Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5138 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Valletta — Monti

Question

Minn Settembru 1998 sa l-aħħar ta' Frar 1999, jista' jgħid kemm-il darba l-pulizija ssorveljat il-Monti li jintrema fil-Belt Valletta u ħadet passi dwar tfal żgħar li suppost ikunu l-iskola u minflok ikunu qed jaħdmu fuq il-Monti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-ġranet li jitrama' l-Monti tal-Belt dejjem ikun hemm Pulizija assenjat xogħol f'dan il-post li jissorvelja kontinwament li ma jkunx hemm tfal żgħar jaħdmu fuq il-Monti. B'danakollu nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jekk għandu xi nformazzjoni rigward xi każ partikolari jinformani b'mod kunfidenzjali. 29.03.99
Leg 9 PQ #5139 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EU — Amministrazzjoni pubblika

Question

Peress li l-Kummissjoni Ewropea tesprimi n-nuqqas ta' sodisfazzjon tagħha dwar l-amministrazzjoni pubblika lokali fir-rapport aġġornat tagħha li għadu kemm ħareġ, x'xogħol sar mill-1990 sal-1996 biex is-servizz ċivili jiġi ppreparat għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Sa mill-1990, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Public Service Reform Commission, bdiet isseħħ riforma fis-Servizz Pubbliku li ġie kompletament mibdul fi strutturi aktar omoġenji u flessibbli. Dan kollu sar bi ftehim u qbil mar- rappreżentanti tal-ħaddiema. Il-bidla kbira li saret fil-Ministeri u d-dipartimenti fil- qasam ta' l-informatika sa minn kmieni fid-disgħinijiet għamlet lis-Servizz Pubbliku aktar modern u effiċjenti. Matul dawn l-aħħar snin sar kambjament ukoll fil-qasam tat- taħriġ għall-impjegati, kemm f'Malta kif ukoll barra, f'oqsma u speċjalitajiet diversi.
Leg 9 PQ #5140 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Skwadra marittima

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn Jannar sal-lum x'tibdil sar fis-sistema ta' xiftijiet u ħlasijiet ta' allowance fl-iskwadra marittima tal-Forzi Armati? Fiex jikkonsisti dan it-tibdil? Għaliex sar dan it-tibdil?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li fl-iskwadra Marittima, mill-1 ta' Frar 1999, beda jseħħ tibdil fis-sistema ta' xiftijiet imħaddma mill-ekwipaġġi tal-patrol boats żgħar u mis-suldati li jagħmlu xogħol ta' sigurta'. Dan it-tibdil sar wara studju bir-reqqa fl-istess Skwadra, li l-għan tiegħu kien li tiżdied l-effiċjenza. Permezz ta' dan it-tibdil, il-manutenzjoni tad-dgħajjes iż- żgħar qiegħda ssir b'aktar regolarita' u l-ekwipaġġi ta' dawn id-dgħajjes qegħdin jattendu għal taħriġ ta' rutina mingħajr il-ħtieġa li jkollhom jidħlu xogħol ta' spiss fil- ħin liberu (Off duty) tagħhom. Ġie stabbilit ukoll numru ta' suldati li xogħolhom hu biss fuq sigurta' tal-Bażi. Permezz tas-sistema l-ġdida, l-ekwipaġġi tad-dgħajjes huma inqas involuti fix-xogħol ta' sigurta u għalhekk qegħdin jiddedikaw aktar ħin għall-manutenzjoni u xogħol fuq il- baħar. Jien infurmat li dan it-tibdil ma kkawżax differenza sostanzjali f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħlas ta' allowances.
Leg 9 PQ #5141 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsaxlokk — Skola

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-iskola primarja ta' Marsaxlokk? Se jitkompla? Għaliex waqaf? Qed jiġu kkonsultati l-Kap u l-Kunsill Skolastiku dwar it-tkomplija ta' dan il-proġett? Kemm saru laqgħat ma' dawn? Il-Ministru konxju li bħalissa hemm periklu għat-tfal minħabba li x-xogħol tħalla nofs leħja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kuntratti li ngħataw għal xogħlijiet fl-Iskola Primarja ta' Marsaxlokk intlaħaq il-valur tagħhom u għaldaqstant dawn qegħdin jiġu magħluqa ħlief għal dak tar-"Resurfacing" li sejjer jitkompla la darba jitlestew xogħlijiet oħra li l-offerti għalihom qegħdin jiġu ppreparati għall-pubblikazzjoni eventwali tagħhom. Fil-preżent il-Kap ta' l-Iskola għandu abbozz ta' dawn l-offerti u qiegħed jiġi kkonsultat b'mod regolari.
Leg 9 PQ #5376 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jagħmel il-gvern vis-a-vis persuni ta' nazzjonalita' barranija li qed jaħdmu mingħajr permess, billi jduru fil-ħwienet ibiegħu minn ħwejjeġ sa play stations?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija dejjem tieħu passi kontra barranin li jinqabdu jaħdmu mingħajr permess. Jekk l-Onorevoli Interpellanti għandha aktar dettalji, nitlobha tgħaddihomli, anke' b'mod kunfidenzjali. 29.03.99

Power Station — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern fir-rigward tal-Power Station tal-Marsa biex inaqqas it-tniġġis ikkawżat mill-attivita' tagħha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bit-tħaddim tal-Combined Cycle Gas Turbine f'Delimara li bħalissa qiegħda fil-fażi tal-commissioning, hu mistenni li l-kontribuzzjoni tal-power station tal-Marsa għad-domanda totali tonqos b'mod sinifikanti. Qed isiru modifiki biex jippermettu l-użu taż-żejt b'ammont iżgħar ta' sulphur u dawn mistennija li jkunu lesti sas-sajf li ġej. Hu maħsub li l-impjant qadim tal-power station tal-Marsa jitneħħa b'mod gradat fis-snin li ġejjin u minfloku jitpoġġa impjant li hu iktar favorevoli għall-ambjent. Sadanittant, qed jiġu studjati u mplimentati teknoloġiji li jtejjbu l-operat ta' l-impjant u jnaqqsu t-tniġġiż. Fost dawn hemm l-użu ta' emulsjoni ta' ilma miż-żejt, u modifiki fuq il-burners tal-boilers. Tajjeb li wieħed ifakkar li kien il-gvern Laburista ta` qabel 1987 li inroduċa l-faħam fil-power station tal-Marsa u li tant għamel ħsara lill-ambjent. L-impenn tal-Gvern Nazzjonalista biex jitnaqqas it-tniġġiz wassal għal bidla mil-faħam għaż-żejt li biddel radikalment il-ħsara kbira li kienet qed issir b`użu tal-faħam. Il-Gvern preżenti huwa impenjat biex ikompli inaqqas it-tniġġis bl-użu ta` żejt b`kubrit baxx u impjant modern li iniġġeż ferm anqas.

Buġibba — Spiżerija

Question

Dan l-aħħar fil-Media ssemma każ ta' turisti li ġew overcharged minn spiżerija f'Buġibba, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern investigax dan l-ilment? Jekk iva, x'riżultat inkiseb?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #5379 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Health impact assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid qattx sar health impact assessment fir-rigward ta' l-effetti li qed ikollu t-tniġġis ta' l-arja fuq il-lokalitajiet fil-viċinanzi tal-Power Station tal-Marsa? Jekk sar, meta u x'riżultati nstabu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ma jirriżultax li d-Dipartiment tas-Saħħa qatt għamel Health Impact Assessment fir-rigward ta' l-effett li qed ikollu t-tniġġis ta' l-arja fuq il-lokalita' fil-viċinanzi tal-Power Station tal-Marsa.
Leg 9 PQ #5380 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Ħarsien ta' l-ambjent

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux jittieħdu azzjonijiet min-naħa tal-gvern biex tiġi ttestjata l-arja għal tniġġis? F'liema lokalitajiet? Kemm-il darba?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li bħalissa qed isir programm ta' monitoraġġ ta' Carbon Monoxide. Dan il-monitoraġġ qed isir f'diversi inħawi fuq bażi regolari tul is-sena kollha sabiex wieħed jikseb idea ċara ta' livelli tipiċi li jeżistu lokalment. Dawn il-livelli qed ikunu rrapurtati fuq il-website tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent (www.environment.gov.mt) Minn barra dan ġie ordnat aktar apparat analitiku li jkejjel il-livelli fl-arja ambjentali ta' Sulphur Dioxide, Nitrogen Oxides, Ozone 2.5/10.

Sorsi ta' enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjanijiet konkreti għall-introduzzjoni fis-suq ta' sorsi ta' enerġija ġodda f'Malta, bħall-użu tar-riħ, u/jew ix-xemx, u/jew il-baħar bil-għan li jitnaqqas it-tniġġis? Jekk iva, x'inhuma l-pjanijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-policies dwar l-introduzzjoni ta' sorsi ġoddda ta' enerġija ser jiġu mfassla bħala parti mill-Energy Policy li qed titħejja mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija flimkien mal-Korporazzjoni Enemalta.
Leg 9 PQ #5576 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk humiex se jittieħdu passi kontra dawk l-impjegati taċ-Ċivil li jirrifjutaw li jiġu eżaminati mit-tobba mibgħuta mill-gvern għax ikunu morda, jekk it-tabib tal-fiduċja tagħhom ma jkunx preżenti waqt dan l-eżami?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jittieħdux passi jew le ta' dixxiplina kontra mpjegati li jirrifjutaw li jiġu eżaminati mit-tobba mibgħuta mill-gvern jekk it-tabib tal-fiduċja tagħhom ma jkunux preżenti, jiddependi miċ-ċirkustanzi ta' kull każ.

Ta' Xbiex — Triq l-Imradd

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza fi Triq l-Imradd, f'Ta' Xbiex billi hemm dlam esaġerat bil-lejl u r-residenti kellhom iwaħħlu spot light huma għal spejjeż tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba għal dawl adekwat fit-triq imsemmija qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

Korporazzjonijiet — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-korporazzjonijiet, azjendi jew entitajiet li fihom il-gvern għandu sehem maġġoritarju li ngħataw xi forma ta' sussidju s-sena l-oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ażjendi li fihom il-gvern għandu sehem maġġoritarju u li matul is-sena li għaddiet ingħataw xi forma ta` sussidju huma l-Malta Drydocks u l-Korporazzjoni Malta Freeport.

Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' korporazzjonijiet, azjendi jew entitajiet li fihom il-gvern għandu sehem maġġoritarju u li llum igawdu minn monopolju u/jew xi forma ta' protezzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-korporazzjonijiet, ażjendi u entitajiet, formanti parti mid-dikasteru tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomici, li fihom il-gvern għandu sehem maġġoritarju li llum igawdu monopolju jew xi forma ta` protezzjoni huma l-Maltacom, Matla International Airport, Il-Korporazzjoni Enemalta, il-Maltapost, it-Tug Malta, Il-Gozo Channel, is-Sea Malta, il-Medigrain u l-Kordin Grain Terminal.

Oqsma privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-oqsma jew tip ta' servizzi offruti mill-privat jew minn persuni li huma self-employed u li llum għandhom xi forma ta' protezzjoni, per eżempju, taxis bojod, mini buses ħomor, furnara, funeral hearses, karozzini, pompi tal-petrol, spiżeriji, karozzi fuq tal-linja, burdnara, cable TV, mobile phone supply, pitkala, kerosine hawkers, distributuri tal-gass u oħrajn)? X'tip ta' protezzjoni jingħataw dawn l-oqsma u oħrajn li ma semmejtux?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se tingħata f`xi seduta oħra.

Enemalta — Bejgħ ta' petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inbiegħu litri ta' petrol unleaded u leaded f'Jannar u Frar ta' din is-sena? Kemm inbiegħu fl-istess xhur is-sena li għaddiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: UNLEADED LEADED Jannar 1998 2,170,880 5,693,070 Frar 1998 1,994,230 5,232,450 Jannar 1999 2,182,900 4,972,020 Frar 1999 2,333,790 5,194,050 Kif jidher minn din it-tabella, l-użu tal-pertol leaded baqa` jinżel waqt li l-użu tal-petrol unleaded baqa` jiżdied.
Leg 9 PQ #5723 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Makkinarju agrikolu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu n-numru ta' makkinarju agrikolu liċenzjat f'pajjiżna? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-makkinarju reġistrat fil-gżejjer tagħna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fil-Ministeru tal-Agrikoltura u Sajd ma hemmx sistema ta' liċenzjar jew reġistrazzjoni ta' makkinarju agrikolu. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-liċenzja tat-triq, huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Impjiegi — Korrimenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' korrimenti fuq il-post tax-xogħol matul ix-xhur ta' Jannar u Frar? Kemm kien in-numru ta' inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol? Kemm saru spezzjonijiet fuq azjendi f'fabbriki sabiex ikun assigurat li dawn ikunu konformi ma' l-istands neċesarji tas-sigurta' fuq il-post tax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' korrimenti f'Jannar, 1999 kien ta' 313, waqt li fi Frar, 1999 kien ta' 375. Matul il-perjodu msemmi, d-Dipartiment tax-Xogħol kien infurmat b'żewġ inċidenti fuq il-post tax-xogħol li rriżultaw f' żewġ fatalitajiet. Saru mija u erbgħa u erbgħin (144) spezzjoni f'postijiet tax-xogħol minn Spetturi tas-Saħħa u Sigurta'. 29.3.99

Sigurta' Soċjali — Għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jibda jirċievi l-pensjoni li suppost hi dovuta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata verbalment dwar il-każ tagħha u deheret sodisfatta bl-ispjegazzjoni mogħtija mid-Dipartiment. Minkejja dan kollu ser tingħata wkoll tweġiba uffiċjali bil-miktub dwar il-każ tagħha. 29.3.99

ETC — Self-Employed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni reġistrati bħala self-employed matul il-perijodu ta' Jannar u Frar għas-snin 1999,1998,1997,1996 u 1995? Kemm minn dawn kienu nisa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni reġistrati bħala "self employed" fil-perijodi msemmija huma kif ġejjin: SENA JANNAR FRAR ---- ------ ---- 1995 15,850 15,992 Nisa 1,916 1,910 Rġiel 13,934 14,012 1996 15,870 15,865 Nisa 1,935 1,929 Rġiel 13,935 13,936 1997 15,574 15,596 Nisa 1,919 1,923 Rġiel 13,655 13,673 1998 15,392 15,426 Nisa 1,939 1,941 Rġiel 13,453 13,485 1999 15,267 Għada qed tinġabar Nisa 1,926 -- Rġiel 13,341 -- 29.3.99