Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35367 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudju dwar spazju għall-iżvilupp ta' l-SME's ippubblikat mill-MEPA?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji ta` l-istudju dwar spazju għall-iżvilupp ta` SME`s (Public Consultation Draft) ippublikat mill-MEPA. Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (www.mepa.org.mt).
Leg 9 PQ #35368 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Rural Strategy

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-topic paper dwar rural strategy li ġiet ippubblikata mill-MEPA?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35088.

Imtarfa Bypass

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hu ippjanat li jitlesta x-xogħol fuq it-tieni fażi ta' l-Imtarfa Bypass? Kemm hu stmat li se jiġi jiswa dan ix-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-tieni fażi ta' l-Imtarfa bypass hija maqsuma f'żewġ partijiet. L-ewwel parti, mir-roundabout ta' l-Imtarfa sa l-Junction ta' l-Istazzjon, ix-xogħol li jikkomprendi skavar, servizzi, bankini u asphalting, huwa stmat li se jiswa madwar Lm240,000. Id-Direttorat għat-Toroq qed jagħmel il-preparamenti biex it-tenders għal dawn ix-xogħlijiet jiġu ppublikati. Għat-tieni parti ta' din it-tirq, mill-junction ta' l-Istazzjon sar roundabout tan-Nigret, id-Direttorat qed iħejji l-istimi tax-xogħlijiet meħtieġa.

Ilma tat-Tisqija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jistax jiġi organizzat li siġar u xtieli li hemm f'postijiet pubbliċi, fosthom proġetti ta' toroq ġodda, jiġu msaqqa bl-ilma b'mod regolari partikolarment fix-xhur sħan tas-sajf?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li siġar u xtieli li hemm f'postijiet pubbliċi jissaqqew regolarment skond il-programm tax-xogħol.

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li jerġa' jittella' ċ-ċint f'Sant Iermu biswit l-akkademja tal-pulizija fil-Belt?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #35387 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ombudsman

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar: a) Kemm-il każ ġie deċiż mill- ombudsman minn meta ġiet imwaqqfa l-istituzzjoni sal-lum? b) Minn dawn il-każijiet deċiżi kemm-il rakkmandazzjoni ġiet milqgħuha u implimentata mill-gvern? c) Min kienu l-persuni li kellhom id-deċiżjoni u r-redress suġġerit mill-ombudsman aċċettat u implimentat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li wara li l-Ufficcju tieghi ghadda kopja tal-Mistoqsija lill-“Ombudsman”, dan wiegeb direttament lill-Onor Interpellant fid-19 ta’ Settembru.
Leg 9 PQ #35388 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Enterprise Board

Question

Jista’ il-Ministru jgħid meta l-Malta Enterprise Board se jibda jopera u minn fejn? X’se jiġri mill-ħaddiema li huma impjegati mal-korporazzjonijiet li se jifformaw il-Malta Enterprise Board? X’numru ta’ ħaddiema u xi gradi ta’ dawn il-ħaddiema hemm bżonn biex il-Malta Enterprise Board tibda topera? Hemm xi ħsieb li jiġu mpjegati nies minn barra l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt il-Malta Enterprise Board? X’se jiġri mill-ftehim kollettiv li għandhom dawn il-korporazzjonijiet (MDC, MIMCOL, METCO, eċċ.) u mill-ħaddiema tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Huwa maħsub li, sa l-aħħar ta' din is-sena, tkun inħolqot il-Malta Enterprise bħala aġenzija pubblika li ser tiġbor fiha il-funzjonijiet fil-preżent koperti mill-MDC, METCO u IPSE. Dan sabiex dawn il-funzjonijiet jiġu indirizzati b'mod aktar integrat u għalhekk ukoll b'mod aktar effettiv. Il-Gvern diġa' ta' l-assikurazzjoni tiegħu li ħadd mill-impjegati preżenti ta' l-MDC, METCO jew IPSE mhu ser jispiċċa mingħajr impjieg. Fil-fatt huwa maħsub li 'l maġġoranza ta' dawn l-impjegati ser jikkostitwixxu l-bażi ta' l-aġenzija l-ġdida (i.e. tal-Malta Enterprise). Huwa ppjanat li, fil-futur qarib ħafna, jingħataw aktar dettalji dwar dan is-suġġett direttament lill-ħaddiema involuti kif ukoll lill-Unions li jirrappreżentawhom.

ETC

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mostoqsija 35290, jista' jgħid kemm saru rapporti xahar b'xahar din is-sena, ta' ħaddiema barranin jaħdmu bla permess? Fejn kienu l-impjiegi marbuta ma' dawn ir-rapporti? X'sar f'kull każ u x'kien ir-riżultat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta oħra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li kull każ jiġi riferut mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ lill-Pulizija.
Leg 9 PQ #35412 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Tug Malta

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35238, jista' jgħid kemm kienu dawk il-ħaddiema li daħlu ġodda fit-Tug Malta f'din is-sena, xahar b'xahar, u x'inhu x-xogħol li daħlu għalih?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għall-mistoqsija nru. 35238.
Leg 9 PQ #35413 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Board

Question

Meta se tingħata l-għajnuna li ntalbet għall-istudenta li isimha qed jintbagħat separatament li din is-sena se tibda l-ħames sena? Meta l-istatementing board se jipproċessa t-talba li saret għal din it-tifla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s'issa l-Istatementing Board ma jirriżultalux li għandu xi talba biex tingħata l-għajnuna lill-istudenta msemmija.
Leg 9 PQ #35414 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja

Question

X’rapporti saru mill-awtoritajiet fil-biedja dwar l-ispejjer ta’ Wied il-Marfa li fix-xhur li għaddew sfaw bla ilma? Jista’ jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li ma saru l-ebda rapporti mid-Dipartiment ta' l-Agrikultura. Sar biss survey minn uffiċjali ta' l-agrikultura fl-inħawi milquta, fejn ittieħdet nota ta' prodotti li kienu jitkabbru u l-kundizzjoni tagħhom.
Leg 9 PQ #35415 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Facilitator

Question

X’għajnuna se tingħata lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament li se jattendi grade 6 fl-iskola St. Elizabeth, Sliema li ilu mis-sena li għaddiet jitlob għajnuna biex jegħleb id-diffikultajiet biex jitgħallem?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-każ ġie referut lill-iStatementing Board.
Leg 9 PQ #35416 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Orkestra Nazzjonali

Question

X’inhuma r-raġunijiet li għalihom d-direzzjoni ta’ l-orkestra nazzjonali għall-kunċert riċenti ta’ l-Enemalta ma kenitx f’idejn Chris Muscat kif kellu jiġri oriġinarjament u kif fil-fatt bdew il-provi?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li minħabba n-natura tax-xogħol ta' Christopher Muscat bħala uffiċċjal eżekuttiv impjegat ma' l-Orkestra ma hux opportun li jieħu sehem f'direzzjoni ta' kunċerti fl-istess waqt li jkun involut fin-negozjati dwarhom.
Leg 9 PQ #35423 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Xiri ta' Kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu offerti minn Jannar ‘il hawn biex jinxtraw kotba għall-użu ta’ l-istudenti fl-iskejjel ta’ l-Istat? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kull offerta? Min tefa’ l-offerta? Kemm kienet? Min ħa kull offerta?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #35424 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il vettura mitluqa nġabret mit-toroq ta’ Malta u Għawdex fl-ewwel tmien xhur tas-sena 2002? Mil-liema inħawi? Xi jsir minn dawn il-vetturi wara li jkunu nġabru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-ewwel tmien xhur ta` din is-sena, it-Taqsima tal-A.L.E. tal-Pulizija u l-Pulizija Distrettwali ġabru 78 vettura, minn dawn il-lokalitajiet: Attard; B`Kara; Balzan; Bormla; Buġibba; Floriana; Għasri; Għarb; Għajnsielem; Lija; Marsa; Marsalforn; Mellieħa; Mġarr (Gozo); Mrieħel; Msida; Mosta; Munxar; Nadur; Naxxar; Paola; Qala; Qawra; Qormi; San Ġiljan; San Ġwann; San Pawl il-Baħar; Santa Venera; Valletta; Victoria; Xewkija; Xagħra; Xgħajra; Żebbuġ (Malta) u Żurrieq. Dawk il-vetturi hekk miġbura, li jibqgħu ma jittieħdux lura mis-sid leġittimu tagħhom fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni ta` avviż ta` tneħħija mill-Kummissarju tal-Pulizija fil-Gazzetta tal-Gvern u fi tliet ġurnali lokali oħra, li bih isejjaħ lil dak is-sid sabiex jieħu lura dik il-vettura, jiġu mibjugħa, jew, fil-każ li dawn ma` jkunux tajbin biex jintużaw fit-triq, jiġu meqruda, kif provdut f`regolament 8(1) ta` Avviż Legali 94 ta` l-1997.
Leg 9 PQ #35425 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’inhu n-numru totali ta’ pulizija fil-korp bħalissa? Kemm min-numru totali huma taħt il-25 sena? Kif inhuma mqassma f’ranks?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numru totali ta` pulizija fil-Korp hu ta` 1,808 u n-numru f`kull grad hu kif ġej:- Kummissarju 1 Deputat Kummissarju 1 Assistent Kummissarju 5 Supretendent 21 Spettur 82 Surġent Maġġur 1 Surġent 315 Kuntistabbli 1,382 Infurmat ukoll illi n-numru ta` membri taħt il-25 sena hu ta` 226 li huma kollha fil-grad ta` kuntistabbli.
Leg 9 PQ #35426 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista’ il-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm membri tal-korp tal-pulizija li huma sospiżi għaliex qed jistennew proċeduri fil-qorti? X’rank għandhom? X’inhu r-reat? Meta ġie sospiż kull wieħed minnhom? Hemm pulizija li qed jistennew biex jidhru l-qorti fuq xi reat iżda m’humiex sospiżi mix-xogħol? Jista’ jagħti l-istess dettalji mitluba aktar ‘il fuq bid-data ta’ meta sar kull allegat reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35427 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Fil-Verdala

Question

Jista’ il-Ministru jgħid meta hu maħsub li tinbena mill-ġdid l-iskola tal-Verdala (Ġużeppi Despott) f’Bormla? Jista’ jgħid jekk inħarġux xi offerti biex dan ix-xogħol isir? Jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti dettalji relevanti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-FTS qed tħejji "master plan" għall-iskola Ġużeppi Despott, Bormla. Ma nħarġu ebda offerti għall-bini mill-ġdid ta' din l-iskola.
Leg 9 PQ #35428 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Vapuri

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm talbiet minn pajjiżi barranin biex vapuri militari jidħlu fil-portijiet Maltin sa l-aħħar ta’ din is-sena? Liema vapuri huma? Ta’ liema tip? Ta’ liema nazzjonalita’ huma? Dawn it-talbiet kollha ġew aċċettati? Dawn il-pajjiżi kollha taw il-garanzija li l-vapuri militari tagħhom li se jżuru Malta huma kollha ħielsa minn armi nukleari?

Response (BORG, JOE)

Qed nelenka, fuq it-tabella kif indikata hawn taħt, l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru fl-ewwel parti tal-Mistoqsija tiegħu. Rigward il-garanzija li staqsa dwarha l-Onorevoli Interpellant, infakkar li kull vapur tal-gwerra li jidħol fil-portijiet Maltin irid jitlob il-permess meħtieġ mingħand il-Ministeru tiegħi qabel ma jidħol. Malli joħroġ dan il-permess, tinġibed l-attenzjoni ta' l-Ambaxxata tal-pajjiż li jkun, illi l-permess qed jingħata suġġett għal numru ta' kundizzjonijiet, fosthom illi l-vapur ma jistax iġorr armi nukleari fl-ibħra Maltin. Lista ta' vapuri navali li s'issa talbu u ingħataw permess biex iżuru Malta bejn it-23 ta' Settembru u l-aħħar ta' din is-sena: 1. Sapri Italy Mine-Sweeper 2. La Motte-Picquet France Frigate 3. Courbet France Frigate 4. HMS Ark Royal UK Aircraft carrier 5. Southampton UK Destroyer 6. RFA Sir Galahad UK Auxiliary 7. U 17, S 196 Germany Submarine 8. Westdiep Belgium Survey Vessel 9. HMS Argyll UK Frigate 10. HMS Roebuck UK Survey Vessel
Leg 9 PQ #35433 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Vetturi

Question

Kemm kien id-dħul tal-gvern f’dazji minn karozzi importati f’Malta f’forma ta’ knocked down? Kemm kien id-dħul tal-gvern f’reġistrazzjoni ta’ dawn it-tip ta’ vetturi wara li dawn jiġu hekk mibnija għal użu fit-triq?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarrf lill-Onorevoli Interpellant li t-Tariffa tad-Dwana ma tispeċifika l-ebda intestatura għall-karozzi importati f'forma 'knocked down' għaliex dawn ikunu kklassifikati bħal dawk lesti u għalhekk wieħed ma jistax jiddistingwi x'inġabar f'dazju jekk kien hemm xi mportazzjonijiet bħal dawn.