Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5785 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Sħubija ta' Malta

Question

Fid-dawl ta' l-applikazzjoni li qed jagħmel il-Gvern Nazzjonalista għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltacom hijiex se tibqa' tgawdi l-monopolju li għandha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent il-Maltacom tgawdi monopolju f'diversi setturi fil-qasam tat-telekomunikazzjoni.Dwar din il-materja, għad iridu jsiru diskussjoniiet mal-Unjoni Ewropea. Huwa fatt magħruf li, indipenentament mill-applikazzjoni għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, pajjiżna jemmen bi sħiħ fil-pluraliżmu fid-diversi oqsma ta' l-ekonomija. Il-gvern preżenti huwa mpenjat biex il-kunċett tal-pluraliżmu jinfirex u jħalli impatt pożittiv kif ġara fil-qasam tax-xandir.
Leg 9 PQ #5786 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Funtana ta' Putirjal — Bins

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu numru ta' bins madwar il-funtana ta' Putirjal magħrufa bħala tat-Tritoni biex jintefa' fihom l-iskart u xi flixken vojta flok ma jispiċċaw fil-funtana u jikkaġunaw ħafna ħsarat? Jista' n-naħa ta' fuq ta' l-istess funtana jsir xi forma ta' lqugħ biex ukoll iservi ta' prevenzjoni milli jintefa' xi skart u materjal ieħor?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant qiegħed jiġi nnotat.

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li dawk l-extras li ġew imsejħa biex jieħdu sehem fil-ġbid tal-film "gladiators" u li qed jirreġistraw għax-xogħol, jistgħux jinqatgħu mir-reġistru tax-xogħol minkejja li dan ikun xogħol ta'ftit ġimgħat/ġranet biss? Jaħseb il-Ministru li huwa ġust li f'tali każijiet jintilef il-perijodu ta' kemm kien ilu jirreġistra tali individwu? Għalkemm forsi huwa aċċettabbli li jieqaf il-ħlas tal-benefiċċju għal tali perijodu lill-persuna involuta, jista' jitqies illi l-perijodu preċedenti ta' reġistrar ikun biss sospiż u mhux mitluf għal kollox?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kull min għal xi raġuni jew oħra jieqaf jirreġistra, jinqata minn fuq ir-Reġistru. Meta dan ikun lest li jerġa jibda jirreġistra, skond ir-raġuni li għaliha jkun qatgħa mir-reġistrar jistaż jingħata lura il-priorita'. Fil-każ ta' dawk l-"extras" imsejha biex jieħdu sehem fil-ġbid tal-film 'Gladiators' u li qed jirreġistraw għax-xogħol, l-istess proċedura trid tintuża. Dan ifisser li meta xi ħadd minnhom jibda jieħu sehem fil-'filming', dan irid jieqaf jirreġistra. Malli jispiċċa mil-'filming u jrid jibda jirreġistra, kemm jitla Hal Far u jkun jista' jerġa' jibda. Persuna ma titlifx il-prijorita'jekk il-perjodu tax-xogħol ikun anqas minn tlettax il-ġimgħa. 27.4.99

ETC — Korsijiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5458 dwar korsijiet biex jgħinu lin-negozjanti ż-żgħar fit-tmexxija tan-negozji tagħhom, jwieġeb il-partijiet tal-mistoqsija li ma weġibx partikolarment b'riferenza għas-6 korsijiet li elenka fit-tweġiba tiegħu ċioe': 1) kemm qed jattendu għal kull kors; u 2) meta ġie ntrodott kull kors imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-sitt korsijiet differenti li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ torganiżża fil-qasam tat-tmexxija ta' negozji żgħar u li għalihom saret referenza fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru. 5458 ġew introdotti f'daqqa fl-1996. Bħalissa m'hemm l-ebda wieħed minn dawn il-korsijiet għaddejjin. 27.4.99
Leg 9 PQ #5810 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Social worker

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex waħda mis-social workers partikolari, li hemm taħdem fl-Isptar Monte Carmeli ta' kuljum imur driver għaliha b'karozza tal-gvern biex iwassalha fuq il-post tax-xogħol? Jista' l-Ministru jirrimedja biex lis-social workers l-oħra jiġu pprovduti bl-istess servizz ta' trasport b'xejn minn u lejn id-dar biex ikun hemm ugwaljanza għal kulħadd?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li bħala regola ġenerali, ħadd mis-Social Workers impjegati mal-Gvern mhu intitolat li jitwassal lejn il-post tax-xogħol u lura lejn daru b'karozza tal-Gvern ħlief jekk ikun hemm raġuni valida u ġustifikata li timmerita din it-tip ta' konċessjoni. Fil każ imsemmi mill-Onor. Interpellant din il-ġustifikazzjoni teżisti. Din il-konċessjoni ilha fis-seħħ mill-1995 u baqgħet tiġi estiża anke tul l-Amministrazzjoni preċedenti.
Leg 9 PQ #5819 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Salarji ta-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw is-salarji tal-ħaddiema ta' Kalaxlokk kull xahar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-salarji tal-ħaddiema ta' Kalaxlokk jammontaw għal Lm200,000 kull xahar.
Leg 9 PQ #5882 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se toħroġ is-sejħa għall-gwardjani tal-ħabs (CCF)? Kemm se jkun in-numru ta' gwardjani li se jiġu mpjegati u x'kondizzjonijiet se jkollhom?

Response (BORG, TONIO)

Is-sejħa għal gwardjani fil-ħabs għadha qed tiġi pproċessata. In-numru ta' vakanzi biex jimtlew hu ta' 24. Għadni mhinix f'pożizzjoni li ngħid x'ser ikunu l-kundizzjonijiet li ser ikunu rikjesti billi s-sejħa għall-applikazzjonijiet għad mhix iffinalizzata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. 27.04.99
Leg 9 PQ #5883 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ġrieden

Question

Peress li ħafna ċittadini Maltin u Għawdxin qed jilmentaw li qed jiżdiedu l-ġrieden f'diversi inħawi tal-gżejjer tagħna, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-programm tar-Rodent Section għal perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Xi programm se jkompli jitwettaq? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema f'din is-sezzjoni sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sezzjoni tal-Pest Control fi ħdan dan id-dipartiment qiegħda kontinwament tagħmel xogħol regolari fuq strateġija li tilħaq il-pajjiz kollu. Dan ix-xogħol jinkludi tqegħid ta' valenu fis-sistema ta' drenaġġ pubbliku, fil-ħitan tas-sejjieħ, postijiet fil-beraħ, f'postijiet fejn illegalment jintefa' zibel kif ukoll fil-miżbliet. Minn Awissu 1998 s'issa t-tqegħid ta' valenu fis-sistema tad-drenagg ġie intensifikat b'tali mod li s-sistema kollha ta' Malta ġiet ittratta. Filwaqt li din is-sezzjoni se tkompli bl-istess strateġija ta' kontroll, fi ftit żmien ser jiġi introdott tip ta' valenu ġdid li hu aktar effikaċi minn dak li qed jintuza bħalissa (warfarin). Rigward it-tielet parti tad-domanda qed nissottometti lista tan-numru ta' nies li ħadmu fis-sezzjoni tal-Pest Control f'Malta u Għawdex: Malta Ghawdex 1989 26 8 1990 27 8 1991 27 8 1992 40 10 1993 37 10 1994 39 9 1995 36 7 1996 39 7 1997 40 7 1998 44 8 1999 (April) 43 8

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni nisa u rġiel li qed jirreġistraw għax-xogħol u għandhom aktar minn 45 sena? X'inhija l-policy tal-gvern sabiex dawn il-persuni jsibu x-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fl-aħħar ta' Jannar 1999 in-numru ta' persuni, nisa u rġiel il-fuq minn 45 sena li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol hu ta' 1,814. Bħal kull persuna oħra, dawk ir-reġistranti li għandhom il-fuq minn 45 sena, jiġu sottomessi għall-intervisti meta jkun hemm vakanzi ta' xogħol li huma jkunu qed jireġistraw għalih. Aktar minn hekk iżda, dawn il-persuni jkunu jistgħu jibbenefikaw minn skema ta' xogħol u taħriġ 'l-Employment Training Placement Scheme'. Din l-iskema taħseb biex fejn jinstabilhom xogħol u jkun meħtieġ xi taħriġ, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tkun tista toħroġ sussidju fuq il-paga għal matul dak it-taħriġ. 27.4.99
Leg 9 PQ #5885 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pilloli

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pilloli li kienu out of stock matul ix-xahar ta' Diċembru, 1998, ix-xahar ta' Jannar, 1999 u x-xahar ta' Frar, 1999 fl-isptarijiet ta' l-Istat ta' Malta u Għawdex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li s-Servizzi Farmaċewtici tal-Gvern joħorġu 'Out of stock list' darba fil-ġimgħa. Għaldaqstant l-informazzjoni li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ttieħdet mill-listi li ħerġin fit-tieni ġimgħa ta' kull xahar li għalih l-Onorevoli staqsa fuqhom. Dawn il-listi jinkludu: 1. mediċini li qegħdin jiġu diskussi mis-'Drugs and Therapeutics Committee (DTC)' biex jiġu maqtugħa minn fuq il-formularju. 2. mediċini li s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern għandu problema biex jixtihom minħabba li ħadd ma qiegħed jikkwota għalihom. 3. mediċini li għalkemm ma jinstabux fl-imħażen tas-Servizzi Farmaċewtici tal-Gvern ikun fadal stokk minnhom fl-ispiżeriji tal-Gvern.
Leg 9 PQ #5886 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Impjegati

Question

B'riferenza għas-sitwazzjoni tal-ħaddiema ta' Kalaxlokk, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bl-iżviluppi?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-taħdidiet bejn il-partijiet kollha konċernati għadhom għaddejjin u għalhekk ma naħsibx li jkun għaqli li jingħataw dettalji dwar il-materja f'dan l-istadju.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Hospitality vote

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa globali mill-hospitality vote mis-safar tal-ministeru u tas-segretarjat parlamentari nkluż tad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa Frar, 1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 5762 li titratta l-istess suġġett. 27.4.99

Dipartiment tat-Toroq — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-karozzi GAL 249, LAG 242, HAA 958, u CAE 764 humiex mikrija mid-Dipartiment tat-Toroq? Minn liema kumpannija huma mikrija dawn il-vetturi? Meta nħarġet it-tender għall-kiri ta' dawn il-vetturi? Minn min jintużaw dawn il-karozzi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-vetturi msemmija mill-Onor. Interpellant huma ta` dawn l-uffiċjali: Darmanin Lawrence Senior Technical Officer HAA - 958 Brincat Anthony Technical Officer GAL - 249 Zammit Emanuel Ass. Technical Officer LAG - 242 Portelli Joseph Ass. Technical Officer CAE - 764 Dawn kienu jintużaw biex l-uffiċjali jkunu jistgħu jaqdu d-dmirijiiet tagħhom fuq ix-xogħolijiet tad-Dipartiment sakemm ġew mibdula ma` karozzi oħra pprovduti mid-Dipartiment.
Leg 9 PQ #6046 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Maltin miżżewġin barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni Maltin miżżewġin barranin f'Malta? Jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-nazzjonalita' tal-barranin?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika. 27.04.99
Leg 9 PQ #6053 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Item 4185

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus taħt l-Item 4185 sa l-aħħar ta' Frar u fiex intnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa l-aħħar ta' Frar intnefqu Lm10,892 mill-Item 4185 - Programmes and Initiatives tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport. Din in-nefqa kienet tinkludi għotjiet lil Assoċjazzjonijiet taż-Żgħażagħ u spejjeż oħra biex jiġu organizzati attivitajiet taż-żgħażagħ bħal ħarġiet kulturali u Youth Exchanges.
Leg 9 PQ #6054 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Vot kapital Nru. 13

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus sa l-aħħar ta' Frar mill-Vot kapitali numru 13 u fiex intnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sal-perjodu li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ma saret ebda nefqa mill-Vot Kapitali Numru 13.
Leg 9 PQ #6055 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Item 4349

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-Item 4349 sa l-aħħar ta' Frar u fiex intnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Sa l-aħħar ta' Frar 1999 għadhom ma ntefqux flus mill-Item 4349 - E.U. Programmes.
Leg 9 PQ #6056 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Item 60

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus taħt Item 60 sa l-aħħar ta' Frar u fiex intnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Inforamt li sa l-aħħar ta' Frar 1999 intnefqu Lm2116 mill-Item 60 tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport. Dawn l-ispejjeż saru minħabba t-trasferiment tad-Dipartiment mill-Belt għall-Furjana u kienu jinkludu bini ta' partitions ġodda, xiri ta' għamara u alterazzjoni fis-sistema tad-dawl. Mill-Item 60 tas-Segretarjat Parlamentari għadu ma ntnefaq xejn.
Leg 9 PQ #6057 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Item 4178

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-Item 4178 sa l-aħħar ta' Frar u fiex intnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa l-aħħar ta' Frar 1999 in-nefqa mill-Item 4178 tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport kienet tammonta għal Lm62,186. Din kienet tinkludi għotja lill-Kumitat Olimpiku Malti u diversi għotjiet oħra lil Għaqdiet Sprotivi bħala għajnuna għal organizazzjoni ta' attivitajiet u parteċipazzjoni f'attivitajiet sportivi kif ukoll għal kostruzzjoni jew titjib ta' faċilitajiet eżistenti.
Leg 9 PQ #6058 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Item 4186

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus taħt Item 4186 għax-xhur ta' Jannar u Frar separatament u fiex intnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-somma vvutata taħt l-item 4186 tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport, li din is-sena tammonta għal Lm6,000, tirrappreżenta l-għajnuna li l-Gvern jagħti kull sena lill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u hija amministrata mill-istess Kunsill. Din is-somma ġiet mgħoddija kollha lill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.