Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal tal-Gudja ta' natura storika li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq manutenzjoni ġenerali fil-pixxina nazzjonali min Settembru 1998 sal-15 ta' Marzu, 1999? Fuq liema xogħol? Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni dwar min kien responsabbli għall-fatt li sena ilu kellha tingħalaq il-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq minħabba tiswijiet fil-madum tal-pixxina?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Settembru 1998 sal-15 ta' Marzu 1999, intefqu Lm16,956.75 (Lm11,491.86 infiq rikorrenti u Lm5,464.89 infiq kapitali). Dawn intefqu hekk:
Infiq Rikorrenti / Manutenzjoni Ġenerali
LM
Tindif u Pest Control 4550.10
Manutenzjoni fuq il-lift 400.00
Waterproofing 942.72
Tagħmir għal kontra n-nirien u manutenzjoni 130.25
Spares għall-Plant Room 840.15
Manutenzjoni tal-follodlighting 815.13
Manutenzjoni ta'spectator seating 860.19
Printing, Stationery u Computer supplies 1172.19
Pjanti 400.00
Ħwejjeġ Mixxellanji oħrajn (liema infiq ma
jeċċedux aktar minn Lm20 fuq kull item
individwali) li jinkludu spejjeż għat-tiġdid
tar-reception area u tibdil ta' kmamar f'
changing rooms 1381.13
Infiq Kapitali
Lanes ġodda, computerisation, partitioning
ta' kmamar 5464.89
Id-deċiżjoni dwar ir-responsabbilta' tal-ħsara li kienet ġrat fil-madum tal-Pixxina għadha ma ttieħditx peress li r-rapport ta' l-istħarriġ għadhom qegħdin jiġu studjati.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjani biex ħaddiema li bħalissa qed jaħdmu fuq bażi part-time fil-pixxina nazzjonali jingħataw xogħol fuq bażi permanenti? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema li huma impjegati part-time? X'inhu x-xogħol tagħhom? X'inhi l-paga tagħhom u kemm ilhom impjegati mal-pixxina nazzjonali?
Response (GALEA, LOUIS)
Dwar l-ewwel parti nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5870.
Informat li bħalissa hemm 7 ħaddiema impjegati part-time fil-Pixxina Nazzjonali. Id-dettalji huma:
Deckhands (4) Ottubru 1996 Lm1.65 fis-siegħa
Novembru 1996 Lm1.65 fis-siegħa
Frar 1997 Lm1.65 fis-siegħa
April 1998 Lm1.65 fis-siegħa
Security/Maintenance (1) April 1997 Lm1.80 fis-siegħa
Cleaner (1) Novembru 1997 Lm1.60 fis-siegħa
Deckhand/Reception (1) Marzu 1995 Lm1.80 fis-siegħa
Jista' l-Ministru jgħid min se jakkumpanja lis-Segretarju Parlamentari fid-delegazzjoni fiż-żjara li dan se jagħmel fiċ-Ċina? Kemm se tiġi tqum din iż-żjara u min se jħallas?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ż-żjara li se jagħmel is-Segretarju Parlamentari fiċ-Ċina kienet ippjanata li ssir fil-bidu ta' Settembru 1998 iżda kellha tiġi posposta minħabba li f'dak iż-żmien kien hemm l-Elezzjonijiet Ġenerali. Is-Segretarju Parlamentari se jkun akkumpanjat mid-Direttur u l-Kap tat-Taqsima Sport tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport, mill-Programme Coordinator tal-Youth Studies ta' l-Universita' ta' Malta u miċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport. Kull Dipartiment se jkun responsabbli għall-ħlas tal-biljetti ta' l-ajru tad-delegat rispettiv. Din iż-żjara se ssir fuq stedina tal-Gvern Ċiniż li tinkludi l-akkomodazzjoni. Is-Sinjura Mugliett se takkumpanja wkoll lid-delegazzjoni a spejjeż tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħarġu applications għal SRNs fulltime għal Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li bħalissa qed jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet li ntbagħtu għas-sejħa li ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta' Novembru 1998 għall-mili ta' Staff Nurses fid-Diviżjoni tas-Saħħa. Għalhekk m'hemmx ħsieb li toħroġ xi sejħa oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi onorata l-wegħda elettorali li jingħataw stipendji sħaħ? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm saru laqgħat bejn il-Ministru jew uffiċjali oħrajn tal-Ministeru jew tad-Dipartiment tal-KSU u meta saru? Saru laqgħat bejn il-kumitat li twaqqaf dwar l-istipendji u l-KSU? Jekk iva, meta saru? Meta hemm il-ħsieb li jiġi ppubblikat ir-rapport dwar l-istipendji?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5389 dwar it-Task Force tal-Gvern fuq il-privatizzazzjoni, dan ifisser li l-membri appuntati u li aċċettaw li jservu fuq din it-Task Force, m'humiex imħajrin li jixtru ishma f'entitajiet li l-gvern għoġbu jipprivatizza?
Response (DALLI, JOHN)
F`pajjiżna jeżistu liġijiet dwar `Insider Trading` u `Professional Secrecy` li japplikaw ukoll għall-membri tat-Task Force li għaliha qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4970, jista' l-Ministru jagħtini lista ta' mediċini li suppost roħsu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Eżempji ta` mediċini li l-prezz tagħha ġie mnaqqas dan l-aħħar mill-importatur fuq inizjattiva tiegħu stess wara li raħset minn barra kienet din:
Cardura 1mgx28 tablets minn Lm10.08c niżlet għal Lm 5.34c
Cardura 2mgx28 tablets minn Lm13.42c niżlet għal Lm 8.45c
Diflucan 150mgx1 minn Lm 6.87c niżlet għal Lm 4.76c
Diflucan 50mgx7 minn Lm15.78c niżlet għal Lm11.50c
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-bord il-ġdid tat-Task Force li se jipprepara programm għall-privatizzazzjoni f'Malta ma ġewx inklużi rappreżentanti tat-Trade Unions? Ma jaħsibx il-Ministru li t-Trade Unions jistħoqqilhom li jkunu konsultati dwar il-proċess ta' privatizzazzjoni ladarba l-privatizzazzjoni żgur li se tħalli impatt fuq il-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-membri tagħhom? Kif jista' l-gvern jikkontrolla abbużi fis-sens li jista' jkun hemm individwi li jkollhom aċċess għall-inside knowledge (għax qegħdin fuq il-board), liema informazzjoni tista' tiġi wżata biex tiffaċilita' li huma stess jew, permezz ta' intermedjarji jew kumpanniji jixtru x-shares għalihom infushom? Jista' l-Ministru jassigura lill-poplu Malti li dawk li se jagħtu l-parir lill-gvern permezz ta' dan it-task force mhux se jkunu l-istess nies li jixtru x-shares u forsi jispiċċaw biex bejniethom jikkontrollaw il-kumpanniji li se jiġu privatizzati? X'miżuri se jieħu l-gvern biex jiżgura li ma jkunx hemm konflitt ta' interess f'dan it-task force?
Response (DALLI, JOHN)
F`dan l-istadju ta` programmar, inħass li jkun biżżejjed li fuq it-Task Force ikun hemm persuna ntiża dwar ir-relazzjonijiet industrijali fil-qasam parastatali. Dwar il-mistoqsijiet `l oħra nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f`pajjiżna jeżistu liġijiet dwar `Insider Trading` u `Professional Secrecy` li japplikaw ukoll għall-membri tat-Task Force li għaliha qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid x'funzjonijiet se jaqdi ċ-Ċentru Ċiviku ta' Birkirkara? Meta se jinfetaħ iċ-Ċentru tas-Saħħa f'Birkirkara?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li rigward l-ewwel parti tad-Domanda, din għandha tiġi ndirizzata lill-Ministru responsabbli mill-Kunsilli lokali.
Iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' B'Kara beda joffri servizz limitat fit-8 ta' Marzu 1999. Minħabba nuqqas ta' tobba, is-servizzi offruti għalissa huma:
1 Servizzi ta' Klinika tat-tabib tal-Familja u Nurse kuljum mit-8.00am sal 11.00am, mit-Tnejn sal- Ġimgħa.
2. Servizz ta' Spiżerija għat-tqassim ta' mediċini b'xejn.
3. Servizz ta' Podoloġija.
4. Servizz ta' Fiżjoterapija.
5. Servizz ta' Speech Therapy.
Jista' l-Minitsru jgħid kemm tħallsu overtime il-ħaddiema kollha ta' San Vinċenz de Paule/Ħas-Serħ xahar b'xahar, minn Settembru, 1998 sa Frar, 1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bejn Settembru 1998 u Frar 1999 il-ħaddiema kollha ta' San Vinċenz de Paule tħallsu ta' dan l-overtime.
Settembru 1998 Lm25,352.968
Ottubru 1998 Lm41,137.255
Novembru 1998 Lm33,206.465
Diċembru 1998 Lm35,648.409
Jannar 1999 Lm38,025.173
Frar 1999 Lm30,571.347
29.3.99
Jaf il-Ministru li l-Iskola Adelaide Cini tal-Ħamrun ilha mingħajr Head għal ħafna ġimgħat? Meta jaħseb li se tintbagħat Head ieħor/a f'din l-iskola minħabba l-urġenza tal-każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Iskola Adelaide Cini ilha mingħajr Head minn meta l-Head ħadet promotion ta' Assistant Director.
Head oħra tintbagħat malli tinstab il-persuna addatta biex timla din il-kariga.
Jista' l-Ministru jgħid kif għadha ma ssewwietx il-ħsara fl-elettriku fl-Iskola ta' Adelaide Cini, fil-Ħamrun? Jaf il-Ministru li ħafna mil-lezzjonijiet bħal dawk tal-computer u tal-Home Economics u użu ta' laboratorju, eċċ qed jiġu mħassra? X'sar wara r-rapporti li għamlu għalliema u oħrajn? X'inhi proprju l-ħsara? X'se jagħmel il-gvern biex din l-iskola tibqa' għaddejja bit-tagħlim?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-ħsara msemmija hija parti mis-sistema interna ta' l-iskola u għalhekk ma taqax taħt ir-responsabbilta tal-Korporazzjoni Enemalta.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir min-naħa tal-gvern dwar dak li għandu x'jaqsam ma' recurrent expenditure control?
X'inhi l-politika ta' dan il-gvern dwar supplimentary estimates?
Response (DALLI, JOHN)
Qiegħed isir monitoring kull xahar, fuq bażi ta` kull dipartiment, u tintalab spjegazzjoni (jekk ikun il-każ) fejn u meta jinħass li jista` jkun hemm varjazzjoni fl-infiq li tista` twassal biex l-allokazzjoni originali tkun maqbuża.
Fondi supplementarji jiġu pprovduti biss jekk jinqalgħu kontinġenzi neċessarji u urġenti li ma kienux previsti waqt il-preparazzjoni ta` l-Estimi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-projections tal-gvern għal rata li huwa dħul u ħruġ (revenue and expenditure) humiex on track meta mqabbla mal-figuri attwali għal Jannar u Frar?
Response (DALLI, JOHN)
Id-dħul u l-infiq attwali fl-ewwel xahrejn ta` din is-sena huma fil-fatt fuq l-istess livell ta` kemm kienu mistennija li ser ikunu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li jattendu persuni fl-Isptar San Luqa, fl-Isptar Sir Paul Boffa, fl-Isptar Monte Carmeli, eċċ kif ukoll il-Health Centres sabiex jiġbru l-mediċini li jkunu ntitolati għalihom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li peress li ma speċifikax il-perjodu li għalih talab l-informazzjoni, ninfurmah li l-medja ta' pazjenti li jattendu kull xahar fl-ispiżeriji tal-Gvern huwa ta' 52420, li jinkludi fih dawk it-talbiet għal-mediċini permezz tas-Servizz Postali (li jlaħħaq medja ta' 6197 fix-xahar).
Akkomodazzjoni Soċjali — Post alternattiv - Bormla
Question
Jista' l-Ministru jikkonsidra t-talba ta' familja minn Bormla bil-File No. H.0311 li ilhom jitolbu għal post alternattiv għal dawn l-aħħar 40 sena? Jista' l-Ministru jibgħat għal din il-familja biex jikkonferma t-talba ta' dawn l-anzjani in vista tal-fatt li dawn lanqas jistgħu jinżlu t-taraġ minħabba diżabilita' kaġun ta' problemi ta' mard?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ tal-familja ndikata qed jiġi kkunsidrat, fil-fatt id-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali ġa offrilhom żewġ postijiet fil-pjan terran, kif jgħidu li għandhom bżonn, iżda rrifjutawhom għax kienu fil-lokal li joqgħodu huma stess, ġewwa Bormla.
29.3.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm nies żaru l-Mużew ta' l-Arkeoloġija, xahar b'xahar, minn meta reġa' nfetah f'April li għadda?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-lista ta' kemm nies żaru l-Mużew ta' l-Arkeoloġija, xahar b'xahar hi kif ġej:
XAHAR B'XEJN BI ĦLAS TOTAL
April 1977 7864 9841
Mejju 469 6333 6802
Ġunju 428 3262 3690
Lulju 602 3887 4489
Awissu 111 5079 5190
Settembru 630 5318 5948
Ottubru 1048 6484 7534
Novembru 995 5503 6498
Diċembru 1486 4453 5939
Jannar 832 3141 3973
Frar 619 3318 3937
Jista' l-Prim Ministru jagħtini tagħrif dettaljat dwar fiex waslet il-ħidma tal-Ministeru tiegħu għar-rigward ta' dawk il-ħaddiema awżiljarji li setgħu ġew impjegati rregolarment xi snin ilu? Jidhirlu l-Prim Ministru li wasal iż-żmien li l-pożizzjoni tagħhom tiġi regolarizzata?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi għalkemm sar progress fir-rigward ta'
ġbir ta' informazzjoni dwar il-ħaddiema nvoluti, għad
jonqos xi stħarriġ li jrid isir.
Dan huwa mistenni li jintemm fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol li kien qiegħed isir Ħal Qormi fejn il-fabbrika tal-Lowenbrau waqaf ħesrem? Għaliex it-traffic islands ma tkomplewx u t-triq li tagħti għal area ta' Fleur-de-Lys tħalliet fi stat deplorevoli b'periklu għat-traffiku? Għaliex fil-korsa tal-wied tħalla materjal u ġebel? Meta se jitkompla x-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li:
* Ix-xogħol ħdejn il-fabbrika tal-Lowenbrau għadu għaddej pero' b'workforce imnaqqsa;
* It-traffic islands tan-naħa tat-triq ta' l-Erba' Qaddisin u t-triq li tgħaqqad magħha ma tkomplewx ghax:
(i) Għad trid titlesta house connection tad-drenaġġ minn terzi persuni;
(ii) Għad qed jiġi diskuss mar-residenti ta' l-inħawi kif l-aħjar isir xi parkeġġ pubbliku.
* Ix-xogħol tat-tindif se jsir.