Legislature:
Category:
Reset
Active:

Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-informazzjoni ta' kemm hu n-numru ta' dawk li resqu għall-għajnuna quddiem aġenziji u organizzazzjonijiet fuq każi ta' aspett soċjali f'kull aġenzija xahar b'xahar mil-1990 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Paola — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jinforma l-Kamra, in vista tad-diversi mistoqsijiet tiegħi qabel illum dwar l-istess suġġett, fiex wasal il-proċess ta' tendering sabiex jiġu asfaltati t-toroq madwar il-Carters supermaket f'Raħal Ġdid, proċess li inbeda xi żmien ilu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi d-Direttorat tat-Toroq lesta x-xogħol preparatorju għall-asfaltar tat-toroq imsemmija u aktar 'il quddiem mistennija toħroġ is-sejħa għall-offerti sabiex ix-xogħol ikun jista' jsir.
Leg 9 PQ #35303 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Sprall

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux sejjer jinqala' l-isprall li hemm madwar ir-roundabout ħdejn l-HSBC f'Hompesch road Fgura u li qed ikun ta' inkonvenjent minħabba l-istorbju u peress li l-pożizzjoni tiegħu mhux tajjeb biżżejjed biex jilqa' l-ilma tax-xita?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq ħa l-passi neċessarji biex titneħħa l-inkonvenjent lis-sewwieqa u r-residenti fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant. Ninforma lil-Onor. Interpellant li dan l-isprall jifforma parti mis-sistema ta' l-ilma tax-xita u se jiġi mqabbad mal-ġibjun li qed jinbena qrib dan l-isprall.
Leg 9 PQ #35304 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiddawlu s-swar A.M. Valperga, tal-Bieb u tal-Foss fil-Fgura u jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ma jirriżultalhiex li hemm xi talba biex jiddawwlu s-swar imsemmija. Tajjeb jingħad li dawk is-swar li huma mdawwlin ġew mixgħula fuq inizjattiva ta' Valletta Rehabilitation Project u mhux mill-Enemalta.
Leg 9 PQ #35305 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Abort

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'informazzjoni ħareġ fuq il-fuljett Aġġornat, u liema numru kien, wara li din is-sena l-UE tkellmet fuq l-abbort, u jekk ingħatax informazzjoni fuq l-istess fuljett bir-risposta tal-Prim Ministru Malti?

Response (BORG, JOE)

Il-fuljett Aġġornat maħruġ miċ-Ċentru ta' Informazzjoni Malta-EU kellu tliet rapporti dwar ir-riżoluzzjoni li l-Parlament Ewropew approva dwar l-abort. It-tliet rapporti dehru kif ġej: - Ħarġa Nru 131, 6 ta' Lulju, 2002, paġna 2: Kumitat tal-Parlament Ewropew jadotta rapport dwar l-abort - Ħarġa Nru 132, 13 ta' Lulju, 2002, paġna 1: Reazzjoni iebsa mill-Isqfijiet ta' l-Unjoni Ewropea kontra rapport dwar l-abort - Ħarġa Nru 134, 27 ta' Lulju 2002, paġna 1: Il-Gvern Malti jikteb lill-Parlament Ewropew Kopji ta' dawn il-ħarġiet kollha ntbagħtu lil kull membru parlamentari, kemm bl-email kif ukoll bil-posta fir-residenza privata tagħhom. Oltre dak li deher fil-ħarġiet tal-fuljett Aġġornat fuq imsemmija, ma saritx referenza għal xi risposta li seta', skond l-Onorevoli Interpellanta, għamel il-Prim Ministru dwar is-suġġett.
Leg 9 PQ #35306 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola — Assistent Kap

Question

Jista' il-Ministru jgħid b'liema kriterji ġiet aċċettata l-applikazzjoni tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament għall-ħatra ta' assistent kap ta' skola mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-eliġibilita` tal-persuna msemmija għall-post ta' Assistent Kap qed tkun riveduta mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #35307 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Trasferimenti ta' Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-għalliema li ntlaqgħet it-talba tagħhom għal trasferiment għal skola oħra għas-sena skolastika li se tibda: 1) fil-qasam primarju u 2) fil-qasam sekondarju a) f'Malta u b) f'Għawdex? 3) lejn liema skejjel iċċaqalqu f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 9 PQ #35308 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Trasferimenti ta' Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intlqagħu talbiet għal trasferimenti minn għalliema għas-sena skolastika li se tibda: 1) fil-qasam primarju u 2) fil-qasam sekondarju a) f'Malta u b) f'Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 9 PQ #35309 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Trasferimenti ta' Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-għalliema li talbu li jiġu trasferiti għas-sena skolastika li se tibda: 1) fil-qasam primarju u 2) fil-qasam sekondarju a) f'Malta u b) f'Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 9 PQ #35310 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Trasferimenti ta' Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema li talbu li jiġu trasferiti għas-sena skolastika li se tibda: 1) fil-qasam primarju u 2) fil-qasam sekondarju a) f'Malta u b) f'Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 9 PQ #35311 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw żgħażagħ biex jidħlu f'xi istitut tal-MCAST f'Malta u f'Għawdex, għas-sena akkademika li se tibda? F'liema istituti applikaw f'kull każ u f'kull istitut kemm se jiġu aċċettati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm 1,620 żagħażagħ li tefgħu l-applikazzjoni tagħhom għall-ewwel sejħa ta' applikazzjonijiet għal dħul fl-MCAST f'Malta u Għawdex għas-sena akkademika 2002-2003. In-numru ta' applikazzjonijiet s'issa Istitut b'Istitut hu kif ġej:- Istitut Numru ta' dawk li applikaw Malta Għawdex Istitut ta' l-Inġinerija 265 12 Elettronika Istitut ta' l-Inġinerija 176 4 tal-Bini u Kostruzzjoni Istitut tat-Teknoloġija 464 21 ta' l-Informatika u l- Komunikazzjoni Istitut tan-Negozju u 513 19 Kummerċ Istitut ta' l-Arti u d- 183 0 Disinn Istitut Marittimu 19 1 In-numru ta' kemm ser jiġu aċċettati f'kull Istitut, jiġi definit wara t-tieni sejħa għal applikazzjonijiet li ser toħroġ fil-ġranet li ġejjin.

Ħamrun — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jagħtini informazzjoni dettaljata dwar Triq P. P. Mifsud il-Ħamrun? X'inhu jżomm li din it-triq tinfetaħ? Ħarġet espropriazzjoni ta' l-imblokk li jeżisti biex tkun tista' tinfetaħ ma' toroq li jmissu magħha? Din it-triq qiegħda nkluża fil-priorita' tad-dipartiment tat-toroq biex tiġi asfaltata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi ma teżisti l-ebda triq bl-isem ta' P.P. Mifsud ġewwa l-Hamrun. L-Onor Interpellant hu mitlub jivverifika l-lokalita' tat-triq imsemmija.

Maltacom

Question

Jista' il-Ministru jgħid tistax il-Maltacom tieħu ħsieb li jitneħħew wires bla użu f'Naxxar Road San Gwann ħdejn id-dar li l-isem tagħha qed nagħddi separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-ġimgħat li ġejjin il-Maltacom se tagħmel il-manutenzjoni meħtieġa fuq il-cables tat-telefon li hemm ħdejn id-dar li qed issir riferenza għaliha. Uħud mill-cables li deħlin f'żewġ distribution points li hemm fuq din ir-residenza, ser jitpoġġew f'mod aktar ordinat.

Housing — Stallar ta' Lifts

Question

Jista' il-Ministru jgħid dwar l-istallazzjoni ta' lifts f'appartamenti tal-gvern hemmx żviluppi dwar dawn: i) 7/7 Pjazza Mattia Preti Valletta ii) 2 Melita Street Valletta iii) Blokk A2 Housing Estate Pieta' iv) 16 Kapuccini Street Floriana v) 46 Triq Sant' Anna Floriana vi) 36 Triq Sant' Anna Floriana vii) Blokk 1A Triq il-Fossos Floriana viii) 71 Triq il-Miratur Floriana ix) 41 Triq il-Miratur Floriana?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma nstabitx soluzzjoni kif jista' jiġi akkomodat lift f'dawn il-postijiet: 36 Triq Sant' Anna, Floriana 71 Triq il-Miratur, Floriana 2 Triq Melita, Valletta Dwar 46, Triq Sant' Anna, Floriana qed jiġi mistħarreġ jekk hux possibbli jiġi akkomodat platform lift fl-ispazju limitat tat-tromba tat-taraġ. Fi blokk 3, Pjazza Mattia Preti, Valletta, hemm possibilita' li jiġi nstallat lift fil-bitħa użata minn terzi kemm il-darba jingħata permess biex dan isir minn dawn it-terzi. Dwar blokk A2, Pieta', ġie mitlub il-permess mingħand il-persuni li qed jikru l-garaxxijiet li jinstabu taħt it-tromba tat-taraġ biex jinbena l-pedament tal-lift. It-tender għall-lift f'numru 41, Triq il-Miratur, Floriana, ħarġet u għandha tingħata f'qasir żmien. It-tenders għall-lifts f'16, Triq il-Kapuċċini u f'blokk 1A, Triq il-Foss, Floriana, qed jiġu preparati u għandhom joħorġu fil-ġimgħat li ġejjin.

Pieta' — Tirq Clarence

Question

Jista' il-Ministru jgħid jistax isir renumbering ta' Triq Clarence Pieta' minħabba d-diffikultajiet li hemm minħabba duplikazzjoni ta' numri?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Trasport Pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jgħid peress li kemm ilu li t-trasport pubbliku ma jgħaddix minn Triq Sant'Anna Floriana, persuni b'diżabilita'/anzjani mill-Furjana jkollhom jimxu distanza itwal, jista' għal inqas b'mod infrekwenti iżda regolari, tgħaddi xarabank minn Triq Sant'Anna, Floriana?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li dan is-suġġett kien diskuss diversi drabi anke' mal-Kunsill Lokali. Il-problema tinqala meta wieħed jiġi biex jiddeċiedi liema rotta se tgħaddi minn Triq Sant'Anna. Fil-każ ta' persuni li jkunu deħlin il-Belt ma' tistax tiddiskrimina u tgħaddi rotta waħda biss. Meta l-Awtorita' ssuġeriet xi tibdil għar-rotta partikolari, il-Kunsill Lokali ma laqax dawn is-suġġeriment.

Floriana — Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid issa li qed tiftaħ regolarment l-għassa tal-pulizija fil-Furjana, jistgħu jsiru arranġamenti sabiex dan is-servizz jibqa' jingħata? Meta hu maħsub li tiġi inawgurata l-għassa tal-pulizija f'Tal-Pieta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi qed isir kull sforz sabiex l-Għassa tal-Furjana tibqa` tinżamm miftuħa regolarment, pero` dan mhux dejjem ikun possibli minħabba il-'commitments' kbar li jiffaċċja l-Korp tal-Pulizija. Ninsab infurmat ukoll illi l-Korp tal-Pulizija qed jagħmel minn kollox sabiex ikollu għassa tal-Pulizija f`tal-Pieta`. Fil-fatt, il-Kunsill Lokali tal-Pieta` kera post u ser jgħaddi parti minnu lill-Korp tal-Pulizija sabiex tintuża bħala għassa. Minħabba l-fatt li huwa neċessarju li jsiru xi alterazzjonijiet strutturali, diġa` qed tittieħed l-azzjoni neċessarja sabiex jinkisbu l-permessi neċessarji mill-MEPA.
Leg 9 PQ #35319 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Skart — Tender

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'hiex wasal il-proċess tal-għoti tat-tender dwar sistema microwave għall-eliminazzjoni ta' l-iskart fl-Isptar San Luqa?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta' aġġudikazzjoni ta' din is-sejħa għall-offerti rriżulta wieħed tassew diffiċli. Jidher li issa dan il-proċess qorob biex jitlesta u d-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti qed jistenna li fi żmien qasir tasallu mingħand il-Ministeru tas-Sahha ir-rakkomandazzjoni finali biex tiġi riferita lill-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti għall-approvazzjoni.
Leg 9 PQ #35322 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Trasport Pubbliku — Tender

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija 35179 li kienet oriġinarjament indirizzata lill-Ministru għat-trasport u kommunikazzjoni: Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha inkluż disinji, pjanti, stimi, eċċ dwar l-offerta CT 305/97 maħruġa għan-nom tal-Awtorita` tat-Trasport Pubbliku mid-dipartiment tal-kuntratti kif pubblikata fil-gazzetta tal-gvern tal-23-09-1997? Kemm kienu intefgħu offerti? Xi prezzijiet ingħataw u x'kienet id-deċiżjoni ta' l-Awtorita` dak iż-żmien?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi fid-dominju pubbliku.

Triq Diċembru 13

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fi Triq Diċembru 13 qabel ma saru l-bankini ġodda ma ttieħditx l-inizjattiva li jinħolqu bus bays fejn jidher li kien hemm l-ispazzju meħtieġ? Jaqbel li l-istages jieħdu parti mil-lanes tat-triq b'konsegwenza li meta tieqaf xarabank jinħoloq queue ta' traffic f'din il-lane paritkolari?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li wara l-laqgħat li saru kemm mal-Public Transport Directorate kif ukoll mal-Public Transport Association dwar l-inizjattiva li jinħolqu bus bays irriżulta li dawn kienu ser joħolqu diffikultajiet lis-sewwieqa tal-karozzi tal-linja. L-ammont kbir ta' traffiku li jgħaddi minn din it-triq ma jagħtix ċans lil dawn ix-xarabanks joħorġu minn ġo dawn il-bus bays mingħajr periklu għas-sewwieqa tal-vetturi. B'dan il-mod l-inċidenti tat-traffiku fl-imsemmija triq jiġu mnaqqsa kemm jista' jkun.