Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bord għall-Għajnuna Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' għajnuna b'emerġenza ittratta l-Bord għall-Għajnuna Soċjali u l-Kumitat Soċjali, sena b'sena mill-1994 'il hawn? Kemm fi flus? X'inhuma l-oġġetti li m'humiex fi flus li dan il-Bord approva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm każijiet ta' Għajnuna b'emerġerza li ġew ittrattati mill-Bord għall-Għajnuna Soċjali u l-Kumitat Soċjali. Ir-raġuni li ma kienx hemm każijiet bħal dawn x'aktarx li hi li l-persuni li setgħu bbenefikaw minn din l-Għajnuna, ingħataw l-Għajnuna Soċjali li titħallas skond l-Artiklu 30 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, liema Għajnuna hi għola. 23.3.99

Ambaxxati barranin — Impjegati Maltin

Question

Jaf il-Viċi Prim Ministru li ħaddiema Maltin impjegati f'Ambaxxata ta' pajjiż fl-Ewropa qed jiġu mitluba jaħdmu sigħat ta' xogħol li mhux suppost?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Il-Ministeru tiegħi m'huwiex infurmat uffiċċjalment li hemm xi ħaddiema Maltin, impjegati ma' Ambaxxata ta' pajjiż Ewropew, li qed jintalbu jaħdmu siegħat ta' xogħol li mhux suppost. Nirriferi lill-Onorevoli Membru wkoll għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5368.

Ambaxxati — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' protezzjoni mill-gvern għandhom il-ħaddiema Maltin li jaħdmu fl-Ambaxxati mil-lat ta' kondizzjonijiet ta' xogħol?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Il-Kondizzjonijiet tax-xogħol ta' ħaddiema Maltin impjegati ma' Ambaxxati barranin f'Malta huma dawk miftiehma bejn il-partijiet. Ma jkunx hemm normalment bżonn li l-Ministeru tiegħi jintervjeni biex jassigura li l-kundizzjonijiet miftiehma jkunu konformi mal-liġijiet Maltin jew li dak li ġie miftiehem qed jiġi osservat. Madankollu, kull meta ħaddiema Maltin ilmentaw mal-Ministeru li ma baqgħux igawdu minn kundizzjonijiet ta' xogħol aċċettabli, dan l-ilment dejjem tressaq għall-attenzjoni ta' l-Ambaxxata barranija konċernata.

Anzjani — Djar għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'regolamenti jeżistu min-naħa tal-gvern għal dawk il-lukandi li qed jiġu kkonvertiti fi djar ta' l-anzjani? Jista' l-Ministru jgħid xi standards qed jinsisti fuqhom il-gvern vis-a-vis id-djar privati ta' l-anzjani? X'qed jagħmel il-gvern biex jassigurta li dawn id-djar ikunu attrezzati għal ħteġijiet ta' l-anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-operat tad-Djar għall-Anzjani jiġi liċenzjat mill-Ministru tas-Saħħa skond il-Medical and Kindred Professions Ordinance. Meta d-Dipartiment tas-Saħħa jirċievi talba biex post ikun jista' jibda' jopera bħala dar għall-anzjani, issir spezzjoni fuq il-post minn team ta' nies kompost minn uffiċċjali mid-Dipartiment tas-Saħħa u minn dak tal-Anzjani biex jiġi stabbilit jekk dan jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti mid-Dipartiment bħal, per eżempju, daqs ta' kmamar tas-sodda, faċilitajiet bħal kċina, kamra tal-ikel, common areas, kmamar tal-banju, lifts, aċċessi, aides, fire extinguishers, staff kwalifikati u iġene. L-applikant jiġi nfurmat bl-aġġustamenti meħtieġa u meta jikkonforma magħhom tinħareġ il-liċenzja. Fil-każ ta' lukanda li tkun trid tiġi konvertita f'dar għall-anzjani tiġi addottata l-istess proċedura. Spezzjonijiet isiru kull sena qabel it-tiġdid tal-liċenzja. F'dan l-eżerċizzju jsir aċċenn għall-mod kif jinżammu l-mediċini, l-iġene u jiġu nnutati xi affarijiet ġodda li jkunu saru fid-dar. Minbarra dawn l-ispezzjonijiet ta' rutina, jsiru oħrajn għall-għarrieda kemm il-darba jkun hemm xi rapport jew indikazzjoni negattiva. 23.3.99
Leg 9 PQ #5489 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Għeriexem HE - Dawl

Question

Peress li l-bozza quddiem l-anzjan residenti fi Blk 3, Flat 1, Għeriexem HE, Rabat ilha tiġi rrapportata xhur sabiex tinxtegħel mill-ġdid, jista' l-Ministru jara li din it-talba tiġi rispettata ħalli dan l-anzjan ma jkomplix iħabbat wiċċu ma' dan l-inkonvenjent?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li ser jittieħdu l-passi biex il-bozza in kwistjoni tinbidel.
Leg 9 PQ #5490 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Kordin — Ħamrija fil-ground

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn intużat il-ħamrija li tħammlet riċentement mill-inħawi tal-ground tal-football ta' Kordin? Kemm kien il-volum (f'jardi) tal-ħamrija li tħammlet? Kemm intalbu permessi u ġew approvati talbiet mill-5 ta' Settembru 'l hawn għaċ-ċaqlieq tal-ħamrija?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Agrikultura. 23.03.99
Leg 9 PQ #5491 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Rimi ta' ħamrija

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi ttieħdu fuq il-ħamrija li kienet qed tinġarr fuq il-barkuni u tintrema' l-baħar? Kemm huwa kkalkolat li nqerdet ħamrija? X'passi ħadet l-awtorita' sabiex issir ġustizzja ma' min kiser il-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Agrikultura. 23.03.99
Leg 9 PQ #5492 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Talbiet għal tħaffir ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar approvat għat-tħaffir ta' ilma matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? F'liema nħawi ta' Malta ngħataw dawn il-permessi u kemm huwa kkalkolat il-volum ta' ilma li qed jintuża għal skop agrikolu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li din l-informazzjoni ma tistax tinġabar minħabba li sal-lum is-sistema komputerizzata mhix attrezzata għal dan it-tip ta' queries. Bħalissa għaddej xogħol biex tiġi nstallata sistema li eventwalment tagħti l-possibilita' li din it-tip ta' informazzjoni tkun tista' tinġabar. 23.03.99
Leg 9 PQ #5493 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Talbiet għal tħaffir ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet għal tħaffir għall-ilma li ma approvatx l-Awtorita' ta' l-Ippjanar matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? X'kienu r-raġunijiet ta' dan?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5492 f'din l-istess Seduta. 23.03.99
Leg 9 PQ #5494 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assistenti Kapijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-vakanzi li nħolqu bejn l-20 ta' Novembru, 1998 u l-15 ta' Marzu, 1999 għall-assistenti kapijiet ta' skejjel sekondarji? Kemm minnhom diġa' mtlew u f'liema skejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Vakanzi li nħolqu bejn l-20 ta' Novembru 1998 u l-15 ta' Marzu 1999 għall-assistenti Kapijiet ta' skejjel sekondarji kienu tlieta, tnejn f'Malta u waħda f'Għawdex. Iż-żewġ vakanzi f'Malta nħolqu għax il-persuni kkonċernati ħarġu bil-"pre-retirement leave", u ntlew it-tnejn. F'Għawdex irtirat persuna iżda l-post vakant għadu ma nteliex. F'Malta ntlew il-post-vakant fl-iskola Sekondarja "Marija Assunta tal-Ħamrun u l-post - vakant fl-iskola Sekondarja tas-subien "Antonio Bosio" tal-Gżira.
Leg 9 PQ #5564 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat sussidju l-kumpannija PBS is-sena l-oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Gvern jawtorizza lill-PBS iżżomm il-flus miġbura mill-ħlas tal-liċenzji wara li taqta' l-ispejjeż biex jinġabru dawn l-istess flus. Id-dħul mil-liċenzji kien jammonta għall-Lm2,314,000 fl-1998.

Novita — Makkinarju

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista tal-makkinarju li għadda f'idejn il-kumpannija Novita mill-Kalaxlokk meta din waqgħet taħt il-kontroll tagħha u kemm ġabet lura makkinarju magħha l-Kalaxlokk meta ma baqgħetx responsabbli għaliha u għall-ħaddiema tan-Novita?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta` makkinarju, inġenji u vetturi prinċipali li jinsabu f`idejn il-kumpanija Novita`. Il-kiri ta` makkinarju lill-kumpanija msemmija huwa regolat minn ftehim li sar fis-7 ta` Novembru 1994 u għandu jibqa` hekk regolat sakemm jispiċċa l-kuntratt tax-xogħol ta` Terminal 2 tal-Malta Freeport. Kien hemm xi makkinarju li bi ftehim bejn il-partijiet ġie ritornat lill-Kalaxlokk. Dan il-makkinarju ritornat jikkomprendi sitt containers ta` sitt metri -il wieħed, pedestrian roller,van, tlett mobile officers, JCB u mechanical horse.

Malta Shipbuilding — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat sussidju l-kumpannija Malta Shipbuilding is-sena l-oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-sena l-oħra l-kumpanija Malta Shipbuilding irċeviet is-somma ta' Lm7,431,720 f'sussidju.

Enemalta — Dejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha dejn jew liabilities il-Korporazzjoni Enemalta llum? Kemm għamlet qliegħ/telf is-sena l-oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Skond il-Management Accounts għas-sena li għalqet fit-30 ta' Marzu 1998, l-Enemalta kellha dejn u liabilities fl-ammont ta' Lm141.9 miljuni. Il-qliegħ għas-sena finanzjarja bejn l-1 ta' Ottubru 1997 u t-30 ta' Settembru 1998 kien jammonta għal Lm8.4 miljuni. Dawn l-aħħar figuri huma proviżorji peress li fuq is-sezzjoni ta' l-elettriku ħafna mill-kontijiet għall-konsum għad iridu joħorġu.

WSC — Dejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha dejn jew liabilities il-WSC illum? Kemm għamlet qliegħ/telf is-sena l-oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.

Tarzna ta' Malta — Dejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha dejn it-Tarzna llum? Kemm għamlet qliegħ/telf is-sena l-oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sal-31 ta' Diċembru 1998, it-Tarzna ta' Malta kellha dejn ta' Lm122,953,423. It-telf li kellha din l-azjenda fi tmiem is-sena 1998 kien ta' Lm7,550,184 li żdied għal Lm8,664,890 wara li għal darb'oħra kien hemm telf fuq il-vapuri Russi.
Leg 9 PQ #5675 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dingli — Main tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li l-main tad-drenaġġ li ħiereġ mill-iskola ta' Ħad Dingli fi Triq Santa Marija u li żbroffa xi tliet xhur ilu jitranġa minħabba li fl-istat li hu qiegħed jikkawża inkonvenjent kbir?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #5676 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Lija — Villa Francia

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa f'Villa Francia, Ħal Lija sabiex tinżamm fi stat tajjeb peress li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħed jiġrilha ħsara?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-proprjeta' li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qegħda f'idejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u għalhekk nitolbu jirreferi din il-Mistoqsija lill-Prim Ministru. 23.03.99
Leg 9 PQ #5688 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur mill-bidu tas-sena 'il quddiem? Min huma l-membri attwali tal-kunsill? X'ħidma saret mill-kunsill mill-elezzjoni ġenerali sal-llum? X'kienet ir-raġuni li l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, spiċċa konsulent mal-ministeru u ma baqax jagħti s-servizz tiegħu fid-dipartiment għall-affarijiet tal-konsumatur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bħalma hija l-prattika, meta f`Settembru li għadda kien hemm bidla fl-amministrazzjoni, il-membri tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur issottomettew ir-riżenja tagħhom. Dan il-Kunsill għad irid jiġi kostitwit. Għaldaqstant l-istess kunsill bħalissa mhux qed jiltaqa`. Fl-24 ta` April 1998, Ministru tal-Finanzi ta` dak iż-żmien, jiġifieri l-Onorevoli Interpellant inniffsu, inkariga lil persuna oħra fid-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur biex tagħmel xogħol relatat mal-Commission for the Education and Protection of Consumers, l-istess xogħol li sa l-imsemmija data kien isir mill-persuna li għaliha qed isir riferenza.
Leg 9 PQ #5689 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment tal-Kummerċ — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown skond il-kategorija tan-nies li hemm jaħdmu fid-Dipartiment tal-Kummerċ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent hemm dawn il-persuni jaħdmu fid-Dipartiment tal-Kummerċ: Direttur 1 Prinċipal Anzjan 5 Prinċipal 6 Assistent Prinċipal 5 Uffiċjal Eżekuttiv 12 Supervisor 2 Skrivani 14 Skrivani każwali 3 Messaġġiera 5 Grupp III 7 Grupp II 14 Gradi industrijali oħra 2 Minn dawn Assistent Prinċipal qiegħed sekondat ma' Union u 3 Uffiċjali Eżekuttivi, 3 Skrivani u Grupp II jinsabu fuq 'Parental Leave'