madliena
St Paul's Bay Mosta
Wardija Mqabba
Xemxija Mrieħel
Żebbiegħ Naxxar
Pieta'
Qormi
Rabat
San Ġwann
Senglea
Siġġiewi
St Andrews
Swieqi
Victoria Gardens
Vittoriosa
Żabbar
Żebbuġ
Żejtun