Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5285 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Inċident tat-traffiku

Question

Wara d-deċiżjoni tal-Maġistrat Giovanni Grixti fil-Qorti ta' Għawdex li imputat mix-Xagħra seta' ġie ffrejmjat minn tliet membri tal-Korp tal-Pulizija wara inċident tat-traffiku, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex dan il-każ jiġi nvestigat? Min qed jinvestiga l-każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant qed jiġi nvestigat mis-Supretendent ta' Għawdex. 26.04.99
Leg 9 PQ #5286 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ilmenti kontra membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames xhur - Settembru sa Frar - kemm saru ilmenti kontra membri tal-Korp tal-Pulizija mill-pubbliku? Jista' l-Ministru jelenka x'kienu dawn l-ilmenti? X'passi ttieħdu fuqhom? Min investiga l-ilmenti? Kemm mill-ilmenti ġew deċiżi u f'kemm-il każ instab li l-pubbliku kellu raġun?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn Settembru 1998, u Frar 1999, kien hemm 73 ilment mill-pubbliku kontra membri tal-Korp tal-Pulizija. 41 ilment kienu dwar nuqqas ta' servizz mogħti lill-pubbliku mill-membri tal-Korp, filwaqt li l-kumplament kienu dwar reati kontra d-dixxiplina, ksur ta' liġi jew nuqqas ta' nfurzar tal-liġi. Dawn l-ilmenti jiġu nvestigati minn fizzjali tal-Korp u mill-47 ilment li l-investigazzjoni dwarhom ġiet konkluża, irriżulta li 9 minnhom kienu ġustifikati. 26.04.99

Solar water heaters

Question

Il-Ministru ma jidhirlux li għandu jkun hemm pjan biex almenu jiġi ntrodott fuq skala nazzjonali l-użu tas-solar water heaters? Il-Ministru ma jidhirlux li l-gvern għandu jimpenja ruħu aktar f'dan is-sens u mhux iħalli din l-inizjattiva kompletament f'idejn il-privat? Ma jidhirlux il-Ministru li l-użu ta' din l-enerġija ħielsa mit-tniġġiż għandha tkun inkoraġġita u ntaxxata inqas?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-policy biex jiżdied l-użu ta' solar water heaters għandha tkun parti mill-energy Policy li qed tiġi mfassla mill-Kunsill Malti tax-Xjenza u Teknoloġija flimkien mal-Korporazzjoni Enemalta. Ma hemm xejn ħażin li s-settur privat jieħu inizjattiva f'dan il-qasam. Il-Gvern lest li jinkoraġixxi kull inizjattiva pożittiva. Il-kwistjoni ta' tassazzjoni fuq dan it-tip ta' apparat qed tiġi studjata.

Qormi — Triq il-Ġdida

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2620, jaf il-Ministru li t-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari tiegħi dwar il-periklu li jinsabu fih ir-residenti li joqogħdu fi Triq il-Ġdida fi Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi ma tirriflettix ir-realta'? Jaf il-Ministru li hemm żewġ toroq ġodda fi Triq il-Ħelsien, waħda li trid tinfed ma' Triq id-Dragun u l-oħra fejn kien hemm is-serer, jiġifieri 'il fuq mill-Bank of Valletta? Jaf il-Ministru li ż-żewġ toroq imsemmija l-ebda parti minnhom ma hija asfaltata? Għalhekk, jista' l-Ministru jerġa' jindaga fuq ix-xogħol li jinħtieġ isir biex jingħeleb dan il-periklu? Meta se jsir ix-xogħol meħtieġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed jaħdem biex jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha u x-xogħol f`dawn it-toroq isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.

EU — Għoti ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkula li l-Unjoni Ewropea se tagħti flus lil Malta f'għotjiet u mhux f'self fis-snin li ġejjin?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadu prematur li wieħed jagħti figuri dwar għotjiet mill-Unjoni Ewropeja għal Malta fis-snin li ġejjien.

UE — Tarznari Maltin

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4622, jista' l-Ministru jgħid meta nbdiet ir-ristrutturazzjoni tat-tarznari u f'liema fażi tinsab?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-proċess ta' ristrutturizzazzjoni mhux xi eżami li jsir f'ġurnata partikolari jew bħal meta wieħed jagħfas buttuna u din tibda tiffunzjona minnufih. Ir-ristrutturazzjoni tat-Tarzna huwa proċess li dejjem għaddej u jrid jiġi intensifikat biex din l-azjenda ssir dejjem aktar viabbli.

UE — Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri fir-rigward tal-levies malli Malta jkollha tadotta l-common customs tariff minħabba s-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea?

Response (BONNICI, JOSEF)

Meta eventwalment Malta tibda tifforma parti mill-Unjoni Ewropea, parti kbir mil-levies eżistenti jkunu tneħħew. Naturalment dan isir gradatament waqt li fuq setturi partikolari bħall-Agrikoltura, wieħed irid jistenna r-riżultat minn negozjati li jsiru bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.

Dipartiment tal-Kummerċ — Indiċi tal-prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati taċ-Ċivil li qed jaħdmu fuq l-investigazzjonijiet dwar żieda fil-prezzijiet fid-Dipartiment tal-Kummerċ u fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta separatament? X'inhuma l-gradi tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent in-numru ta' impjegati, taċ-Ċivil li qed jaħdmu fuq l-investigazzjonijiet dwar żieda fil-prezzijiet fid-dipartimenti msemmija hija kif ġej: Dipartiment tal-Kummerċ - Prinċipal Anzjan, 2 Prinċipali, 3 Uffiċjali Eżekuttivi, Supervisor, 5 Skrivani, 2 Tajpisti Każwali, Ġardinar (fuq xogħol ta' spezzjonijiet) u 4 Spetturi Agrikoli (mislufa mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura). Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta (Sezzjoni tal-Monitoring) - 2 Prinċipali Anzjani, Uffiċjal Eżekuttiv u 6 Skrivani.
Leg 9 PQ #5582 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Festival tal-Kanzunetta Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa lill-gvern il-festival tal-kanzunetta Maltija ta' din is-sena? Kemm sewa dak tas-sena l-oħra? Fiex intnefqu l-flus in kwestjoni din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Festival tal-Kanzunetta Maltija li nżamm Għawdex bejn 9 u 10 ta' Ottubru 1998 qam is-somma ta' Lm21,341. Il-Festival ta' din is-sena ser jinżamm f'Settembru 1999.
Leg 9 PQ #5583 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' hold-ups

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru hold-ups mill-5 ta' Settembru sal-lum? Kemm ġew irrapportati flus misruqa f'kull hold-up? Kemm ġew solvuti sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Dwar il-hold-ups li ġew irrapurtati lill-Pulizija bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u l-31 ta' Jannar, 1999, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4266. Rigward il-perijodu bejn l-1 ta' Frar u d-9 ta' Marzu, 1999, ninsab infurmat li ġew irrapurtati lill-Pulizija 5 hold-ups u tentattiv ta' ieħor. Minn dawn kien hemm każ li fih ma nsteraq xejn filwaqt li f'ieħor insteraq vann mimli sigaretti. Il-flus irrapurtati misruqa kienu : Lm400, Lm6,705, Lm30, Lm400. Minn dawn, 3 każi ġew solvuti, filwaqt li fil-każ tas-serqa ta' vann mimli bis-sigaretti, il-Pulizija irnexxielha ssib l-oġġetti misruqa. 26.04.99
Leg 9 PQ #5584 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Testijiet ta' l-HIV

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet għall-HIV kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li n-numru ta' testijiet li saru għall-HIV kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin hu kif ġej: -------------------------------- SENA NUMRU TA' TESTIJIET -------------------------------- 1988 3750 1989 2495 1990 2118 1991 2461 1992 3131 1993 2396 1994 3935 1995 3963 1996 3912 1997 3809 1998 4249 1999 (sa l-aħħar ta' Marzu) 1008 --------------------------------
Leg 9 PQ #5585 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Żiemel li sfratta fil-Ħamrun

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija rnexxiliex issib iż-żiemel li sfratta dan l-aħħar ġewwa l-Ħamrun u li kkaġuna ħafna ħsara waqt il-ħarba tiegħu? X'tip ta' passi se jieħu l-gvern biex affarijiet bħal dawn ma jerġgħux jiġru billi jekk sid iż-żiemel ma jinstabx kulħadd se jibqa' billi ħa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-investigazzjoni li għamlet il-Pulizija s'issa, għadu ma ġiex stabbilit min huwa sid dan iż-żiemel. Ninsab infurmat ukoll illi ser jiġi kkunsidrat mezz kif żwiemel ikunu reġistrati ma' l-awtoritajiet. 26.04.99
Leg 9 PQ #5770 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari meta jagħti l-każ u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu li żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni dwar l-infiq f'safar minn Ottubru 1998 sal-lum, mil-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu hija kif ġej: Duration Official/s Country Purpose Total Expenses LM 11/10/98- V Farrugia Italy Review of Plant Quarantine 15/10/98 Legislation 259.82 11/10/98- F Saliba Certification Scheme 15/10/98 11/10/98- L Attard Training in Lab technique 25/10/98 10/11/98- Amb.F Vienna Meeting of experts of EU and 15/11/98 Montanaro countries of European Region Mifsud on Plant Genetic Resources 460.60 02/12/98- F Serracino 06/12/98 Inglott Poland 82nd Session of the Executive Committee of the ECA 351.45 02/12/98- M Gatt Switzerland Extra ordinary session of the 06/12/98 ECP/GR Working group on Prunus 14.32 31/10/98- F Serracino Holland Importation of Seed Potatoes 572.88 03/11/98 Inglott / J Pirotta 09/12/98- M Gatt / Bari,Italy Indexing of Vines at IAM 277.00 15/12/98 A Muscat 15/12/98- M Camilleri Malaga, Copmed Steering Committee 150.83 19/12/98 Spain 26/09/98- P Agius Bari,Italy Organic Agriculture 8.25 11/10/98 09/11/98- A Borg Florence, Irrigation System Design 10.50 04/12/98 Italy 09/11/98- J Borg Istambul, Advanced Training of 11/11/98 Turkey Agricultural and Food Manager in the countries of the Mediterranrean Areas 6.00 26/11/98- J Borg Vienna Euforgen Steering Committee 6.00 29/11/98 Meeting 30/11/98- S Vella Capri,Italy Visit to CNR - Istituto 12/12/98 Irrigazione 8.25 20/01/99- Hon. Germany Berlin Green Week 1037.97 23/01/99 N Zammit / F Serracino Inglott 23/01/99- R Spiteri Zaragoza, SIPAM/FAO Course 51.70 28/01/99 Spain 24/01/99- C Leone Bari,Italy Training at IAM Re. 240.48 14/02/99 Ganado Micropropagation 08/02/99- O Debono / Bari,Italy Visit to IAM 89.00 10/02/99 V Farrugia 23/02/99- E Gauci Lausanne, Auditing of accounts of the 42.00 26/02/99 Borda Switzerland European Assocition of State Lotteries and Lotto 07/03/99- Hon. Rome,Italy Ministerial Meeting on *calculations 12/03/99 N Zammit Fisheries and Forestry not available E Gauci yet. Borda
Leg 9 PQ #5771 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Delegazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari meta jagħti l-każ u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 9 PQ #5772 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari meta jagħti l-każ u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu li żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubr 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant li tirrigwarda delegazzjonijiet Ministerjali u mid-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita tiegħi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #5773 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Faċilita' Korrettiva — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li fix-xogħlijiet li qed isiru għall-estensjoni tal-Faċilita' Korrettiva Kordin jistgħux jiġu mtejbin il-faċilitajiet tal-parking li jiġu ħdejn Gaddafi Gardens? Jista' l-Ministru jara li din toffri soluzzjoni permanenti għal problema li għandhom ir-residenti ta' Valletta Road, Raħal Ġdid li ilhom isofru inkonvenjent ta' vetturi ta' staff ta' din il-faċilita' jipparkjawlhom il-karozzi għal sigħat twal wara l-bieb tagħhom minflok fil-parking spaces li hemm bħalissa b'mod li r-residenti ma jsibux huma fejn jipparkjaw? Jaf il-Ministru li meta bdew jipparkjaw Gaddafi Gardens din il-problema kienet ġiet temporanjament solvuta?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li s-suġġeriment tal-Onor. Interpellant se jiġi kunsidrat, wieħed japprezza li m'għandu jsir xejn li bih jitnaqqas id-dritt tal-pubbliku ta' aċċess u tgawdija ta' Gaddafi Gardens. 26.04.99
Leg 9 PQ #5781 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Seclusion Unit

Question

B'riferenza għall-ftuħ tas-Seclusion Unit fis-Sala Nru. 2 ta' l-irġiel fl-Isptar Monte Carmeli, jista' l-Ministru jgħid: (a) min kien il-perit li għamel il-pjanti; (b) intalab permess mill-Planning Authority u jekk fl-affermattiv, meta; (ċ) jaf li fis-single rooms m'hemmx twieqi biex tidħol l-arja; (d) kemm kienet l-ispiża biex infetħu dawn is-single rooms; (e) kemm daħlu pazjenti sal-lum; u (f) x'inhu l-protocol li qed jitħaddem fit-tmexxija ta' din il-unit vis-a-vis l-impjegati u l-pazjenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li:- a) ix-xogħol meħtieġ sar taħt is-superviżjoni tal-Works Division fil-Ministeru għall-Ambjent. b) fil-fehma tagħna ma kienx hemm bżonn li jintalab permess mill-Planning Authority għax ix-xogħol strutturali ma kienx estensiv u kien jinvolvi intern biss. Fil-fatt li-ispiża tax-xogħol strutturali kienet ta' xi Lm600. c) fis-single rooms ma tistax tagħmel twieqi jinfetħu minħabba s-sigurta' tal-pazjent. Pero kull kamra hija fornuta bl-'Air conditioning' li jiċċirkola l-arja. d) l-ispiża totali laħqet is-somma ta' Lm13,420. e) in-numru ta' pazjenti li daħlu fis-Seclusion Ward kien ħdax (sat-22 ta' Marzu 1999). f) għandna Internal Protocol li jkopri kemm il-bżonnijiet u d-drittijiet tal-pazjenti kif ukoll ta' l-impjegati. Dan ġie żviluppat skond il-kriterji internazzjonali u l-esperjenza lokali bil-perteċipazzjoni ta' l-istaff mediku u paramediku. Dan il-Protocol isegwi wkoll il-pariri tal-Committee for the Prevention of Torture tal-Kunsill ta' l-Ewropa.
Leg 9 PQ #5782 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impressed drivers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid id-drivers tal-karozzi jew vetturi oħra impressed mal-gvern hux se jingħataw xogħol fis kif ġew imwiegħda qabel l-elezzjoni? Preżentement, jista' jgħid kemm hawn vetturi impressed u ma' liema dipartimenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

It-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fl-affermattiv. Dwar it-tieni parti tad-domanda l-informazzjoni tista tiġi mitluba mill-Ministru għall-Politika Soċjali.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Hospitality vote

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa mill-hospitality vote tal-ministeru u d-dipartimenti konċernati mill-5 ta' Settembru, 1998 sa Frar 1999? X'kienet in-nefqa għas-safar għall-istess perijodu tal-ministeru u dipartimenti tad-dekasteru tal-ministeru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti parlamentari Nru. 1279, 3299 u 5767 inżid li jien infurmat li n-nefqa mill-`hospitality vote` għall-Ministeru u d-Dipartimenti kienet hekk: Dipartiment Hospitality LM Avjazzjoni Ċivili 427 Dipartiment tal-Liċenzji 315 Dipartiment tat-Toroq 360 Ministeru ( li jinkludi 1023 s-Segretarju Permanenti u d-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi) Minbarra hekk infurmat ukoll li l-ispiża totali ta` safar tad-Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Ċivili kienet ta` Lm9829 għall-perjodu msemmi.
Leg 9 PQ #5877 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Hospitality vote

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa tal-hospitality vote tal-ministeru u d-dipartimenti konċernati mill-5 ta' Settembru, 1998? X'kienet in-nefqa għas-safar tal-ministeru u d-dipartiment għall-istess perijodu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li mill-5 ta' Settembru s'issa, n-nefqa fuq il-'Hospitality vote' u għas-safar, kemm mill-Ministeru u kemm mid-Dipartiment kienu kif ġej:- Hospitality Vote Safar ------------------------------ Ministeru LM1934.23 LM4166 Dipartiment LM1065.38 LM15349