Jista' l-Ministru jgħid meta ġie konkluż Article IV Consultation ta' l-Executive Board ta' l-IMF ma' l-awtoritajiet Maltin?
Response (DALLI, JOHN)
L-Article IV Consultation tal-Board Eżekuttiv tal-I.M.F. mal-Awtoritajiet Maltin ġie konkluż nhar il-Ġimgħa 26 ta` Marzu 1999. Hu mistenni li r-rapport finali jasal għand il-Gvern sal-aħħar ta` Ġunju li ġej.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minflok ma ġie supplied minn jobbers Maltin il-vapur Telatela llum 28 ta' April, 1999 ġie fornut minn bowser mill-Italja bil-lubricating oil (AGIP)?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li l-każ imsemmi jirrigwarda xogħol ta' bunkering u dan it-tip ta' xogħol jaqa' taħt ir-responsabbilta' ta' azjenda li ma tifformax parti mid-dekasteru tiegħi, nissuġġerixxu li l-mistoqsija ssir lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li fit-triq tal-Konti, Zebbuġ, Għawdex isir parking kif suppost skond il-liġi u dan peress li r-residenti ta' dawk l-inħawi ma jkunux jistgħu joħorġu l-vetturi tagħhom mill-garages peress illi jsir ipparkjar oppost dawn il-garages?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa sabiex fit-triq li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ma jkunx hemm ksur tar-regolamenti tat-traffiku.
03.05.99 (p.m.)
Tista' l-Ministru tgħid: (i) Kemm-il trip għamel il-helicopter minn meta reġa' beda jopera; (ii) kemm suppost għamel u għalhekk; (iii) kemm naqas li jagħmel?
Tista' l-Ministru tispjega r-raġuni ta' kull trip fix-schedule li ma sarx?
Jista' l-Ministru jara li f'Għawdex il-majjal wara li jinqatel jiġi mqassam b'mod ekwu u li ħadd, la mill-produtturi u lanqas tal-ħwienet, ma jingħataw xi dritt ta' preferenza?
Jista' l-Ministru jinvestiga jekk l-ilment ta' xi wħud f'Għawdex li l-majjal sabiħ jitla' Malta u li jifdal jitqassam f'Għawdex huwiex ġustifikat?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq il-mistoqsija tiegħu sejra ssir investigazzjoni biex dak li qiegħed jiġi allegat huwiex veru jew le, u jekk ikun kemm xi proċeduri mhux aċċettabbli jsiru diskussjonijiet mal-Koperattiva tal-Majjal biex ma jsirx l-ebda abbuż.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha magħluqa s-sala fil-Museum of Fine Arts fejn hemm esebiti xogħlijiet imħollija lill-poplu Malti mill-iskultur Antonio Sciortino? X'passi qegħdin jittieħdu biex b'mod spedit jitneħħa kull ostaklu jew ħsara f'din il-kamra ħalli terġa' tinfetaħ għal pubbliku?
Jikkonsidra li għandhom jittieħdu kull prekawzjonijiet kontra xi ħsara li tista' ssir lil dawn l-opri ta' l-arti? Jikkonsidra l-Ministru li sakemm din il-kamra tiġi rranġata l-esebizzjoni titqiegħed x'imkien ieħor?
Response (GALEA, LOUIS)
Minħabba n-nuqqas ta' żmien, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-postijiet arkeoloġiċi u ta' natura storika li preżentement huma magħluqa għal pubbliku? X'inhi r-raġuni għal kull post partikolari?
X'inizjattivi qiegħed jieħu l-Ministru flimkien mad-Dipartiment tal-Mużewijiet sabiex dawn il-postijiet jerġgħu jinfetħu għal pubbliku?
Response (GALEA, LOUIS)
Minħabba n-nuqqas ta' żmien, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Fid-dawl ta' ċertu rapporti fuq il-mezzi tax-Xandir, jista' l-Ministru jgħid kif, meta u fejn se tiġi riallokata l-iskola tas-Snajja' Abram Gatt ta' Bighi fil-Kalkara? Jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-ftehim li se jintlaħaq jew li diġa' intlaħaq u ma' min sabiex l-iskola Abram Gatt se jkollha tiċċaqlaq?
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux diskussjonijiet mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, mal-Kunsill Skolastiku Abram Gatt jew ma' l-amministrazzjoni ta' l-iskola, fejn, kif u meta se tiġi riallokata l-iskola tas-Snajja' Abram Gatt?
Response (GALEA, LOUIS)
Minn nhar it-Tlieta 4 ta Mejju ser nibda proċess wiesgħa ta' konsultazzjoni u djalogu dwar ir-riformi meħtieġa fil-qasam ta' l-edukazzjoni teknika u teknoloġija. Dawk konċernati fl-iskola tas-snajja' Abram Gatt qed ikunu jieħdu sehem attiv f'dan il-proċess. Tagħrif dettaljat ikun jista' jingħata meta dan il-proċess ikun komplut.
Dwar il-proġett ta' Bighi wkoll ser ikun hemm il-konsultazzjoni kollha meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-għases li bħalissa jinsabu magħluqa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Għases tal-Pulizija li fil-preżent jinżammu magħluqa huma dawk ta' l-Għadira u Għar Lapsi f'Malta u dik tar-Ramla ġewwa Għawdex, billi dawn jinfetħu biss fl-istaġun tas-Sajf. L-għassa ta' Marsascala qed tinżamm magħluqa minħabba l-istat ħażin tagħha, iżda l-lokal qed jiġi patroljat kuljum minn uffiċjal tal-pulizija.
03.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament tingħata s-servizz tal-Home Help minħabba l-urġenza ta' din is-sinjura?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif intqal fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3555 il-Bord tal-Home Help kellu jiltaqa biex jikkunsidra l-każ ta' din l-anzjana. Fil-fatt il-Bord iltaqa u wara li ra r-rapport mediku, kif mimli oriġinarjament mit-tabib kuranti tagħha u anke r-rapport tas-Social Worker, il-Bord iddeċieda li din l-anzjana mhix intitolata għas-servizz, almenu s'issa.
3.5.99
Jista' l-Ministru jgħid l-Aġent Direttur fid-Dipartiment ta' l-Anzjani b'liema awtorita' u skond liema regolamenti jew proċeduri qiegħed inaqqas mis-salarju ta' l-impjegati li jirrapportaw tard għax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-prattika li jitnaqqsu l-flus mis-salarju meta mpjegati jirrapportaw tard għax-xogħol toħroġ mir-Regolamenti ta' l-Estacode, Paragrafu 3.1.2.5 u minn ċirkolarijiet li jinħarġu mill-OPM.
3.5.99
Jista' l-Ministru jgħid x'insteraq eżatt mill-uffiċċju tas-CPS fil-lejl ta' bejn l-10 u l-11 ta' Frar, 1999? Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar din is-serqa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jien infurmat li mill-uffiċċju tas-CPS insterqu dawn l-oġġetti:
2 in No. Printers
Fax Machine
Shredder Machine
Electric Oil Heater
Fridge
Electronic Typewriter
Computer Tower
Electric Heater
Electric Kettle
Travelling Bag
Wall Clock
Coffee Mug
Sample - Boots u Żraben
Stapler & Puncher.
L-istima ta' l-oġġetti misruqa tammonta għal Lm1296. Il-pulizija qed tmexxi l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.
Wara diversi talbiet li saru mill-Kunsill Lokali ta' Pembroke, jista' l-Ministru jieħu l-passi urġenti biex jitwaħħal bus shelter tal-karozzi tal-linja fi Triq Sant'Andrija, f'St. Andrews eżattament kif toħroġ mill-qasam tad-djar San Patrizju?
Jaf jew le l-Ministru li l-familji inkluż tfal, studenti, anzjani u ħaddiema li joqogħdu fil-qasam tad-djar imsemmi hawn fuq qed ikollhom iħabbtu wiċċhom ma' periklu tat-traffiku kif ukoll ma' l-elementi naturali speċjalment fix-xitwa minħabba n-nuqqas ta' dan il-bus shelter?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li wara laqgħa li saret madwar sena u nofs ilu bejn l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku u l-Kunsill Lokali ta` Pembroke, kien deċiż li l-Kunsill jipprovdi pjattaforma fil-post imsemmi biex imbagħad l-Awtorita` tkun tista` tistalla bus shelter fuqha. Din il-pjattaforma baqgħet ma saritx minn naħa tal-kunsill.
Dan l-aħħar reġgħet saret laqgħa oħra bejn l-Awtorita` u s-Segretarju tal-Kunsill, u l-Awtorita` kienet infurmata li l-pjattaforma se ssir fi żmien qasir. La darba jsir dan ix-xogħol ikun jista` jitwaħħal il-bus shelter.
Jista' l-Ministru jgħid kemm laħqet l-ispiża tax-xogħol li sar dan l-aħħar fuq il-funtana li hemm fl-Isptar San Luqa eżattament quddiem il-bieb li minnu jidħlu l-viżitaturi?
Jista' l-Ministru jgħid: (1) min għamel ix-xogħol; (2) min kien responsabbli mix-xogħol; u (3) lil min sar il-ħlas tax-xogħol?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-ispiża tax-xogħol li sar dan l-aħħar fuq il-funtana li hemm fl-isptar San Luqa, eżattament quddiem il-bieb li minnu jidħlu l-viżitaturi laħqet is-somma ta' Lm344.54
Ix-xogħol sar mill-ħaddiema tal-Isptar stess. Is-sezzjoni tal-'plumbing' tal-Isptar kienet responsabbli mix-xogħol.
Il-ħlas sar hekk:
Silvercraft Ltd Funtana Lm250
Bajada General Stores Żebgħa Lm15.05
AFS Ltd Materjal ta' plumbing Lm79.49
Jista' l-Ministru jgħid kemm suppost huwa l-complement tas-securities mal-Health Department, kemm spiċċaw u kemm hemm min qiegħed jagħmilha ta' security bl-uniformi u fil-fatt għadhom m'humiex securities?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dwar in-numru ta' Security Guards fid-Diviżjoni tas-Saħħa qegħdin isiru diskussjonijiet sabiex jiġi stabbilit in-numru meħtieġ skond il-workload.
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jispeċifika perjodu sabiex ikun jista' jinġabar in-numru ta' kemm Security Guards spiċċaw.
Wieħed u erbgħin(41) persuna qed jagħmlu xogħol ta' sigurta' bl-uniformi, iżda fil-fatt għad ma humiex fil-grad ta' Security Guard.