Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3978 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Ċimiterju ta' l-Addolorata - Vit ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħditx azzjoni fuq il-mistoqsija parlamentari numru 974 dwar vit ta' l-ilma f'section Q jara fiex waslu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diġa għidt fi-tweġiba għall-mistoqsija numru 974, biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tkun tista' tinstalla servizz ġdid ta' l-ilma fil-post imsemmi, trid issir applikazzjoni mill-entita' responsabbli. S'issa l-Korporazzjoni għadha ma rċevietx tali applikazzjoni.
Leg 9 PQ #3979 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta — Teatru Rjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet biex jinbena t-Teatru Rjali fil-Belt?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-bini tas-sit tat-Teatru Rjal li jifforma parti mill-Proġett kollu tal-bini ta' l-Arts Centre u rijabilitazzjoni ta' l-area tad-dawra nkluż il-Bus Terminus, bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant tħejjiet Master Plan li se tkun preżentata lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar permezz ta' Outline Development Application.

Djar — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-miżati għall-ġbir ta' applikazzjonijiet u bills payable li jiġu mitluba mill-Awtorita' tad-Djar għal kull skema li għandha, skema bi skema? Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn dawn il-miżati u bills payable ġewx aġġustati jew mibdula? Jekk ġew mibdula, jista' l-Ministru jgħid skema bi skema x'kien it-tibdil?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-"Bills Payable" miġbura mill-Awtorita' tad-Djar fuq l-iskemi tagħha huma dawn: (a) Fuq Skema I - Lm 20 Fuq Skema L - Lm 10 Fuq Skema M - Lm 20 Fuq Skema N - Lm 20 Dawn il-miżati jiġu rimborżati lill-benefiċjarji wara l-iffirmar tal-kuntratt. (b) Fuq Skema Numru Wieħed - Lm 5 Fuq Skema Numru Tlieta - Lm 5 Dawn ma jiġux rimborżati lill-applikanti. Taħt kull skema titħallas 50c għal kull applikazzjoni. Mill-5 ta' Settembru 'l hawn ma kien hemm l-ebda żieda f'dawn il-miżati. 24.3.99
Leg 9 PQ #4937 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola San Miguel — Hydrotherapy pool

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa b'kollox il-hydrotherapy pool li hemm fl-iskola San Miguel f'Saint Andrews u għaliex dan il-pool għadu mhux qed jintuża mit-tfal b'diżabilita? Hemm il-ħsieb li xi darba dan il-pool ikun fi stat li jintuża? Meta?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4982.
Leg 9 PQ #4938 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — CDAU

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġenituri ma jitħallewx jipparteċipaw waqt il-case conference ta' wliedhom li ssir fis-CDAU ta' l-Isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Case Conference fis-CDAU titmexxa fuq 'guidelines' ta' Case Conferences li jsiru f'Child Development Assessment Units fl-Ingilterra. Skond stħarriġ li sar nstab li l-ġenituri jsibu ruħhom mifxula u mbeżża meta jiltaqgħu ma Team ta' professjonisti madwar mejda li jkunu qegħdin jiddiskutu lit-tifel jew tifla tagħhom. Wara l-Case conference il-Konsulenta Pedjatra responsabbli mis-CDAU tiltaqgħa mal-ġenituri u tiddiskuti magħhom ir-riżultati rispettivi tal-Case Conference. Il-ġenituri jingħataw Case Summary li hu appuntu rendikont tar-riżultat tal-Case Conference. Il-membri kollha tat-Team jiktbu d-dettalji tal-assessment li jkunu wettqu u jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom. Il-ġenituri jħossuhom ħafna aktar trankwilli w rilassati jiddiskutu ma persuna waħda. Huma jingħataw il-ħin kollu biex jiddiskutu l-punti kollha li jkunu jixtiequ jqajmu u jiċċaraw. Il-Case Summary jsibuha utli ħafna biex jużawha meta jkollhom bżonn.
Leg 9 PQ #5073 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema peripatetiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir biex l-għaxar persuni li huma għalliema peripatetiċi fit-taqsima għal dawk neqsin mis-smiegħ jingħataw lap tops għax dan ikun jista' jgħinhom ħafna fix-xogħol li jagħmlu mat-tfal l-aktar fl-użu ta' soft ware addattat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dawn l-għalliema se jkollhom il-laptop mis-sena skolastika li jmiss.

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4387 u ċioe' b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3886, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tiswa lill-gvern kieku fil-ftehim tas-Servizz Ċivili ffirmat fl-1998 daħħal ukoll lill-pensjonanti tas-Servizz li rtiraw qabel l-1996?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Numru 3954 dwar l-istess suggett. 24.3.99
Leg 9 PQ #5089 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tas-Snajja' - Assistenti kapijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni għall-post ta' assistenti kapijiet tat-trade schools li r-riżultat ġie ppubblikat din is-sena? Min applika? Kif ingħataw il-marki? X'kien il-weighting ta' kull kategorija tal-kriterji differenti? F'kull każ, kemm ġab marki kull wieħed mill-applikanti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għall-post ta' Assistent kap ta' "Trade School" applikaw 63 persuna. Persuna irtirat l-applikazzjoni tagħha. 5 persuni ma kellhomx il-kwalifiki meħtieġa. 57 persuna ġew intervistata. Il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku ippubblikat ir-riżultat u tippermetti li d-Diviżjoni tagħti "breakdown" tal-marki lil individwu li jitlobha.
Leg 9 PQ #5090 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Pembroke — Kaptell tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitranġa l-kaptell tad-drenaġġ ħdejn Blokk 10 fil-Qasam tad-Djar ta' St. Andrews f'Pembroke peress li huwa ta' periklu u nkonvenjent għar-resident?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-manhole ta' ħdejn Block 10 fil-Qasam tad-Djar ta' St. Andrews f'Pembroke ġiet irranġata fit-3 ta' Marzu 1999.
Leg 9 PQ #5371 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Rispett lejn l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi edukattivi qed jittieħdu jew qed jiġu ppjanati li permezz tagħhom tinfirex fost l-istudenti żgħażagħ u t-tfal fi ċkunithom fl-iskejjel is-sens ta'rispett lejn l-anzjani?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-Tema dwar l-Anzjani tagħmel parti mis-Sillabu ta' l-Istudji Soċjali għall-Iskejjel Primarji u Sekondarji. L-istess tema hi parti mill-programm tal-PSE. L-emfasi huwa dejjem fuq l-edukazzjoni f'attitudnijiet pożittivi lejn l-anzjani fil-komunita'. Id-dipartiment tas-Servizz għall-Istudent fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qiegħed jaħdem fuq proġett ta' kif l-iskola tista' tkun ta' servizz għall-anzjani fil-komunita'.

Prezzijiet — Żieda fil-mediċina

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4485, peress li l-Ministru ġġustifika l-għoli tal-prezzijiet ta' mediċini mportati mill-Ingilterra minħabba l-kambju għax l-Isterlina għoliet, jista'l-Ministru jindika meta fil-fatt il-mediċini mill-Ingilterra raħsu minħabba li l-Isterlina niżlet? Jaf il-Ministru li dan ir-roħs qatt ma rriżulta għand il-konsumatur? Jaf il-Ministru li ħafna mediċini mportati mill-Ingilterra fil-fatt m'għolewx? Jaf il-Ministru li l-prezzijiet tal-mediċini msemmija u oħrajn dejjem kienu orħos fl-Ingilterra? Rigward il-Benylin, jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-formula qabel u x'inhi issa peress li qal li nbidlet, għaliex minn informazzjoni li għandi l-kontentut huwa kważi l-istess u ma jiġġustifikax dik iż-żieda u dan meta f'Malta din il-mediċina dejjem kienet orħos?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 4485 kien fil-każ ta' l-Irfen biss li jiena ndikajt tibdil fil-kambju bħala raġuni għal żieda fil-prezz. Dan il-prodott jiġi mpurtat, mill-Isvizzera u mħallas bi franki Svizzeri. Ir-raġuni għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-prodotti l-oħra kienet minħabba żieda minn barra. L-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta ġieli intervjena fuq mediċini mpurtati mir-Renju Unit bħalma ġara fil-każ ta' Surmontil Caps, Supplamins, Alka Selzer, fil-1997 u fil-każ ta' Actal Tabs fl-1998. F'dawn l-aħħar sitt xhur iċ-ċaqlieq fil-kambju ta' l-Isterlina kien negliġibbli u għalhekk kif qalet tajjeb l-Onor. Interpellant, ħafna mediċini mpurtati mill-Ingilterra ma għolewx. Ma jirriżultalix li l-prezzijiet tal-maġġoranza ta' mediċini impurtati mir-Renju Unit jinbiegħu irħas hemmhekk milli jinbiegħu hawn Malta. Il-Benylin Original m'għadux liċenzjat biex jinbiegħ fl-Ingilterra u għalhekk ma jistax joħroġ ċertifikat ta' 'Free sale' li mingħajru mediċina ma tistax tinbiegħ hawn Malta. Il-Benylin Chesty Cough Syrup li hawn bħalissa għandu livell għoli ta' Menchol, għandu konċentrazzjoni akbar ta' togħma ta' tip ta' raspberry differenti, il-livell ta' 'Sweetening Agents' huwa għola u hemm l-introduzzjoni tal-carbopol 934 fil-prodott il-ġdid li biegħ il-prodott jaħdem aħjar fuq dawk il-partijiet tal-ħalq u l-griżmejn li jkunu rritati.
Leg 9 PQ #5373 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tagħlim fuq l-UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-avis u tagħrif ieħor dwar l-Unjoni Ewropea sarx parti mis-sillabu tal-Form 4 matul dawn l-aħħar ġimgħat? Jaf il-Ministru li fil-fatt għalliema/studenti fil-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli li qed jgħallmu l-History, Social Studies u Geography lil Form 4's matul dawn l-aħħar ġimgħat kienu qed jikkonċentraw it-tagħlim tagħhom lill-istudenti fuq l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma sar ebda tibdil fis-sillabi ta' l-istorja, Ġeografija u Studji Soċjali minn Settembru 1997 'l hawn. Is-sillabi ta' dawn is-suġġetti huma bbażati fuq dawk ta' l-eżamijiet tas-S.E.C. Fil-każ tal-Ġeografija u ta' l-Istudji Soċjali, it-tema "Unjoni Ewropeja u t-tħaddim tagħha" tagħmel parti uffiċjali mis-sillabi ta' l-iskejjel u tas-S.E.C. Għaldaqstant, l-għalliema u l-istudenti huma marbutin li jimxu ma' dawn is-sillabi. B'referenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, ma jirriżultax li dak li qed jingħad fuq li l-għalliema tal-History, Social Studies u Geography li jgħallmu lill-Form 4 qed jikkonċentraw it-tagħlim tagħhom fuq l-Unjoni Ewropea. L-għalliema/Studenti kollha qalu li huma mhux qed jaħdmu fuq dan is-suġġett.
Leg 9 PQ #5374 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Higher Secondary - Stipendju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wħud mill-istudenti tal-Higher Secondary għandhom stipendju u oħrajn le? X'inhi l-bażi li jingħata l-istipendju fuq dan il-livell?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti li jattendu l-Giovanni Curmi Higher Secondary School, kif ukoll l-istudenti li jattendu xi 'Sixth From' Statali jew privat, s'issa għandhom id-dritt għal stipendji, jekk jissodisfaw il-kriterji mxandra f'avviż legali 132 ta' 1996 u 19 ta' 1998: Att dwar l-Edukazzjoni (Kap 327). Regolamenti ta' l-1996 dwar ir-rati ta' Allowance għal Studenti tas-Sixth Form. Kapja ta' l-Avviż legali ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #5375 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Ħwienet — Bejgħ

Question

Peress li għadd ta' persuni ta' nazzjonalita' barranija qed ibiegħu fil-ħwienet minn ħwejjeġ sa play stations u l-prezzijiet li qed jitolbu lil tal-ħwienet huma redikoli, tant li mhux talli m'humiex iħallsu VAT talli żgur qed jaqbżu kull xorta ta' kontroll biex l-affarijiet jidħlu f'Malta b'effett ħażin fuq il-kaxxa ta' Malta u tan-negozjant onest, jista' jgħid jekk il-Gvern huwiex konxju ta' dan ir-racket li qed isir fid-dawl tax-xemx? X'qed jagħmel il-gvern biex iwaqqaf dan l-abbuż?

Response (DALLI, JOHN)

Id-Dipartiment tad-Dwana jieħu diversi passi biex jonqsu l-abbużi ta` kuntrabandu. Naturalment, wieħed dejjem ikun jixtieq li r-riżultati jkunu aħjar. Fl-istess ħin nixtieq nistieden lill-Onorevoli Membru li jekk għandha xi informazzjoni speċifika dwar dak li semmiet fil-mistoqsija tgħaddiha lid-Dwana biex jistgħu isiru aktar investigazzjonijiet.
Leg 9 PQ #5495 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assistenti kapijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jsiru l-ewwel appointments mil-lista ta' l-1 ta' Frar, 1999 għall-postijiet vakanti ta' assistenti kapijiet ta' l-iskejjel sekondarji?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ewwel riżultati ta' l-assistenti kapijiet fl-iskejjel primarji kellhom jiġu irtirati mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku minħabba xi nuqqasijiet li twettqu waqt il-proċess ta' l-għażla. Minħabba din id-diffikulta' mhux possibli li jsir il-ħatra ta' l-Assistenti Kapijiet fl-iskejjel sekondarji għalissa.

Malta Shipbuilding — Dejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha dejn il-Malta Shipbuilding illum? Kemm għamlet qliegħ/telf is-sena l-oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent il-Malta Shipbuilding għandha dejn li jammonta għal Lm120,194,910. It-telf li għamlet din l-azjenda s-sena l-oħra kien ta' Lm10,500,000.

Ċirkewwa — Xogħlijiet fil-Ponta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet iridu jsiru fil-Ponta taċ-Ċirkewwa u/jew l-Imġarr biex dawn jitranġaw ħalli jsiru aktar adattati kemm għall-użu tal-passiġġieri kif ukoll biex fihom jitrakkaw il-vapuri tal-Gozo Channel il-ġodda li s'issa għadhom qed jinbnew? Meta se jibda x-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sal-lum l-Awtorita ta` l-ippjanar qatt ma ħarġet permessi għax-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant. Bħalissa għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet meħtiega biex joħorġu l-permessi neċessarji u jkun jista` jinbeda x-xogħol meħtieġ.

Vetturi — Vehicle road test

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-karozzi u vejikoli tal-gvern, pulizija u Armata humiex se jkollhom joqogħdu għal vehicle road test bħal karozzi u vejikoli tal-privat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-vetturi kollha li huma wżati mill-gvern, pulizija u armata ser ikollhom joqogħdu għall-VRT.
Leg 9 PQ #5573 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — National Health Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet dwar in-national health scheme, it-tqassim ta' mediċini mill-ispiżeriji privati u l-ingaġġ ta' tobba li jaħdmu ma' kumpannija privata biex isiru fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-taħdidiet mal-MAM u l-Malta College of Family Doctors rigward ir-riforma fil-qasam tal-Kura Primarja ser jissoktaw wara li ngħatat rejazzjoni mill-Kabinett fuq ir-rapport li kien ippreżentat. It-taħdidiet dwar it-tqassin ta' mediċini mill-ispiżeriji privati għadhom għaddejjin u nittama li ma jdumx ma jiġi pprżentat rapport finali. Il-proposta minn kumpannija privata dwar ingaġġ ta' tobba għaċ-Ċentru tas-Saħħa ta' B'Kara għadha qed tiġi evalwata.