Jista’ il-Ministru jgħid jekk fil-water reservoir li qed isir fejn ir--roundabout ħdejn il-HSBC f’Hompesch Road, Fgura sarlux water bars u expansion joints?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi billi l-istruttura tar-reservoir mhix tat-tip ta' ħitan u art magħmulin mir-rinforced concrete, ma saritx water bar. L-istruttura tal-ġibjun qed tinbena b'art tal-konkos u żewġ qoxriet ħitan tal- hollow concrete blocks qed issir all round tanking bil-welded membrane ta' ħxuna 4mm bejn iż-żewġ qoxriet biex isservi ta' water proofing layer kontinwa għal-ġibjun.
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta li se ssir expansion movement joint bejn is-saqaf u l-ħitan biex jiġi kkontrollat il-moviment ta' l-istruttura.
B’riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 35147 u l-lista ta’ għaxar applikazzjonijiet mill-Furjana u ħmistax mill-Belt li għad ma nstabitx soluzzjoni biex jiġi stallat il-lift, jista’ jingħad fid-dettall id-diffikultajiet x’inhuma f’kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35234, jista' jgħid kemm kienu dawk li xtraw residenza Maltija wara li għaddiet l-immigration act u għandhom il-permess biex jaħdmu Malta, xahar b'xahar, sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Numru 35234 f'Seduta 784.
Jista` il-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol ta’ għoti ta’ tarmak fi Triq il-Kapuċċini l-Furjana (triq li hi arterial road)?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi t-Triq hija asfaltata u tinsab f'kundizzjoni aċċettabbli. Għalissa m'hemmx ħsieb li jsir xogħol ġdid fuq din it-triq, għalkemm hemm talba dwar dan mill-Kunsill Lokali Floriana.
Jista’ il-Ministru jgħid x’inhu n-numru tal-PA tal-ġibjun li qed isir ħdejn ir-roundabout ta’ ħdejn l-HSBC ta’ Hompesch Road, Fgura?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat tat-Toroq qiegħed jagħmel ix-xogħol tal-ġibjun fi Triq Hompesch bis-saħħa tal-Att Dwar l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta KAP 332 Klawsola 4(b).
Jista’ il-Ministru jgħid jekk huwiex ġust li persuni akkomodati fi djar ta’ l-anzjani tal-gvern ikunu suġġetti għall-ħlas tat-taxxa anke fuq dak li jikkontribwixxu lill-welfare fund tad-dar li jkunu jagħmmru fiha?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-artikolu 26 ta’ l-Att dwar it-Taxxa jipprojbixxi deduzzjonijiet li jkunu, fost l-oħrajn, ta’ natura domestika jew privata jew spejjeż li ma jkunux saru għal kollox u biss għall-produzzjoni ta’ l-income. Għalhekk il-kontribuzzjonijiet magħmulin lill-welfare fund minn persuna li tirrisjedi f’dar ta’ l-anzjani tal-gvern ma jistgħux jingħataw bħala deduzzjoni mill-income.
Ta’ min wieħed jgħid li dawn il-kontribuzzjonijiet huma spiża privata daqskemm hija privata l-ispiża li jkollha tagħmel persuna li tibqa’ tgħix fid-dar tagħha. Għal din ir-raġuni mhux biss huwa ġust li dawn il-kontribuzzjonijiet ma jingħatawx bħala tnaqqis imma, għall-kuntrarju, ma kienx ikun ġust kieku persuni li jirrisjedu f’dar ta’ l-anzjani jkollhom deduzzjonijiet filwaqt li dawk li jgħixu f’darhom ma tingħatalhomx id-deduzzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid hux possibli permezz tar-roads dipartment jinfurmani fejn waslu l-isforzi tar-roads department, biex Triq Bieb is-Sultan, F'Ħaż-Żabbar titkompla? Billi parti żgħira minn din it-triq baqgħet ma infetħetx b'konsegwenzi mhux żgħar għal ftit familji li joqgħodu f'din il-parti tat-triq, possibli niġi infurmat meta hemm il-ħsieb li tinfetaħ u titkompla din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li d-Direttorat tat-Toroq qiegħed fil-proċess li jakkwista l-art neċessarja biex ix-xogħolijiet pendenti jkunu jistgħu jitlestew u t-triq tkun tista' tinfetaħ mill-aktar fis possibbli.
Jista` il-Ministru jgħid x’sar minnha l-karozza Kia Avella proprjeta` tal-C.C.F.? Jista` jgħid jekk kienetx involuta f’xi inċident nhar l-20 ta’ Awissu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi karozza tal-marka Kia Avella proprjeta` tad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi kienet involuta f`inċident tat-traffiku nhar l-20 ta` Awissu 2002.
Minħabba nuqqas ta` spazju fil-garaxx tad-dipartiment, din qegħda tinżamm fejn illum dan id-dipartiment għandu l-Accounts Section ġewwa Kordin.
Peress li intqal lill-persuna indikata li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li mhix intitolata għal għajnuna tal-mard peress li d-dħul tagħha hu aktar minn dak applikabbli, jista` il-Ministru jivverifika jekk dan hux minnu peress li jidher li d-dħul tiegħu hu baxx ħafna? X’inhi r-rata applikabbli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha.
Jista` il-Ministru jgħid jekk il-courses li jwasslu għall-European Computer Driving Licence hux ser jingħataw mill-ETC? Jista' jgħid jekk iridx isir xi ħlas għal dawn il-courses? Jekk fl-affermattiv min irid iħallas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ qed torganiżża taħriġ li jwassal għall-European Computer Driving Licence. Il-modules provduti huma:
Module 1 - Basic Concepts of Information Technology
Module 2 - Using the Computer and Managing Files
Module 3 - Word Processing (Word)
Module 4 - Spreadsheets (Excel)
Module 5 - Database (Access)
Module 6 - Presentation (Powerpoint)
Module 7 - Information and Communication
Persuni li qegħdin jfittxu mpjieg ma jħalsu xejn biex jipparteċipaw f'dawn il-programmi.
Xi xhur ilu l-Korporazzjoni ġiet ukoll akkreditata mill-British Computer Society bħala ECDL test centre.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-courses li jwasslu għall-European Computer Driving Licence hux ser jingħataw mill-MCAST? Jista' jgħid jekk iridx isir xi ħlas għal dawn il- courses? Jekk fl-affermattiv min irid iħallas?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kors li jwassal għall-European Computer Driving Licence se jingħata mill-MCAST. Il-Ħlas għal dan il-kors huwa ta' LM130.
Kull min japplika għal dan il-kors irid iħallas. Huma eżenti biss l-istudenti regolari ta' l-MCAST, dawk li għandhom il-Karta Anzjan, u dawk li huma bla xogħol.
Jista` il-Ministru jara li jsir il-ħlas tal-kumpens dovut lill-persuna hawn taħt indikata, wara li ttieħdet lilha proprjeta` f’20 Marina Street Senglea?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet qiegħed fil-proċess li jistabbilixxi jekk il-persuna indikata hiex is-sid tal-proprjeta` ta` 20 Marina Street, Senglea sabiex ikun jista` jitħallas il-kumpens dovut.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 34391 u cioe jista' l-Ministru jaġġorna mistoqsija 32678 (Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapurtati mill-ministeru u/jew dipartimenti, korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru bejn Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? X'valur, x'oġġetti eċċ, ġew misruqa? X'passi ittieħdu? Jista' jinfurmani ukoll bin-numru ta' serqiet li saru matul is-sena li għaddiet 2001) għall-ewwel 6 xhur tas-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn April u Ġunju ta' din is-sena ġew rappurtati dawn is-serqiet mill-Pixxina Nazzjonali:
18 ta' April Mobile phone miċ-changing room tan-nisa - valur
mhux magħruf
24 ta' April * Arloġġ, Bangles tal-fidda u Mobile Phone mil-
Lockers tan-nisa - valur mhux magħruf
25 ta' April Wallet miċ-changing room tan-nisa - valur mhux magħruf
27 ta' April Wallet miċ-changing room tan-nisa - valur mhux magħruf
28 ta' April Flus u ċwievet minn fuq id-deck - valur mhux magħruf
*Mobile phone mil-lockers ta' l-irġiel - valur mhux magħruf
1 ta' Mejju Mobile phone miċ-changing room tan-nisa - valur mhux magħruf
5 ta' Mejju Basket tal-marka Speedo minn fuq id-deck - valur mhux magħruf
8 ta' Mejju Mobile phone minn fuq id-deck - valur mhux magħruf
23 ta' Mejju Basket b'oġġetti personali mill-Gym - valur mhux magħruf
26 ta' Mejju Mobile phone minn fuq id-deck - valur mhux magħruf
5 ta' Ġunju Mobile phone minn fuq id-deck - valur mhux magħruf
6 ta' Ġunju Mobile phone u Wallet minn fuq id-deck - valur mhux magħruf
7 ta' Ġunju Mobile phone mill-iSquash Courts - valur mhux magħruf
29 ta' Ġunju Mobile phone u flus mil-lockers ta' l-irġiel - valur mhux magħruf
* Intalab l-intervent tal-Pulizija f'dawn iż-żewġ każijiet biss minħabba li min naqsulu l-oġġetti ma riedx li jittieħdu passi ulterjuri. F'każ partikolari s-serq ġie rappurtat tlett ijiem wara.
Informat ukoll li fil-perjodu msemmi, ma ġiet rappurtata ebda serqa li kienet tinvolvi proprjeta` ta' l-Universita`, pero` f'dan l-istess żmien, kien hemm rrapurtati serqa minn karozza u serqa ta' mutur li kienu pparkjati fil-Campus ta' l-Universita` (vetturi jistgħu jipparkjaw għar-riskju tas-sidien kif jidher mit-tabelli li hemm fid-dħul ta' l-Universita`). F'kull każ ġiet informata l-Pulizija fl-Għassa ta' l-Imsida.
Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari nru. 34328 b'referenza għall-estensjoni tas-servizz ta' l-ilma f'Wied il-Bużbież l/o Rabat?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma diġa' ħadet ħsieb li ssewwi l-ħsara li kien hemm fil-mejn ta' l-ilma tar-residenza msemmija.
B'referenza għad-domanda tiegħi dwar il-żabra li hemm bżonn għas-siġar fit-triq tad-daħla għall-ġonna tal-Buskett ħalli ma jkunx hemm tqaċċiet ta' friegħi ta' dawn is-siġar kawżat mill-preżenza ta' trakkijiet li jiffrekwentaw din it-triq, jista' l-Ministru jaġġornani bl-iżvilupp u ċioe meta nżabru s-siġar in kwistjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li s-siġar li hemm fit-triq tad-daħla tal-Buskett inżabru f'Mejju ta' l-2000.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ntqal mill-Ministru li ma jirriżultalux li tressqu xi ilmenti dwar il-kuntrabandu tax-xorb alkoħoliku meta fil-fatt saru saħansitra sa laqgħat mad-Dipartiment tad-Dwana bejn organizazzjonijiet privati tal-Wine & Spirits lokali
Meta saru dawn il-laqgħat matul din is-sena li għaddiet bejn id-Dwana u dawn l-organizazzjonijiet lokali privati?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika meta saru l-laqgħat li semma' għax ma hemmx indikazzjonijieit li dawn seħħew. Barra dan, jidher ukoll mill-figuri għall-ewwel sitt xhur ta' din is-sena u tas-sena l-oħra illi l-importazzjoni ta' xorb alkoħoliku żammet l-istess livell jekk mhux marret xi ftit aħjar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' kuntrabandu li nqabdu mill-uffiċjali tad-dwana mill-1999 l-hawn? X'tip ta' oġġetti nqabdu? Meta kienu u kemm kien l-ammont tad-dazju każ b'każ li kien se jinsteraq lill-Gvern? X'passi ttieħdu u qed jittieħdu dwar dawn il-każijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li l-Ministru f'seduta tal-Parlament jgħid li qed jiġi provdut ilma lill-bdiewa li jitolbuh fl-inħawi ta' l-aħrax tal-Madonna, l-Mellieħa u f'seduta oħra jgħid li ma jistax ikun li jipprovdi l-ilma lill-bdiewa ta' dawk l-inħawi għas-spejjeż tax-tax payers?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħidli għal liema seduti qiegħed jirriferi.
Tista’ l-Ministru tgħid min mill-impjegati fil-qrati ta' Għawdex għandu dritt li jkollu l-użu ta' vettura b'xejn imħallsa b'kera mill-gvern ta' Malta? Tista' tgħid min attwalment qiegħed jużufruwixxi minn dan il-benefiċċju meta fir-realta' m'għandux dritt għalih?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li d-Direttur tal-Qrati u Tribunali u l-Marixxalli - dawn ta' l-ahhar waqt il-qadi ta' dmirijiethom - huma l-impjegati fil-Qrati ta' Ghawdex li ghandom dritt ghall-uzu ta' vettura bl-ispiza ghall-Gvern ta' Malta.
Jiena nfurmata wkoll li hemm karozza mikrja mill-Gvern li qed tintuza mill-Assistent Registratur ta' l-istess Qrati.
Sadattant naghatw struzzjonijiet biex jigi zgurat li hadd ma jithalla jaghmel uzu minn vetturi mhallsin minn flus pubblici jekk ma jkollux dirtt ghal dan l-uzu.