Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5574 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Tobba li jinvistaw l-impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma t-tobba li qed jintbagħtu jinvistaw impjegati taċ-Ċivil li jkunu fuq is-sick leave? Kemm qed jitħalsu? Dawn huma tobba tal-gvern jew imqabdin mill-privat? Mill-privat saru xi call for applications jew tenders għal dan it-tip ta' xogħol minn kumpanniji ta' tobba li joffru dan is-servizz? Dan ix-xogħol qed isir minn tobba privati? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relevanti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lil Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 5325 fid-9 ta' Marzu 1999.
Leg 9 PQ #5575 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati fuq sick leave

Question

Billi skond il-Kodiċi ta' Etika tal-medical council, meta tabib jiġi mibgħut mill-employer biex jivverifika kas ta' sick leave fuq impjegat, it-tabib għandu jinforma lill-marid li għandu d-dritt illi jkollu t-tabib privat tiegħu waqt li jkun qed jiġi eżaminat, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk it-tobba li qed jintbagħtu fuq impjegati taċ-Ċivil humiex jagħmlu dan u jekk l-impjegati taċ-Ċivil ġewx mgħarfa li huma għandhom id-dritt jirrifjutaw li jiġu eżaminati mit-tabib tal-gvern jekk it-tabib tagħhom ma jkunx preżenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li skond il-Kodiċi ta' l-Etika tal- Professjoni tagħhom, it-tobba għandhom jinfurmaw il-pazjent li għandu d-dritt li jkollu t-tabib privat tiegħu preżenti waqt l-eżami mediku. Ir-risposta għat-tieni parti tad-domanda hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #5718 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pixkerija — Qbid ta' ħut

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-qabda tal-ħut għax-xhur ta' Jannar u Frar reġistrata fil-Pixkerija?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-qabda tal-ħut reġistrata fil-Pixkerija fl-ewwel xahrejn ta' din is-sena kienet kif ġej: 1999 Kwantita' (Kg) Jannar 22,457 Frar 19,876
Leg 9 PQ #5719 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija — Qatla taċ-ċanga/majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-qatla taċ-ċanga u majjal fil-Biċċerija għax-xhur ta' Jannar u Frar 1998 u 1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-irjus ta' Majjal kif ukoll Ċanga maqtula f' Jannar, Frar 1998 u 1999 kienet kif indikat hawn taħt: Majjal (Irjus) (Qatla ta' Malta u Għawdex) 1998 Totali 1999 Totali Jannar 10,345 Jannar 10,034 Frar 9,586 Frar 9,823 Bovini (Irjus) (Qatla ta' Malta u Għawdex) 1998 Totali 1999 Totali Jannar 553 Jannar 483 Frar 508 Frar 509
Leg 9 PQ #5720 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Dħul ta' taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien id-dħul ta' taxxa mill-VAT matul ix-xahar ta' Jannar u Frar, 1999? Kemm minn dawn l-ammonti jappartjenu għas-settur tal-Biedja u Sajd u meta se jsiru r-refunds lura lill-bdiewa, sajjieda u raħħala?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul net mill-VAT fl-ewwel xahrejn ta` din is-sena kien ta` Lm7,989,059. Minn dan, Lm7,516,341 nġabar mid-Dwana peress li l-ewwel returns tal-VAT kellhom jaslu fid-Dipartiment tal-VAT sal-15 ta` Marzu 1999. L-ewwel returns bis-sistema l-ġdida tal-VAT ta` dawk il-bdiewa, sajjieda u raħħala li qiegħdin fuq perjodu ta` taxxa ta` tlett xhur għandhom jaslu fid-Dipartiment tal-VAT sal-15 ta` Mejju 1999. Għaldaqstant dawn il-kategoriji ta` taxpayers għadhom ma ħallsu ebda taxxa tal-VAT lid-Dipartiment taħt is-sistema l-ġdida.
Leg 9 PQ #5722 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kalendarju Agrituristiku

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex se jespandi aktar l-attivita' tal-Kalendarju Agrituristiku sabiex il-kunsilli lokali tal-gżejjer tagħna jipparteċipaw aktar f'dan l-avveniment?

Response (ZAMMIT, NINU)

F'tarf is-sena l-oħra l-kunsilli kollha ta' pajjiżna ġew mistiedna mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex jieħdu sehem fil-Kalendarju Agrituristiku għas-sena 1999.

Vetturi — Vehicle road test

Question

B'riferenza għall-aħħar parti tat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5010, jista' l-Ministru jgħid x'jiġri kemm-il darba vettura tkun għaddiet mill-VRT jirriżultalha ħsara sussegwentement ikkawżata minn xi ħofor jew stat ħażin tat-toroq? X'ikun ir-rimedju taċ-ċittadin kontra l-awtoritajiet f'tali każijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-każ ipotetiku mqajjem minnu jaqa` fl-ambitu` tal-Kodiċi Ċivili li jistabilixxi il-proċeduri u r-rimedji kollha li jistgħu japplikaw.
Leg 9 PQ #5759 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Għassa taż-Żurrieq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx kellu l-esperjenza li jżur l-Għassa tal-Pulizija li qiegħda fit-Torri ta' Wied iż-Żurrieq? Jaf li din tinsab fi stat miżeru, inuman u degradanti? Jaf li din l-għassa mhux akbar minn tlett metri wiesgħa bi tlett metri tul tant li l-pulizija li jkun hemm m'għandux fejn idur? Jaf li ilu ma jsir xogħol ta' manutenzjoni snin kbar u l-kondizzjoni tal-ġebla tinsab fi stat deterjoranti? Jaf li l-pulizija li jkun duty f'din l-għassa m'għandux fejn jaqdi l-bżonnijiet naturali tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dan it-torri ilu jintuża bħala Għassa tal-Pulizija għal bosta snin. Huwa veru li l-akkomodazzjoni f'dan il-post hija limitata ħafna, pero' peress illi dan huwa bini storiku ma jistax isir alterazzjoni fih. Ta' min isemmi ukoll illi viċin ta' din l-Għassa hemm faċilitajiet sanitarji pubbliċi. 24.03.99
Leg 9 PQ #5760 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari, meta jagħti l-każ, u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Affarijiet Barranin — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari, meta jagħti l-każ, u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (MARCO, GUIDO DE)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.

Sigurta' Soċjali — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari, meta jagħti l-każ, u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet imsemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 24.3.99
Leg 9 PQ #5763 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari, meta jagħti l-każ u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Djar — Attard - Tal-Fuklar

Question

B'riferenza għall-bini tal-maisonettes f'Tal-Fuklar, f'Ħ'Attard, jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi mplimentat ix-xogħol ta' landscaping kif stipulat fil-kondizzjoni Nru. 8 tal-permess tal-bini (PA 4079/95/DC01)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar qiegħed jikkonsulta lill-Kunsill Lokali dwar il-pjanta tal-'Landscaping'. Hekk kif ikun hemm qbil dwar din il-pjanta jibdew jitħejjew l-offerti biex ix-xogħol meħtieġ isir possibilment għal bidu tas-sena 2000. 24.3.99
Leg 9 PQ #5858 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5471, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni, l-ID Card tagħhom u kemm kien l-overtime f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li m'għandix iżjed x'inżid mar-Risposta Parlamentari Nru. 5471 tas-Seduta Nru. 76.
Leg 9 PQ #5859 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5470, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni, l-ID Card tagħhom u kemm kien l-overtime f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li m'għandix iżjed x'inżid mar-Risposta Parlamentari Nru. 5470 tas-Seduta Nru. 76
Leg 9 PQ #5860 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5469, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni, l-ID Card u kemm kien l-overtime f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li m'għandix iżjed x'inżid mar-Risposta Parlamentari Nru. 5469 tas-Seduta Nru. 76.
Leg 9 PQ #5861 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5468, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni, l-ID Card u kemm kien l-overtime f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li m'għandix iżjed x'inżid mar-Risposta Parlamentari Nru. 5468 tas-Seduta Nru. 75.
Leg 9 PQ #5866 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Masseur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi sejħa sabiex fil-kumpless tal-Pixxina jkun hemm masseur? Jekk iva meta, kemm kien hemm nies li applikaw, kif saret l-għażla u x'qed jiggwadanja l-kumpless mill-ħlas li qed jiġu ċċarġjati l-klijenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Jien infurmat li ma nħarġet ebda sejħa sabiex ikun hemm masseur fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali.
Leg 9 PQ #5867 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi sejħa sabiex jibnu xi uffiċini fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali? Jekk iva, meta saret din is-sejħa, kif ġie magħżul/a, jekk hemmx xi ħlas dovut u għalkemm żmien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kien hemm ebda sejħa sabiex jinbnew xi uffiċini fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali.