Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5796 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Proġett tal-Baċir Nru. 1 — Wirt storiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi kkonsidrat il-wirt storiku li jeżisti fiż-żoni tal-proġett tal-Baċir Nru. 1 u f'qiegħ il-baħar tad-daħla ta' Bormla? X'se jsir dwar dawn jekk jirriżultaw?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-kuntratt propost mill-Gvern preżenti jipprovdi biex jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex ikunu mħarsa l-fdalijiet,jekk hemm,li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant. Jekk dawn il-fdalijiet jirriżultaw jitqiesu bħala propjeta' tal-Gvern.
Leg 9 PQ #5797 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Baċir Nru. 1 — Xogħol fuq vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaqqaf ix-xogħol fuq vapuri fil-Baċir Nru. 1? Fiex wasal il-ftehim li ssemma bejn dawk interessati, il-gvern u t-Tarzna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #5798 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Baċir Nru. 1 — Blasting

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inkisirx il-ftehim li kien sar bejn il-Kunsill Lokali ta' Bormla u t-Tarzna sabiex ma jsirx blasting fil-Baċir Nru. 1? Jikkonferma l-Ministru li nhar l-10 u t-12 ta' Marzu, 1999 sar xogħol ta' blasting fuq il-vapuri tal-Gozo Channel? Għalfejn dan ix-xogħol sar f'dan il-baċir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li sar xogħol ta' blasting fuq il-vapur tal-Gozo Channel Cittadella fl-10 ta' Marzu 1999 biss u mhux kif ingħad mill-Onorevoli Interpellant. It-tip ta' sistema li ntużat hija dik magħrufa bħala 'Slurry Blasting' u l-ħaddiema li kienu qed jaħdmu fuq dan il-vapur baqgħu fuq il-post waqt li kien għaddej dan ix-xogħol. Għalhekk ma naħsibx li nħoloq xi nkonvenjent għar-residenti viċin il-baċir. It-teknoloġija wżata, kienet għadha fi stadju sperimentali meta sar il-ftehim imsemmi. It-Tarzna qed tagħmel l-almu tagħha biex l-użu ta' din it-teknoloġija jiġi estiż u b'hekk jitnaqqsu l-inkonvenjenzi għar-residenti ta' madwar l-azjenda.
Leg 9 PQ #5816 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4862, qed nibgħat id-dettalji separatament.

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-persuna li għaliha qiegħda tirreferi ġiet ikkuntattjata bit-telefon u din spjegat li l-problema tagħha ma kelliex x'taqsam mal-farmaċija iżda mar-riċetta. Hija qalet li għalkemm fuq il-kartuna s-safra kien hemm imniżżel Fludrocortisone 100 micrograms darbtejn kuljum jiġifieri sittin pillola fix-xahar, ir-riċetta kienet qed tinkiteb għal tletin fix-xahar. Din il-persuna ngħatat parir li tikkjarifika din il-kwistjoni mat-tabib li qed jagħmlilha ir-riċetta.

Bord għall-Kontroll tat-Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Traffic Control Board huwiex imwaqqaf u jiffunzjona? Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri ta' dan il-bord?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qed isiru konsultazzjonijiet biex jiġi mwaqqaf l-Bord imsemmi mill-Onor. Interpellant.

UE — Sħubija ta' Malta

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nefaq il-gvern minn Settembru sal-lum, fuq safar, kuntatti u oħrajn, biex nissieħbu fl-Unjoni Ewropea? Liema huma l-pajjiżi kkonċernati?

Response (MARCO, GUIDO DE)

L-informazzjoni bi tweġiba għal din il-Mistoqsija, u għal dik simili Numru 5057, qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

OECD — Rapporti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma rapporti li Malta beħsiebha tfittex li tissieħeb fi ħdan l-OECD?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Jiena nfurmat illi l-Ministeru għal Servizzi Ekonomiċi qed jeżamina l-possibilita', jiġifieri r-rekwiżiti u l-effetti, ta' sħubija Maltija fl-Organiżazzjoni għal Kooperazzjoni Ekonomika u Żvilupp (OECD).
Leg 9 PQ #5845 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem — Manutenzjoni ta' triq

Question

Taf il-Ministru li Triq Cordina, f'Għajnsielem, Għawdex tenħtieġ resurfacing? Tista' l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa biex l-imsemmija triq tingħata wiċċ ġdid?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-bżonn ta' resurfacing fi Triq Cordina f'Għajnsielem jiġi kkunsidrat skond il-prijoritajiet ta' xogħolijiet ta' toroq f'Għawdex.
Leg 9 PQ #5857 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5472, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet, l-ID Card tagħhom u kemm kien l-overtime f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li m'għandix iżjed xi nżid mar-Risposta Parlamentari Nru. 5472 tas-Seduta Nru. 76.
Leg 9 PQ #5863 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Air Malta Cargo Division — Inċineratur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tas-saħħa jew il-ministeru rċevewx ilmenti dwar abbużi li qed isiru fejn hemm l-inċineratur li jintuża mill-Air Malta Cargo Division fl-Ajruport ta' Malta? Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fin-nuqqas ta' aktar dettalji, nitlob l-Onor. Interpellant biex ikun iktar speċifiku dwar l-abbuż li qed jallega li qed isir.
Leg 9 PQ #5864 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ajruport — Inċineratur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi abbuż fiż-żona fejn hemm l-inċineratur, li suppost jintuża sabiex materjal ta' l-ikel ta' fuq l-ajruplani jinħaraq, liema abbuż huwa ta' periklu għas-saħħa? Jaf il-Ministru li fi żmien Gvern Laburista, l-Ministeru għall-Ambjent kien qabbad konsulenti dwar waste management li fost ħwejjeġ oħra jagħmlu riferenza għall-periklu li dan l-inċineratur qed joħloq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Wara deċiżjoni tal-kabinett, f`Lulju 1998, l-Environmental Management Unit ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, qabbdet lil Aspinwall & Co. Ltd tar-Renju Unit bħala konsulenti, biex jagħmlu studju li ġie msejjaħ ~Waste Management Subject Plan for the Maltese Islands~. Dan l-istudju ġie iffinanzjat mill-Ministeri tas-Saħħa, Xogħolijiet Pubbliċi u Agrikultura u Trasport. Ta` min jgħid li l-MIA plc ħarġet ħamsa u għoxrin fil-mija, jiġifieri s-somma ta` Lm9,000 ta` l-ispejjeż tal-konsulenza. Dan sar minkejja l-fatt li l-MIA plc għadha mhix responsabbli għall-immaniġġjar tal-iskart mill-ajruplani. Dan l-istudju beda fl-1 ta` Awissu 1998 u l-aħħar draft report mistenni jiġi ppreżentat sa l-aħħar ta` Mejju 1999, biex iservi ta` bażi biex jittieħdu deċiżjonijiet. L-ewwel draft report kien ġie ppreżentat f` Settembru 1998. F`dan id-draft report saret referenza għan-nuqqasijiet preżenti, iżda ma jsemmix periklu jew abbużi. Ta` min jgħid li jekk l-MIA tkun taf li qegħdin isiru xi abbużi, din tieħu l-passi neċessarji biex dawn jieqfu.
Leg 9 PQ #5865 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Ajurport — Passes

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wara bosta xhur il-passes tal-personnel u tal-karozzi fiż-żoni ristretti ta' l-ajruport ta' Ħal Luqa/Gudja, għandhom l-istess passes ta' qabel li kienu validi sa' l-aħħar ta' Diċembru 1998?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-passes tal-personnel biex ikollhom aċċess fiż-żona ristretta tal-ajruport Luqa/Gudja huma validi sa' l-aħħar ta' Diċembru 2000. Ninsab infurmat ukoll li l-passes tal-vetturi, li skadew f'Diċembru li għadda, għad ma ġewx mibdula għax id-Dipartiment responsabbli qiegħed fil-proċess iminenti li jibdel is-sistema tal-ħruġ tal-passes għal waħda komputerizzata. Peress li kull xufier tal-vetturi in kwistjoni għandu pass personali validu sa l-aħħar tas-sena 2000, u għalhekk ma hemm ebda riskju għas-sigurta', il-bdil tal-passes tal-vetturi darbtejn f'qasir żmien ma jkunx ħlief ħela ta' fondi pubbliċi. 23.03.99
Leg 9 PQ #5898 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Club tar-Regatta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-imħażen użati mill-Club tar-Regatta, f'Bormla humiex se jintmissu minħabba l-proġett tal-Marina?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Assolutament le.
Leg 9 PQ #5899 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Xatt ir-Risq — Mini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'hemm fil-futur għal dawk il-persuni li krew mina milli hemm f'Xatt ir-Risq sabiex jagħmluha garage? Hemm xi perikli li titwaqqaf il-kirja tagħhom mil-Lands Dept?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-kirja in kwestjoni mhix milquta mill-proġett tal-Kottonera.
Leg 9 PQ #5900 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Xatt ir-Risq — Kumpannija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpannija li qed tagħmel użu minn imħażen kbar f'Xatt ir-Risq hijiex ikollha l-kirja f'periklu? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jiggarantixxi post alternattiv sabiex din il-kumpannija, li toffri mpjiegi lil numru ta' ħaddiema, tibqa' topera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-kumpannija li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant għandha t-titolu ta' lokazzjoni tagħha jiskadi aktar tard din is-sena. Jekk il-kumpannija tħoss iżda li għandha tavviċina lill-Gvern fuq il-bżonnijiet tagħha, dan tista' tagħmlu.
Leg 9 PQ #3661 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Kampanja dwar l-indafa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-kampanja dwar l-indafa li nieda l-istess ministeru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Saru diversi kampanji dwar l-indafa. Fost dawn il-kampanja "Clean Up the World" u "Clean Up the Sea" kif ukoll qed isir tindif fuq bażi regolari. Bħalma jaf l-Onorevoli Interpellant, kampanji bħall-ewwel tnejn li semmejna jkunu sponsorjati minn kumpanniji privati li għalhekk ikopru parti mill-ispejjeż li jsiru. Spejjeż oħra li jsiru speċjalment fuq it-tindif regolari ikunu koperti mid-dipartiment speċifikament minn dak li huwa l-vot tal-Personal Emoluments ta' l-impjegati li jkunu qegħdin jaħdmu fuqu u għalhekk ma jkunx possibli li tingħata ċifra speċifika fuq kull waħda minn dawn il-kampanji.
Leg 9 PQ #3743 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Art biswit l-Westin Dragonara Hotel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex biċċa art tal-Gvern biswit l-entratura tal-Westin Dragonara Hotel u li s-sidien ta' l-imsemmija lukanda qabdu u żviluppaw f'parking mingħajr l-permessi meħtieġa u mingħajr awtorizzazazzjoni, tittieħed lura mill-awtoritajiet? Il-Ministru jaf li fl-entratura ta' l-imsemmija parking dan l-aħħar twaħħlet xatba? Jista' l-Ministru jgħid jekk din ix-xatba twaħħlitx bil-permess ta' l-awtoritajiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-biċċa art li għamel referenza għaliha l-Onorevoli Interpellant kienet twittiet u tnaddfet mis-sidien u żviluppaturi tal-lukanda in kwistjoni meta l-proġett kien fil-fażi inizjali ta' kostruzzjoni, fejn xi ħaddiema kienu jipparkjaw il-vetturi tagħhom. Wara li ġiet inawgurata l-lukanda dan is-sit beda jintuża bħala parkeġġ mill-pubbliku in ġenerali li jiffrekwenta l-inħawi. Minn spezzjoni riċenti rriżulta li xi ħadd għamel 'barrier' biex jagħlaq l-aċċess għal dan is-sit. Ninsab infurmat li qegħdin jittieħdu l-passi neċessarji sabiex din l-art pubblika ma tintużax għal skop privat, inkluża l-applikazzjoni ta' mandat ta' żgumbrament maħruġ mill-awtorita' kompetenti. 22.03.99
Leg 9 PQ #3744 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pilloli "Asacol" humiex available fl-ispiżeriji ta' l-isptarijiet u taċ-ċentri tas-saħħa? Jekk fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid min meta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

1. L-isem ġeneriku tal-mediċina 'Asacol' huwa 'Mesalazine' li hi 'stock item' fis-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern. 2. Il-pilloli 'Mesalazine' huma 'available' fl-ispiżeriji kollha ta' l-isptarijiet u taċ-ċentri tas-saħħa. 3. S'intendi, il-pilloli 'Asacol' propri m'humiex 'stock item' u m'humiex 'available' fuq bażi regolari fis-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern.
Leg 9 PQ #3745 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kampanja għal "Sewqan Aħjar"

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li jintnefqu flus fil-kampanja għal sewqan aħjar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-kampanja għal sewqan aħjar, li hu stmat li ser tiswa madwar Lm60,000, mhux ser tinvolvi spejjeż minn fondi pubbliċi peress li l-ammont ta' flus meħtieġa qed jinġabru permess ta' donazzjonijiet u sponsorships. 22.03.99

Marsa — Fisherman Street

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1312, jista' l-Ministru jara li jsir x-xogħol f'Fisherman Street, Marsa?

Response (GALEA, ĊENSU)

M`għandi xejn x`inżid ma l-informazzjoni li tajt lill-Onor. Interpellant f`domanda Nru. 1312.