Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6039 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Officer i/c of Transport

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' persuni li applikaw għall-post ta' Officer i/c of Transport u r-rapport li sar mill-board li għarbel l-applikanti u fuq liema bażi ta' argumentazzjoni waslu biex għamlu l-għażla tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista bl-ismijiet tal-persuni li applikaw u ġew intervistati mill-Bord tal-għażla maħtur mill-Bord precedenti tal-F.M.S. Peress li r-rapport ta` l-"interviews" huwa ta'natura kunfidenzjali, mhux xieraq li nagħmel il-kummenti tal-Bord pubbliċi għal raġunijiet ovvji. Pero lest nurihom lill-Onor. Interpellant privatament. Dwar il-persuna li isimha ntbagħat separatament, qed impoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapport tal-Bord tal-Għażla bir-riferenzi u rakkomandazzjonijiet dwarha. Infurmat li fatt deċiziv kien li din il-persuna kellha diġa esperjenza ta' 21 xahar bħala Manager fil-Garage ta' l-Ambulanzi, li erbatax il-xahar minnhom kienu taħt il-Gvern preċedenti. Infurmat li fatt iehor deċiziv kien ir-rakkomandazzjonijiet qawwija li saru minn ex-Supridendent tal-Isptar San Luqa, mis-Supridendent preżenti u mid-Direttur Finance and Administration. Din il-ħatra saret bl-istess proċeduri kif kien gie magħzul l-I.T. Systems Manager tal-G.P.S. taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
Leg 9 PQ #6047 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Stipendji ta' l-istudenti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport dwar l-istipendji ta' l-istudenti ta' l-Universita' li tkellem dwaru is-Segretarju Parlamentari Mugliett?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva, beħsiebni nagħmel dan fil-mument opportun.

Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies li biddlu l-impjieg tagħhom minn Ottubru 1998 sa Frar 1999, xahar b'xahar maqsumin f'irġiel u nisa u bl-etajiet? Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu nies jaħdmu mingħajr permess minn Ġunju 1998 'l hawn? Kemm minn dawn kienu barranin? Kemm minnhom kienu jieħdu r-relief jew jirreġistraw għax-xogħol? Kemm minnhom għadhom ma għalqux is-16-il sena? Jista' jagħti l-informazzjoni xahar b'xahar, maqsuma f'irġiel u nisa u bl-etajiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi Seduta oħra. 29.3.99
Leg 9 PQ #6049 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1547?

Response (DALLI, JOHN)

Il-bilanċ ta` arretrati ta` Income Tax li jidher dovut lill-gvern fuq assessments magħruġa sall-11 ta` Novembru 1998 hu ta` Lm166 miljun. Din iċ-ċifra tinkludi l-ammont ta` taxxa maħruġa fuq bażi ta` ex officio u l-penalitajiet relattivi. Dawn l-ammonti qegħdin taħt oġġezzjoni u normalment jonqsu sew meta l-oġġezzjonijiet jiġu likwidati. Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni jistma, anke fuq eżerċizzju ta` sampling li sar fuq dawn l-objections, li t-taxxa mitluba skond l-assessments li nħarġu tista tiġi mnaqqsa f`ħafna każijiet b`sittin fil-mija (60%) ta` l-ex officio assessment oriġinali. Għaldaqstant hu stmat li l-arretrati li jmiss jinġabru jammontaw għal Lm50 miljun.
Leg 9 PQ #6050 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Ambjent

Żabbar — Bypass - Central strip

Question

Peress li kienet inbdiet central strip fil-bypass ta' Ħaż-Żabbar għal Wied il-Għajn ftit metri bogħod mill-bidu tal-bypass, in-naħa ta' Ħaż-Żabbar fil-parti l-wiesgħa ħafna, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li titkompla din is-central strip għaliex hemm il-ħtieġa li jsir xi ħaġa peress li hemm periklu għan-nies biex jaqsmu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6051 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Ambjent

Żabbar — Triq Lia

Question

Peress li fi żmien il-gvern Laburista kien hemm il-ħsieb li jitkompla l-asfaltar ta' Triq Lia, f'Ħaż Żabbar, fil-parti li tmiss ma' Triq il-Karmnu, jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt se jsir dan l-asfaltar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6068 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Nadur — Toroq

Question

Taf il-Ministru li Triq il-Madonna ta' Fatima, Vjal l-Imnarja u Triq il-Madonna ta' Lourdes, kollha fin-Nadur, Għawdex, jintħieġu resurfacing? Tista' tgħid meta beħsiebu jsir l-imsemmi resurfacing fit-toroq fuq imsemmija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

It-toroq imsemmija huma mdaħħla fil-programm ta' xogħolijiet ta' resurfacing.
Leg 9 PQ #6077 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Bir Madonna taż-Żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tax-xogħol u t-testijiet li saru fil-bir esploratorju Madonna taż-Żejt? Jista' jagħti stima ta' l-ispejjeż involuti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-bir Madonna taż-Żejt kopra diversi affarijiet, fosthom il-preparazzjoni tas-sit, provista ta' l-ilma għat-tħaffir, tħaffir sa fond ta' 8,012 metri b'wisgħa ta' bejn 36" u 5 7/8" djametru, it-twaħħil ta' conductor pipe ta' 30", it-twaħħil ta' casings ta' 20", 13 3/8" u 9 5/8", it-twaħħil ta' liners ta' 7" u 5", reġistrazzjoni ta' diversi logs, provi ta' produzzjoni, monitoraġġ u konsulenza ta' esperti fuq il-post u minn barra, analiżi ta' kampjuni fuq il-post u barra, twettiq ta' diversi studji, u xogħol anċillari ieħor. Infurmat ukoll li l-provi ta' produzzjoni li saru sa issa fond ta' madwar 6,000 metru wrew li l-produzzjoni tal-gass li nstab hi baxxa ħafna u mhux kummerċjali, u li fil jiem li ġejjin ser isiru provi oħra fond ta' madwar 7,000 metru. Infurmat li l-ispejjeż sa 5,000 metru laħqu madwar Lm5.3 miljuni u dawk bejn 5,000 metru u 8,012 metru, inklużi l- provi, mistennija jlaħħqu madwar Lm5 miljuni oħra. Madwar Lm4.8 miljuni minn dawn l-ispejjeż huma provduti taħt ir-Raba' Protokol bejn Malta u l-Italja.
Leg 9 PQ #6078 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministru tal-Finanzi — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid mit-8 ta' Settembru sal-lum kemm-il darba siefer fuq xogħol tal-Gvern, f'liema pajjiż mar, min kienu l-membri ta' kull delegazzjoni u x'kien il-għan prinċipali ta' kull safra?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsijiet numru 3812 u 5764.
Leg 9 PQ #6079 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġwann — Kumitat ta' Azzjoni - Stqarrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tad-dipartiment konċernat dwar l-istqarrija maħruġa mill-Kumitat ta' Azzjoni tat-Toroq San Ġwann u l-Iskola fil-Fgura? Kopja ta' din l-istqarrija qed tintbagħat separatament.

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6082 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Direttur tal-Mid-Med Bank

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 4955, jista'jkun li ma ġietx mifhuma ċar u għaldaqstant jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra l-eżitu eżatt ta'l-investigazzjonijiet li saru, dettalji qed jintbagħtu separatament, mill-pulizija dwar l-allegazzjonijiet kontenuti f'ittra mibgħuta lill-Prim Ministru mill-ex president u ex segretarju tal-MUBE f'Diċembru, 1998?

Response (BORG, TONIO)

Il-Pulizija kienet investigat ilment li sar minn uffiċjali tal-MUBE dwar nomina ta' direttur fil-Mid-Med Bank u kontra persuna oħra li kienet ex-direttur meta saru l-allegazzjonijiet mill-MUBE. Dawn l-allegazzjonijiet ġew investigati iktar minn darba mill-Pulizija, u l-każ ġie riferut ukoll lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Kemm il-Pulizija kif ukoll l-Avukat Ġenerali dejjem sostnew li ma jirriżultax li hemm lok għal proċeduri kriminali għax ma jidhirx li ġie mwettaq xi reat kriminali ta' kwalunkwe xorta minn nies jew soċjetajiet li kontrihom saru dawn l-allegazzjonijiet. 29.03.99
Leg 9 PQ #3863 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3046, jista' l-Ministru jirrispondi għall-perjodu tul il-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?

Response (ZAMMIT, NINU)

Mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum ingħataw żewġ riċevimenti mill-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd:- (a) Fl-okkażżjoni tal-World Food Day, f'Ottubru 1998 intnefqu Lm109.80. (b) Fi żmien il-Milied sar riċeviment li b'kollox sewa Lm911.00. Aktar dettalji ngħataw fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3296.
Leg 9 PQ #3916 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stazzjon tar-Radju — Liċenzji

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3050 u ċioe' jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-persuni li qegħdin jintalbu liċenzja għal stazzjoni tar-radju?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jekk l-Onor Interpellant qed jirreferi għal liċenzji biex jitwaqqfu stazzjonijiet tar-radju, l-Awtorita tax-Xandir m'għandha l-ebda applikazzjoni pendenti għal stazzjon mal- pajjiż kollu. Għar-rigward tas-servizzi tax-xandir fil- komunita, l-Awtorita titratta talbiet simili skond ma jaslulha minn żmien għal żmien.

Pensjonijiet — Telecare

Question

Jista' l-Ministru jara li min jgħix bil-pensjoni tal-bord u huwa marid u jkun taħt is-60 sena, it-telecare jingħatalu b'xejn bħalma jieħdu b'xejn min ikollu 'l fuq minn 60 sena, jgħix waħdu u għandu l-Karta r-Roża biex b'hekk nimxu pass 'il quddiem fuq ġustizzja soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Din it-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata. 24.3.99

Djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-file li n-numru tiegħu qed jintbagħat separatament dwar housing li huma mhedda li jiġu mkeċċija peress li m'għandhomx u ma jridux jagħmlulhom il-ktieb tal-kera?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali. 24.3.99
Leg 9 PQ #3934 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Exhaust emmission limits

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix informazzjoni dwar l-exhaust emission limits f'pajjiżna? Jekk jeżisti, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni msemmija sena b'sena għal dawn l-aħħar erba' snin (1994 - 1998)?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li għajr għall-Clean Air Act, li tikkontrolla l-emissjoni ta' duħħan iswed, u li għalhekk ma titqiesx bħala leġislazzjoni moderna, ma jeżistux limits dwar emissions ta' gassijiet fl-arja li huma nfurzati fuq bażi legali f'pajjiżna. Fl-1994 id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ġabar informazzjoni f'forma ta' nventarji ta' emissjonijiet fl-arja minn sorsi ewlenin bħal dawk relatati ma' produzzjoni ta' elettriku, mit-traffiku, mill-qasam industrijali u dak agrikolu. Din l-informazzjoni tirrigwarda emissjonijiet ta' l-aktar kontaminanti antropoġeniċi mportanti u nġabret skond il-metodoloġija tal-Corinair. Fl-1998 twettaq għall-ewwel darba ġo Malta mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent programm preliminari ta' monitoraġġ tal-carbon monoxide f'ċentri abitati. Ir-riżultati miksuba jinstabu ppubblikati fuq il-website tad-dipartiment. Barra minn hekk id-Dipartiment jikkollabora man-National Oceanic and Atmospheric Administration biex jimmonitorja "background levels" ta' carbon monoxide, carbon dioxide u methane minn Ta' Pinu Point ġewwa Għawdex.

Enemalta — Electrical power demand

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mill-1992 'il hawn kemm kien l-ammont massimu ta' l-electrical power demand (MW) kemm fix-xhur tax-xitwa kif ukoll fix-xhur tas-sajf, separatament? Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma is-sistemi u kemm jammontaw is-sistemi li jipprovdu l-elettriku, is-sena li nbnew u x'tip ta' fuel jużaw?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #3936 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Miżbliet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' miżbliet f'Malta u f'Għawdex? Jista' l-Ministru jgħid x'kapaċita' ta' tunnellaġġ jipposjedu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' miżbliet uffiċjali f'Malta u Għawdex huwa ta' tnejn - waħda fil-Magħtab, Malta u l-oħra fil-Qortin, ix-Xagħra, Għawdex. Il-kapaċita' li jipposjedu dawn iż-żewġ miżbliet hija:- madwar ħdax-il miljun (11,000,000) tunnellata, l-miżbla tal-Magħtab u ħames mija u ħamsa u għoxrin elf (525,000) tunnellata, l-miżbla ta' Għawdex.

Popolazzjoni Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' popolazzjoni residenti f'Malta u f'Għawdex mill-1990 sa l-1998 sena b'sena? Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena x'inhu mistenni li jkun l-ammont imsemmi sas-sena 2015? Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'kien l-ammont ta' popolazzjoni kemm permamenti kif ukoll temporanjament (turisti) b'mod separat mill-1990 sa l-1998 fix-xhur ta' Ġunju, Lulju, Awissu u Settembru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ta' min jgħid li peress li l-aħħar ċensiment tal-popolazzjoni sar fl-1995 u peress li ċensiment simili hu ppajant li jsir fis-sena 2005, ma narax li l-popolazzjoni għandha tiġi pproġettata lil hinn minn dik is-sena.
Leg 9 PQ #3938 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Municipal solid waste

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' municipal solid waste separatament kif indikat hawn taħt? (1) corrgated boxboard; (2) newspapers; (3) magazine books; (4) all other papers; (5) plastic; (6) rubber leather; (7) wood; (8) textiles; (9) yard trimmings; (10) food waste; (11) metal; (12) glass/ceramics/etc; u (13) composite?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Skond statistika miġbura mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent (1990 - 1997), hu stmat li f'Malta jiġi prodott madwar 120,000 tunellata Municipal Solid Waste fis-sena. Dan jirreferi għal skart li daħal fil-miżbliet jew fl-impjant ta' Sant'Antnin. Il-persentaġġ tal-frazzjonijiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant huma hekk: FRAZZJONI %, bil-piż -------------------------------------------------- -------------- Organiku (fdalijiet ta' ikel, green waste, eċċ.) 45 Karta u kartun 20 Plastik 14 Tessili 5 Metall 5 Ħġieġ u ċeramika 3 Injam 1 Oħra 7