Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6067 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina nazzjonali — Uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi sejħa sabiex jinkrew xi uffiċini fil-kumpless tal-pixxina nazzjonali? Jekk iva, meta saret din is-sejħa, kif ġie magħżul/a, jekk hemmx xi ħlas dovut u għal kemm żmien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali hemm diversi kmamar li ingħataw bħala uffiċini. Dan wara sejħa li dehret fil-ġurnali lokali kollha f'Marzu u April 1998. Ma kienx hemm lok li ssir għażla biex jiġi deċiż kif se jiġu allokati dawn il-kmamar peress li kull min wera interess seta' jinqeda. Dawn il-kmamar qegħdin jintużaw għal skop ta' sports, sports medicine u physiotherapy. Il-ħlas jiddependi kemm mid-daqs ta' l-istess kmamar kif ukoll minn natura ta' servizz provdut u jvarja bejn Lm200 u Lm600 fis-sena.
Leg 9 PQ #6071 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport — Youth Exchanges

Question

Jista' l-Ministru jgħid ma' liema pajjiżi saru jew se jsiru skambji ta' żgħażagħ din is-sena fil-kwadru tal-programm tal-Youth Exchanges tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskambji ta' żgħażagħ fil-kwadru tal-programm tal-Youth Exchanges tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport jinkludi dawn il-pajjiżi: Ġermanja Italja Ingilterra Ċipru Polonja Tuneżija Ungerija Slovakia
Leg 9 PQ #6072 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnna l-Enemalta tagħti lil clubs sportivi li għandhom faċilitajiet sportivi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni Enemalta aktar tikkonċentra fuq l-għaqdiet nazzjonali sportivi. Madankollu l-Korporazzjoni tgħin ukoll lil clubs sportivi permezz ta' għoti ta' apparat, bħal arbli u rifletturi, mingħajr ħlas.
Leg 9 PQ #6073 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Sports — Faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix inventarju tal-faċilitajiet sportivi li nsibu f'Malta u Għawdex? Jekk iva, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-inventarju mitlub qed jiġi preżentement aġġornat. Meta jitlesta dan il-proċess inkun nista' nqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra. 03.05.99 (a.m.)

Bormla — Proġett tad-djar tax-xjuħ

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar l-ammont ta' overtime approvat sal-lum mid-direttur tad-dipartiment ta' l-anzjani fuq il-proġett tad-djar tax-xjuħ f'Bormla? Min qiegħed jibbenefika minn dan l-overtime?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fuq il-proġett tad-djar tal-Anzjani f'Bormla ġiet approvata s-somma ta' Lm4,849 għall-perjodu minn Ġunju 1996 sa Marzu 1999. Il-persuni li ħadmu din is-sahra kienu dawn: 1 Architect & Civil Engineer 1 Technical Officer 1 Works Technical Officer 1 Principal Technical Officer 1 General Hand 1 Health Attendant 1 A.W.T.S. 3.5.99
Leg 9 PQ #6177 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island/Tigne' Point — Żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-consortium MIDI li ngħata letter of intent għall-iżvilupp ta' Manoel Island u Tigne' Point issottomettiex outline scheme plants skond klawsola nru. 1? L-outline scheme plans ġew approvati mill-gvern? Jekk fl-affermattiv, saret applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar kif stipulat fi klawsola 5? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' l-outline scheme plans maqbula fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nixteq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-negozjati fuq l-arranġamenti spjegati fil-letter of intent li bagħat il-Gvern lill-Consortium għadhom għaddejjin. Għalhekk l-informazzjoni mitluba tkun tista' tingħata meta dawn in-negozjati jiġu fi tmiemhom.
Leg 9 PQ #6178 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island/Tigne' Point — Żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokumentazzjoni li turi l-approvazzjoni tal-gvern għal bdil li sar fil-membri tal-consortium MIDI li ngħataw letter of intent għall-iżvilupp ta' Manoel Island u Tigne' Point?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6177 (Seduta 86).
Leg 9 PQ #6179 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Consortium MIDI — Letter of intent

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 5896, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' Attachments A, B u C li hemm riferenza għalihom fil-letter of intent li ġiet iffirmata mal-consortium MIDI?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6177 (Seduta 86).

Djar — Appartamenti b'kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ħafna persuni li għandhom appartament bil-kera tal-gvern f'dawn l-aħħar ġranet irċevew ittra li nfurmathom li l-kera kienet se tiżdied f'xi każi anke b'erbgħa darbiet aktar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li x-xogħol dwar ir-reviżjoni tal-kera kien tlesta qabel l-elezzjoni ġenerali tal-5 ta' Settembru, 1998, iżda l-inkwilini ma ġewx infurmati bir-reviżjoni. Wara l-elezzjoni ġenerali ħarġu ittri mid-dipartiment biex kulħadd ikun infurmat bir-reviżjoni li saret. 3.5.99
Leg 9 PQ #6226 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ġnus Magħquda — UNCITRAL

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-relazzjoni li għandu l-Foreign Office ma' l-aġenzija tal-Ġnus Magħquda, partikolarment ma' l-UNCITRAL?

Response (BORG, JOE)

Bħala membru tan-Nazzjonijiet Uniti Malta hija awtomatikament membru ta` l-Aġenzija tagħha l-UNCITRAL. L-UNCITRAL taħdem favur l-armoniżazzjoni tal-liġi tal-Kummerċ tal-pajjiżi kollha membri tagħha. Għal dan il-għan Malta regolarment tiġi mistiedna tipparteċipa f`konferenzi dwar diversi aspetti tal-Kummerċ internazzjonali, fosthom l-'electronic commerce', li Malta qed issegwi b`interess. L-UNCITRAL kienet ukoll ta` għajnuna għal Malta fl-aħħar snin fil-preparazzjonijiet għat-twaqqif tal-'Malta International Arbitration Centre' li għandu jinfetaħ aktar tard din is-sena.

Rabat — Xiri ta' proprjeta'

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba għal xiri ta' proprjeta' tal-gvern fir-Rabat (AD290)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-riferenza imsemmija AD 290 hija l-'code' tal-formola. L-Onor. Interpellant hu mitlub li jagħti r-riferenza tal-'file' jew l-isem u l-indirizz tal-persuna konċernata jew Numru tal-Karta ta' l-Identita' ħalli l-Awtorita' tad-Djar tkun tista tagħti l-informazzjoni mitluba. 3.5.99
Leg 9 PQ #6267 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Marsaxlokk — Triq ix-Xatt tas-Sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' service connection mal-main ta' l-ilma fi Triq ix-Xatt tas-Sajjieda, Marsaxlokk konness max-xogħol ta' embelishment, sarx mill-kuntrattur jew mill-ħaddiema tal-gvern? Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ix-xogħol li sar kienx ta' kwalita' tajba jew kellux jerġa' jinqala'?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' service connection mal-main ta' l-ilma fi Triq ix-Xatt tas-Sajjieda sar mill-ħaddiema tal-plumbing section fid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet taħt is-superviżjoni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Irriżulta li parti minn dan ix-xogħol ma kienx sodisfaċenti u kellu jerġa' jsir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Leg 9 PQ #6275 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm nefaq flus fuq mediċini relatati ma' l-asthma id-Dipartiment tas-Saħħa fl-1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-valur ta' mediċini relatati ma l-asthma li d-Dipartiment tas-Saħħa xtara matul 1998 kien ta' Lm299,051.00
Leg 9 PQ #6276 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assistent Kap ta' skola

Question

B'riferenza għall-applikazzjoni ta' post ta' assistent kap ta' skola (skejjel primarji) permezz tas-sejħa għall-applikazzjoni nru. DFA 16/98, jista' l-Ministru jgħid: 1) x'kienu l-kriterji oriġinali approvati mill-kummissjoni għas-servizz pubbliku għal dawn l-interviews? 2) x'kienu l-kriterji adottati unilateralment mill-bord ta' l-għażla? 3) kienx hemm raġunijiet oħra barra mill-bdil, fil-kriterji l-għala l-eżerċizzju tas-selezzjoni ġie annulat?

Response (GALEA, LOUIS)

Billi din il-materja taqa' taħt ir-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Sistema tal-Welfare

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jkunu t-terms of reference tal-kummissjoni li se titwaqqaf rigward il-pjanijiet li għandu l-gvern biex jirrivedu s-sistema tal-welfare f'pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-'Terms of Reference' tal-Kummissjoni li ser titwaqqaf rigward il-pjanijiet li għandu l-Gvern biex jirrevedi s-sistema tal-Welfare f'pajjiżna skond kif ġie diskuss fil-laqgħa tal-Kabinett ta' April 1999. 3.5.99

Pensjoni — Pensjoni tas-Servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern rigward il-pensjonijiet tas-servizzi hekk kif kienu ġew riveduti taħt amministrazzjoni preċedenti Laburista?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-affarijiet iridu jsiru bis-serjeta u għalhekk il-Gvern issa approva t-'terms of reference' tal-Kummissjoni Nazzjonali dwar ir-riforma tal-'Welfare' f'pajjiżna sabiex din tkun tista' tindirizza, fost ħwejjeġ oħra, din il-problema. Kif diġa' tħabbar, iċ-'Chairperson' ta' din il-Kummissjoni diġa' ġie identifikat. It-'terms of reference' ta' din il-Kummissjoni ngħataw fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 6277. 3.5.99

Djar — Bdil ta' fond ma' ieħor

Question

Minħabba fl-umdita' li għandha l-persuna, li l-isem u d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tista' tiġi kkonsidrata għall-fond vakanti ta' l-istess daqs fl-istess housing estate, kif indikat minnha stess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-post alternattiv indikat kien ġia ġie allokat fit-23 ta' Marzu 1999. L-applikazzjoni tal-persuna msemmija kienet saret fid-19 ta' April 1999. 3.5.99
Leg 9 PQ #6285 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Port Ħieles — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni ta' kemm ġew impjegati crane operators u security mal-Freeport matul it-22 xahar ta' Amministrazzjoni Laburista u mis-6 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jista', jekk jogħġbu, jagħti wkoll informazzjoni minn liema lokalitajiet dawn l-impjegati ġodda huma ġejjin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #6286 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Universita' — Parkeġġ - karozzi abbandunati

Question

Jista' l-Ministru jara li jitneħħew sitt karozzi abbandunati fil-car park li hu proprjeta' ta' l-Universita' faċċata ta' l-Iskola Medika fi Gwardamangia, peress li dan qiegħed jokkupa spazju prezzjuż f'dan il-car park?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dawn il-vetturi tneħħew. 03.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #6287 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Chairman/Chief Executive Officer

Question

Minbarra l-kuntratti li għandha l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, bħala Chairman u Chief Executive Officer tal-Maltacom, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk din il-persuna tirrappreżentax il-kumpannija bħala Direttur fuq kumpanniji li fiha l-Maltacom għandha investiment? Jekk fl-affermattiv, kemm hi l-onorarja jew director's fee li jirċievi minn kull kumpannija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.