Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6288 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Telemalta — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-onorarja li tħallset lil kull direttur tal-Korporazzjoni Telemalta fl-1997 u kemm hi l-onorarja li qed jitħallsu l-istess diretturi bħala diretturi tal-Maltacom din is-sena? Jekk kien hemm żieda, jista' jingħad meta din saret u min awtorizzaha?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-onorarja li jitħallsu d-diretturi tal-Maltacom ma nbidlitx minn dik li tħallset lil kull direttur tal-Kumpanija Telemalta. Din hija hekk: Chairman Lm5000; Deputat Chairman Lm1500; u Direttur Lm1,000
Leg 9 PQ #6289 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — Mid-Med Bank

Question

Peress illi l-gvern waqqaf kumitat ad hoc biex jagħti pariri lill-gvern dwar il-proċess ta' privatisation, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-rakkomandazzjonijiet ta' dan il-kumitat dwar il-bejgħ tal-Mid-Med plc lill-HSBC?

Response (DALLI, JOHN)

Dan il-kumitat twaqqaf wara li kienu bdew in-negozjati mal-HSBC u għalhekk ma sata` kellu l-ebda rakkomandazzjoni.
Leg 9 PQ #6290 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Manpower plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju li kien qed isir dwar il-manpower plan li kienet tlestiet għad-Dipartiment tas-Saħħa fil-bidu tas-sajf li għadda? Jekk saru xi emendi, x'kienu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Diviżjoni tas-Saħħa, baqa` jadotta l-istess Manpower Plan li kienet tlestiet fil-bidu tas-Sajf li għadda biż-żieda ta` xi postijiet meħtieġa li jirriflettu l-politika tal-Gvern presenti.
Leg 9 PQ #6291 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-infiq tas-segretarjat tiegħu mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-lum? F'kull każ, jista' kull kont ikun itemised, inkluż minn fejn sar ix-xiri? Liema kienu direct orders? Fil-każi l-oħra ntalbu kwotazzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #6292 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Out-patients

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-pazjenti li jattendu s-Surgical out-patients u l-medical out-patients se jkollhom il-ħin eżatt ta' l-appuntament tagħhom skond dak li kien tlesta madwar sena ilu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-idea li pazjent jattendi fis-Surgical u l-Medical Out Patients fil-ħin eżatt tal-appuntament jiddependi fuq is-sistema tal-kompjuterazzjoni li qiegħda bħalissa miexja b'ritmu mgħaġġel fid-Dipartiment tal-Out Patients. Fil-fatt is-sistema giet introdotta għal każi ta' "follow up" f'dawn id-dipartimenti- Neurology Dr. J. Galea Debono Endocrine Dr. J. Azzopardi Diabetes Dr. A. Schranz u Dr. J. Azzopardi Radiotherapy Unit Dr. S. Brincat u Dr. V. Muscat Asthma Clinic Dr. S. Montefort u Dr. R. Ellul Micallef Pulmunary Function Lab Dr. Cacciattolo Paediatric Surgery Mr. Swain Orthoptics & Prosthesis Rheumatology Dr. C. Mallia Urology Mr. K. German ENT Dr. A. Griscti Soler u Mr. J. Pace Balzan Hu ppjanat li dalwaqt is-sistemi se jiġu estiżi għal new cases u ta' follow ups f'dipartimenti oħra.
Leg 9 PQ #6294 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdid

Question

Fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq x'se tkun il-bed space area?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-'Bed Spacing Area' tvarja minn dipartiment għall-ieħor u ma nistgħux ngħatu figura waħda għall-Isptar kollu.
Leg 9 PQ #6295 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' ċaqlieq uffiċjali u mhux uffiċjali li sar fid-Dipartiment tas-Saħħa jew mid-Dipartiment tas-Saħħa għal dipartimenti oħra jew minn dipartimenti oħra għad-Dipartiment tas-Saħħa mit-28 ta' Ottubru, 1998 sal-lum? F'kull każ, liema kienu l-każi li kien l-impjegat stess li talab it-transfer għall-post fejn intbagħat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mit-28 t'Ottubru 1998 sas-26 t'April 1999 kien hemm 266 trasferimenti fid-Divizjoni tas-Saħħa jew mid-Divizjoni tas-Saħħa għal Dipartimenti oħra jew minn Dipartimenti oħra għad-Divizjoni tas-Saħħa. Dawn jinkludu 21 mpjegat tad-Divizjoni tas-Saħħa li marru jaħdmu f'xi Segretarjat ta' Ministru (inkluz dak tas-Saħħa) jew ta' Segretarji Parlamentari. Mill-266 trasferiment kien hemm 164 impjegati li talbu li jiġu trasferiti huma stess.
Leg 9 PQ #6318 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta/Furjana — Parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux isiru studji dwar possibiltajiet ta' parking spaces taħt l-art fil-Belt u fil-Furjana fejn diġa' jeżistu strutturi taħt l-art?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li waqt li hu veru li jeżistu ħafna spazji taħt l-art fil-Belt u fil-Floriana dawn qatt ma huma kbar biżżejjed biex jintużaw bħala parking. L-uniku tunnel kbir huwa dak li kien tal-ferrovija li xorta waħda iżda mhux addattat li jintuża bħala parking.
Leg 9 PQ #6319 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Furjana — Parkeġġ taħt l-art

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ġiet irtirata l-applikazzjoni quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-iżvilupp ta' underground car park fl-Arena ta' l-Indipendenza fil-Furjana?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet diġa' tat parir kontra l-proposta qabel ġiet sottomessa l-applikazzjoni. Xorta waħda l-applikazzjoni kienet sottomessa u l-applikazzjoni ġiet irtirata skond il-pariri li kienet qed tagħti l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Xorta waħda bi ħsiebni nagħmel laqgħa mal-Kunsill Lokali tal-Floriana biex niddiskuti mal-Kunsill dan is-suġġett u nara x'soluzzjonijiet jista' jkun hemm.
Leg 9 PQ #6320 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Appuntamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-perjodu ta' żmien li jrid jistenna pazjent sabiex jiġi mogħti appuntament ma' fiżjoterapista (i) għall-ewwel darba; (ii) għal follow-up? Kemm hemm fiżjoterapisti jaħdmu mad-Dipartiment? Kemm-il out-patient ibbenefika minn dan is-servizz xahar b'xahar din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kull pazjent li jiġi rreferut għall-fiżjoterapija, huwa klassifikat f'ordni ta` prijorita`, skond il-bżonnijiet tiegħu jew tagħha. Appuntament ta` pazjent ta` prijorita` jingħata fi zmien li jvarja bejn ġurnata u 10 (għaxart) ijiem. Appuntamenti ta` pazjenti li ma jkunux ta` prijorita`, ivarjaw bejn 3 u 6 ġimgħat. Dan jiddependi fuq in-numru ta` referals u n-numru ta` fiżjoterapisti li jaħdmu fis-servizz. Iż-żmien bejn l-ewwel appuntament mall-fiżjoterapista u appuntamenti oħrajn ivarja skond il-bżonnijiet tal-pazjenti individwali. Mas-servizz kollu, hemm 78 fiżjoterapista impjegati (21 huma casual). Minn dawn it-78, 59 biss qegħdin jaħdmu bħalissa. L-oħrajn qegħdin bil-maternity jew parental leave. L-'out patient' referals li kien hemm f'dawn l-aħħar tlett xhur kienu: Jannar : 532 Frar : 484 Marzu : 561
Leg 9 PQ #6321 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Extractors

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm milli jsiru extractors fl-area tal-pool fl-isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Extractor fans waslu fid-29 ta` April 1999. L-ordni saret fit-18 ta` Jannar 1999. Ser jitwaħħlu mill-iktar fis possibbli.
Leg 9 PQ #6322 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Uffiċċju Konġunt — Xiri ta' djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għal xiri ta' djar mill-Uffiċċju Konġunt saru f'dawn l-aħħar snin? Kemm minnhom intlaqgħu u b'hekk inbiegħet il-proprjeta'? Kemm minnhom ma ntlaqgħux, fejn kienet il-lokalita' ta' dawn id-djar u x'kienet ir-raġuni f'kull każ? Kemm għadhom ma ġewx deċiżi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 03.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #6323 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Bieb il-Belt — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux isiru x-xogħlijiet meħtieġa sabiex ma jibqax iċarċar drenaġġ fid-Ditch fejn Bieb il-Belt?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li saru kemm-il darba tentattivi biex din il-problema tiġi riżolta. Waqt li se nerġa' nara x'jista' jsir ċertament li l-problema trid tiġi riżolta meta jsir il-Bus Terminus il-ġdid.
Leg 9 PQ #6325 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed iħallas flus fis-sena l-ministeru biex jinkera l-VAT Department ġewwa Ta' Paris, B'kara? Jekk il-bini nxtara, kemm kien il-prezz? Jekk saret sejħa pubblika għall-kiri jew xiri, jista' l-Ministru jgħid kif intgħażlet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta` kera li qed iħallas il-Gvern għall-propjeta` fejn hemm id-Dipartiment tal-VAT f`Ta` Paris, B`Kara, huwa Lm116,401 fis-sena. Din il-propjeta` ma nxtratx mill-Gvern. Il-kuntratt tal-kera kien sar fl-1994 wara sejħa għall-offerti mit-Teżor u war li l-offerti mitfugħa ġew eżaminati mid-Dipartiment tal-VAT u mill-Contracts Committee tad-Dipartiment tal-Kuntratti skond il-proċeduri stabbiliti.
Leg 9 PQ #6326 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Tigne' — Faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-faċilitajiet sportivi ta' Tigne' u minn dawk l-organizzazzjonijiet li għandhom post ġewwa Tigne'?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed isiru taħditiet dwar arranġamenti alternattivi.

Ta' Xbiex/Gżira — Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra mappa li turi kif 'l quddiem huwa maħsub li se jgħaddi t-traffiku min ġo Ta'Xbiex u l-Gżira wara li t-triq bejn ix-xatt tal-gżira u r-Regional Road titlesta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta li diġa ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari Nru 4168.

Gżira/Msida/Ta' Xbiex — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq ġewwa l-Ġżira, Msida u Ta' Xbiex li jridu jinqalgħu biex isir ix-xogħol neċessarju ħalli jitwassal is-servizz infrastrutturali neċessarju ġewwa Manoel Island?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li x-xogħol indikat mill-Onor Interpellant ser isir f`dawn it-toroq:- GŻIRA Sliema Road Triq San Ġorġ Triq D`Argens Triq Manoel Parti minn Triq ix-Xatt

Maltacom — Numri tat-telefon

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex policy tal-Maltacom illi ġġiegħel lil dawk is-subscribers li jkollhom in-numru tat-telefon tagħhom imħażżeż ma' xi telephone box, iħallsu għad-danni u l-ħsara li tkun saret minn ħaddieħor? Dan qed nistaqsih għax bħalissa diversi persuni li jkollhom in-numru tat-telephone boxes qed isirulhom telefonati mill-Maltacom fejn qed jgħidulhom li se jkollhom iħallsu l-ispejjeż huma biex it-telephone boxes in kwestjoni jiġu mbajda mill-ġdid u dan minkejja li huma ma' jkollhom x'jaqsmu xejn u l-kitba tkun saret minn xi ħadd li jkun qiegħed iċemplilhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Djar — File Nru.H010616

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-file H010616 peress li d-dar ta' l-applikant hija kkundannata u dalwaqt se jaqgħu partijiet minnha, bħalma diġa' ġara u l-applikanta qed torqod taħt it-taraġ bil-biża'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi ikkunsidrata flimkien ma' l-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. 3.5.99