Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6403 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija/Armata — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-vetturi tal-gvern inklużi dawk tal-pulizija u l-AFM humiex inxurjati? Jekk fin-negattiv, meta jinqala' xi aċċident u jirriżulta li t-tort ikun tas-sewwieq bil-vettura tal-gvern, min iħallas il-ħsarat, id-dipartiment ikkonċernat jew id-driver tal-vettura?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vetturi kollha tal-Gvern ma humiex koperti b'polza ta' assigurazzjoni. Ninsab infurmat ukoll li l-proċedura dwar inċidenti fejn ikunu nvoluti vetturi tal-Gvern, hija regolata bl-Estacode. Skond dawn il-proċeduri vetturi tal-Gvern, inklużi dawk tal-Pulizija, mhux inxurjati għax il-Gvern iħallas mill-fondi pubbliċi għal ħsarat fuq karozzi tiegħu u ta' terzi persuni f'każ ta' ħabtiet involuntarji. Fir-rigward ta' vetturi ta' l-Armata, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 03.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6496 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Proġett "Connections"

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-evalwazzjoni tal-proġett "Connections"?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li wara li l-proċess ta' evalwazzjoni għadda mill-ewwel stadju ċioe' ta' 'shortlisting' fejn ġew magħżula tlett konsorzja issa l-Gvern waqqaf kumitat ieħor li għandu jidħol aktar fid-dettal fis-sottomissjonijiet li ġew proposti biex dan l-istess kumitat ikun jista' jindika lill-Gvern liema konsortium huwa l-iżjed idoneu biex il-Gvern ikun jista' jibda diskussjonijiet miegħu.
Leg 9 PQ #6524 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bormla - Erin Serracino Inglott

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif fl-iskola ta' Erin Serracino Inglott, Bormla teachers mhux qed jidħlu fil-klassi jagħmlu l-lezzjoni imma jibqgħu fl-istaff room bħal per eżempju, l-għalliema tal-Maths u l-English li ma marrux għal-lesson fil-Form 2A? Jista' l-Ministru jgħid kif minn ftit xhur 'il hawn m'għadhomx isiru inspections fl-iskola? Dan għalfejn, u meta saru l-aħħar inspections f'din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Skond informazzjoni li għandi l-għalliema fl-iskola Erin Serracino Inglott f'Bormla jattendu regolarment għal-lezzjonijiet. Fil-każ tal-Matematika l-għalliema konċernata qatt ma kienet nieqsa mill-iskola u tat il-lezzjonijiet regolarment. Fil-każ ta' l-ingliż, l-għalliema kienet bil-'Maternity Leave' iżda l-lezzjonijiet ingħataw regolarment minn għalliema oħra. Sadanitant anke l-għalliema l-oħra li qabel kienet tagħti l-lezzjonijiet ta' l-Ingliż ħarġet bis-'sick leave'. Minn naħa ta' l-Operations, l-Education Officer (Adm.) barra kuntatti kontinwi ma' l-Amministrazzjoni ta' l-iskola, tagħmel żjarat regolari. L-aħħar żjara saret fis-16 ta' Marzu 1999.
Leg 9 PQ #6525 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Chiropracters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom liċenzja li jagħmlu xogħol ta' Chiropracters f'Malta? Ta' liema nazzjonalita' huma? Kemm minnhom għandhom permess li joperaw klinika? Jista' jgħid jekk il-klinika li ngħatat lil Chiropracter fil-Pixxina Nazzjonali hijiex bil-permess?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta' "Chiropractor" mhux registrabbli bħala professjoni u d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ma joħroġ l-ebda licenżja għall-klinika biex isir dan ix-xogħol. L-Onor. Interpellant għandu jirreferi l-ewwel żewġ mistoqsijiet lill-Ministru ta' l-Intern.

Impjiegi — Unemployment benefits

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna tispiċċa mix-xogħol wara aktar minn 25 sena servizz iżda jkollha anqas minn 61 sena, hijiex intitolata sabiex tieħu unemployment benefits?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Persuna li tkun reġistrata taħt l-Ewwel Taqsima tar-Reġistru miżmum skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ ikollha dritt għal benefiċċju tad-disimpieg jekk: a. tkun ħallset aktar minn 50-il kontribuzzjoni bħala persuna mpjegata (ta' l-Ewwel Klassi) u b. li tkun ħallset jew kellha akkreditati mhux anqas minn għoxrin kontribuzzjoni ta' l-Ewwel Klassi għall-aħħar sentejn sħaħ ta' kontribuzzjoni tagħha qabel il-bidu tas-sena ta' benefiċċju. 3.5.99

Sigurta' Soċjali — Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, tkun tista' tibda tirċievi l-pensjoni wara li ilha li għalqet il-61 sena aktar minn xahrejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru illi l-pensjoni tal-persuna minnu ndikata issa waslet biex tiġi ffinaliżżata u għandha tirċievi ċ-ċekk fi ftit ġranet oħra. Dan id-dewmien seħħ minħabba illi t-taqsima tal-pensjonijiet kellha tiġbor xi nformazzjoni minn għand l-ex employer tal-persuna msemmija. Dan it-tagħrif issa wasal. Irrid inżid ngħid illi l-istess persuna se tiġi wkoll infurmata bil-miktub dwar ir-rata ta' pensjoni tas-Sigurta' Soċjali li sejra tirċievi. 3.5.99
Leg 9 PQ #6546 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Bars/restaurants

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bars u restaurants f'Malta li għandhom permess li joħorġu mwejjed fuq barra quddiem il-ħwienet tagħhom? F'liema lokal qegħdin? Kemm-il mejda jista' joħroġ kull ħanut? Kemm jitħallas ta' kull mejda?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, skond ir-Regolamenti ta' l-1997 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Pulizija, it-tariffa għat-tqegħid ta' mejda b'mhux iżjed minn erba` siġġijiet fuq art pubblika, hija ta' Lm5 fis-sena. 03.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6548 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza Sta. Margerita

Question

Peress li x-xogħol fuq il-proġett ta' Pjazza Sta. Margerita, Bormla jidher li beda mill-ground ta' l-iskola, jista' l-Ministru jgħid jekk dan huwiex se jkun lest sakemm tibda sena skolastika oħra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol inbeda mill-ground ta' l-iskola minħabba li kien jeħtieġ li jinfetaħ aċċess ġdid għall-parkeġġ tal-karozzi. It-tender tal-ġibjun li se jinbena fil-ground ġiet pubblikata nhar l-Erbgħa 28 ta' April 1999. Dan ix-xogħol mhux mistenni li jitlesta sa Settembru ta' din is-sena, iżda ser isir kull sforz biex l-inkonvenjent lill-iskola ikun mill-anqas possibbli.
Leg 9 PQ #6549 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Port Ħieles — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nies impjegati ġodda mal-Malta Freeport Corporation? Minn liema lokalita' ġejjin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-Onorevoli Interpellant ma ndikax xi perjodu partikolari, qed nillimita t-tweġiba għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999. Fl-imsemmi perjodu ġew impjegati 12-il persuna mal-Korporazzjoni tal-Port Ħieles. Dawn ġejjin wieħed minn kull wieħed minn dawn il-postijiet Ħad-Dingli, il-Gżira, Wied il-Għajn, Paola, tas-Sliema u Ħaż-Żebbuġ u tlieta minn Ħal-Qormi u tlieta oħra minn Valletta.

Toroq — Tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema huma t-toroq li saru bit-tarmak jew se jsiru, kemm mill-kunsilli lokali u kemm mill-gvern għal din is-sena raħal b'raħal fil-Fgura, Bormla, Isla, Birgu, Xgħajra, St. Peter's (il-parti li tagħmel mat-Tieni Distrett) u l-Kalkara?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-programm ta` xogħolijiet f`dawn il-lokalitajiet qiegħed jiġi ppreparat flimkien ma` dak għal lokalitajiet oħra. Dwar il-programm tax-xogħol tal-Kunsilli fil-lokalitajiet msemmija, l-Onor. Interpellant hi mitluba tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #6565 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Impjegati

Question

Jikkonferma l-Ministru li kellu diversi talbiet f'dawn l-aħħar xhur mill-bord li jmexxi l-pixxina nazzjonali kif ukoll mill-ħaddiema part-time biex jiġu mpjegati fuq bażi aktar soda? Jista' jgħid jekk itteħditx xi deċiżjoni dwar dawn il-ħaddiema? Jekk iva, x'kienet din id-deċiżjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kuntratt tal-ħaddiema part-time li hemm fil-Pixxina Nazzjonali għadu qed jiġi mġedded fuq bażi temporanja sakemm tinstab l-aħjar soluzzjoni għall-partijiet kollha konċernati.
Leg 9 PQ #6566 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Gym

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-gvern sabiex jinfetah gym immexxi mill-MOC fil-pixxina nazzjonali? X'inhu t-tagħmir li wasal taħt il-protokoll mal-Gvern Taljan biex jintuża f'dan il-gym? Kemm huwa stmat li jiswa? Meta wasal dan l-apparat u fejn qed jinżamm? Min hu responsabbli li jieħu ħsieb dan l-apparat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proġett tal-fitness testing laboratory illi ser ikun immexxi mill-Kumitat Olimpiku Malti fil-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali jinsab fi stadju avvanzat. F'dawn il-ġranet qed tiġi ppublikata tender biex jiġi rranġat il-bini li se jkun okkupat minn dan il-laboratorju. Qiegħed ukoll isir l-adjudikazzjoni ta' tender għal tagħmir kumplimentari għal tagħmir ieħor li wasal is-sena l-oħra. It-tagħmir li wasal fl-1998 taħt il-protokoll mal-Gvern Taljan huwa ntiż għal fitness testing ta' l-atleti. Dan l-apparat li jiswa madwar Lm40,000 (erbgħin elf lira), wasal fl-aħħar tas-sena l-oħra u qed jinżamm fil-laboratorju temporanju li għandu l-Kumitat Olimpiku Malti f'Tal-Qroqq. L-istess Kumitat huwa wkoll responsabbli li jieħu ħsieb dan l-apparat.

Reġistru pubbliku — Maltin miżżewwġa barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tinġabarx statistika dwar kemm hemm persuni Maltin miżżewġin barranin f'Malta? Jekk fl-affermattiv, x'inhu dan in-numru u jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-nazzjonalita' tal-barranin?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika ma jiġborx statistika ta' dan it-tip. Tinżamm statistika dwar in-numru ta' żwiġijiet li jinvolvu persuni barranin. Din ix-xorta ta' statistika bdiet tinġabar għall-ewwel darba fl-1997. Matul dik is-sena 249 raġel u 179 mara ta' nazzjonalita barranija iżżewwġu f'Malta.

Manoel Island Yacht Yard — Katamaran

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex veru li saru ħsarat kbar lill-Catamaran meta ddaħħal il-Manoel Island Yacht Yard? Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx il-plan meħtieġa mill-kaptan inkarigat biex din il-ħsara tiġi evitata? Veru li dan il-Catamaran tal-Gozo Channel jiswa lill-kumpannija madwar Lm1,000 kuljum biex jinżamm "operational" u jekk hu hekk, veru li dan ifiser telf għall-kumpannija għal aktar minn Lm1.25 miljun fis-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistosija tieghu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #6578 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tat-Turiżmu

Għawdex — Għarb - Triq Mongur - Appartamenti

Question

In vista tal-fatt li fuq il-villaġġ tas-Sbejħa fi Triq Mongur, Għarb, Għawdex, kienu ħarġu żewġ enforcement orders numri 1343/96 u 236/97 mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u in vista tal-fatt ukoll li l-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni diġa' ppronunzjat ruħha fuq din il-materja, jista' l-Ministru jispjega kif qegħdin jinħarġu l-liċenzji relattivi mill-HCEB għal kiri ta' l-istess appartamenti li ma nbnewx bħala maisonettes skond il-permess li kien inħareġ mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-permessi għall-'holiday furnished premises' maħruġa mill-Bord tal-Lukandi u Stabbilimenti li jservu l-Ikel f'tas-Sbejħa, Għarb, Għawdex jappartjenu għal dawk il-postijiet li huma koperti bil-permess tal-bini u li dwarhom kien sar qbil fil-Qorti t'Għawdex bejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-'Gozo Consolidated Building Limited' f'April 1997 kif jirriżulta mir-Rikors Numru 278/97 G3 li kopja tiegħu qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Jidher li hemm ukoll għadd ta' appartamenti li dwarhom saret applikazzjoni għall-bini iżda li ma tistax tinħareġ liċenza għalihom qabel ma tingħata l-approvazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.

Vetturi impressed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi impressed mal-gvern? Kemm hemm vetturi tal-gvern u inġenji? Kemm minnhom ilhom aktar minn 20 sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qeda tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra. 3.5.99
Leg 9 PQ #6584 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kalkara — Bighi Complex Unit 8

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni tad-dewmien biex il-Bighi Complex Unit 8 tiġi trasferita lill-Kunsill Lokali tal-Kalkara?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-każ tal-Kalkara l-applikazzjoni għall-Bighi Complex Unit 8 trid tiġi kkunsidrata fil-kuntest tal-proġett kollu ta` Bighi u għandhom isiru diskussjonijiet bejn il-Kunsill Lokali u l-Ministeru tal-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #6591 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Interim From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji — Każi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid: (1) kemm kienu l-każi li ġew deċiżi mit-Tribnal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji? (2) Kemm minn dawn il-każi ġew deċiżi favur ir-rikorrenti? (3) F'liema data dawn ġew deċiżi mit-Tribunal u f'liema data dawn ġew attwati mill-gvern preżenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li n-numru ta' każi li ġew deċiżi mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji huwa ta' 112, li minnhom 65 ġew deċiżi favur ir-rikorrent. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #6592 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Hawker

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif hawker mingħajr liċenzja ta' jobber kellu l-bowser tiegħu qrib il-vapur St Elmo in konnessjoni ma' provvisti ta' diesel nhar it-28 ta' April filgħodu? Jikkonferma l-Ministru rapporti li dan il-hawker qed iforni diversi lukandi ewlenin Maltin għad-dannu ta' diversi jobbers?

Response (BONNICI, JOSEF)

Rapporti dwar l-inċidenti in kwistjoni ġew investigati mill-Korporazzjoni Enemalta u l-hawker ikkonċernat diġa' ġie mwissi serjament li l-Korporazzjoni ser tieħu l-passi kollha neċessarji sabiex tiżgura li dan ma jiksirx il-kundizzjonijiet tal-liċenzja tiegħu.