Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex hemm differenza tant kbira fir-rata ta' bejgħ ta' karta għar-riċiklaġġ kif muri fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6013?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li r-rata ta' bejgħ ta' karta għar-riċiklaġġ tiddependi mill-ammont u kwalita' li tiġi provduta kif ukoll mid-domanda ta' dak il-perjodu partikolari.
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu x-xogħlijiet li qegħdin isiru fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard? Meta hu ppjanat li se jitlestew dawn ix-xogħlijiet? Dawn ix-xogħlijiet jinkludu bini mill-ġdid tal-ground tal-football? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta li turi x-xogħlijiet kollha proposti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol li qiegħed isir fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard jikkonsisti fil-bini ta' sular addizzjonali fuq il-blokk tal-Kindergarten flimkien ma' xogħlijiet ta' finitura u servizzi fl-istess sular kif ukoll xogħlijiet ta' riabilitazzjoni fis-sular t'isfel ta' l-istess blokk u taż-żewġ blokki eżistenti. Inbena wkoll 'linking corridor' li jgħaqqad it-tlett blokki li fil-preżent qegħdin isiru xogħlijiet ta' servizzi u finatura fuqu kif ukoll għaddej ix-xogħol ta' bini ta' sala li 'l quddiem ikunu jridu jsiru xogħlijiet simili fuqha. Il-konkos ta' l-art u landscape areas sejrin jiġu mtejba bħala parti mill-istess xogħlijiet.
Hu antiċipat li x-xogħlijiet kollha ta' ġebel u saqaf jitlestew sa l-aħħar ta' Lulju 1999 filwaqt li dawk ta' servizzi u finitura li qegħdin isiru f'fażijiet biex l-andament ta' l-iskola ma jitħarbatx hu antiċipat li jitlestew sa' l-aħħar ta' Frar 2000.
Ix-xogħlijiet ma jinkludux il-bini mill-ġdid tal-'ground'. Għal dan l-iskop għad trid issir applikazzjoni formali lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex isir it-tkabbir tal-'ground' eżistenti kif ukoll biex 'il quddiem toħroġ l-offerta relattiva għal dan ix-xogħol li jkun jista' jitwettaq skond l-allokazzjoni finanzjarja li jkollha d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Ta' min wieħed isemmi li l-materjal fil-'ground' la darba jitlestew ix-xogħlijiet ta' ġebel u saqaf fuq il-bini tas-sala sejjer jitneħħa u l-istess 'ground' jiġi mnaddaf. Kopja tal-pjanta li turi x-xogħlijiet kif proposti qiegħdha titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pero' din ma tinkludix ix-xogħlijiet ta' l-estensjoni tal-'ground' peress li l-pjanti relattivi għad iridu jsiru.
Mid-Dipartiment tas-Saħħa, min kienu l-impjegati li marru jaħdmu f'xi segretarjat ta' ministru (inkluż dak tas-saħħa) jew segretarju parlamentari? F'kull każ, jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-I.D. Card number?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' mjegati li mid-Diviżjoni tas-Saħħa marru jaħdmu f'xi segretarjat ta' Ministru (inkluż dak tas-Saħħa) jew Segretarji Parlamentari hu ta' wieħed u għoxrin(21). Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tagħhom bl-informazzjoni mitluba.
Institute of Health Care — Kors fil-B.Sc. Psychiatric Nursing
Question
Il-korsijiet fil-B.Sc. Psychiatric Nursing li diġa' bdew se jitkomplew sa l-aħħar? Din is-sena huwa mistenni li fl-Institute of Health Care jerġa' jiftaħ il-kors fil-B.Sc. Psychiatric Nursing?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa r-riċeviment tal-festa ta' San Luqa li sar fis-17 ta' Ottubru, 1998 li għalih kienu mistiedna bosta ħbieb tas-segretarjat? L-ikel tar-riċeviment inħadem f'xi kċina ta' wieħed mill-isptarijiet? Liema sptar kien? Kemm ġie mħallas overtime lill-impjegati fil-kċina biex lestew l-ikel? Kemm tħallsu l-waiters u dawk li kienu qed jieħdu ħsieb it-tqassim kollu ta' l-ikel u x-xorb?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-elezzjoni sal-lum daħlux impjegati fl-Isptar Zammit Clapp? Jekk fl-affermattiv, kemm daħlu? F'liema grad? Minn liema lokalita' huma u x'inhi l-I.D. Card tagħhom? Fl-istess żmien, kemm spiċċaw jew irriżenjaw impjegati fl-Isptar Zammit Clapp? F'liema grad kienu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-elezzjoni sal-lum 26 ta' April 1999 daħlu tlett (3) impjegati full-time.
Grad Lokalita' I.D. Card No.
--------------------------------------------- --------------------
Financial Controller Valletta 198066 (M)
Nursing Manager Lija 476152 (M)
Physiotherapist Sliema 120974 (M)
_____________________________________________ ____________________
Mill-elezzjoni sal-lum 26 ta' April 1999 spiċċaw jew irrezenjaw sitt (6) impjegati full-time:
Nursing Aide 1
Staff Nurse 3
Matron 1
Physiotherapist 1
u żewġ (2) impjegati part-time:
Domestic/Cleaner 1
Pharmacist 1
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1626?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' pazjenti li attendew il-klinika għall-ewwel darba bejn Settembru 1997 u Settembru 1998 kienu 1603.
Kemm minn dawn kienu rġiel 788
Kemm minn dawn kienu nisa 815
Kemm kienu taħt it-tletin sena 69
Kemm kienu fuq is-sittin sena 699
Kienu kkonfermati fl-ewwel vista li għandhom id-Dijabete 1107
Kemm marru għall-OGTT 464
Kemm minn dawn ġew konfermati Dijabetiċi 195
Kemm minn dawn inbdew fuq l-Insulina 37
Kemm minn dawn inbdew fuq il-pilloli 151
Kemm minn dawn inbdew fuq id-dieta biss 565
Kemm minn dawn kienu konfermati fl-ewwel
vista li diġa kellhom kumplikazzjonijiet 40
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-membri tal-mobile squad tal-pulizija jistgħux jiġu provduti b'aktar bullet proof u fluorescent jackets? Hemm ħsieb li jsir tibdil fis-sigħat tax-xogħol tal-pulizija fil-mobile squad?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi għadhom kemm ġew mixtrija numru ta' flourescent belts sabiex kull vettura tal-Mobile Squad tkun fornita b'dawn iċ-ċintorini għall-użu mill-pulizija li jkunu xogħol biha. Dwar il-bullet proof vests, ninsab infurmat illi s'issa t-Taqsima ta' l-S.A.G. biss hija fornita b'dawn il-ġgiget, billi l-membri ta' din it-Taqsima huma speċjalizzati sabiex jaffrontaw każi li jistgħu jinvolvu l-użu ta' armi tan-nar. Ninsab infurmat ukoll li fil-preżent ma' hemmx ħsieb li jkun hemm tibdil fis-sigħat tax-xogħol tal-Mobile Squad.
03.05.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna li toqgħod is-Swatar, Msida, id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li toqgħod ġo flat tal-gvern, hux veru li qed tħallas aktar milli suppost? Din hija persuna separata b'żewġt itfal.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-kera li qed tħallas il-persuna indikata huwa l-inqas wieħed possibbli għall-appartament li hi tokkupa. Infurmat ukoll li l-impjegati tad-Dipartiment għall-aktar minn darba waħda spjegaw lill-persuna b'dan, u li l-kera tagħha ma tistax tonqos aktar minn hekk.
3.5.99
Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, se tingħata dar xierqa fejn toqgħod għaliex fejn qiegħda qed jaqa'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ indikat qed ikun ikkonsidrat ma oħrajn simili. Iżda peress li hi persuna waħeda, u trid tmur toqgħod biss San Ġwann jew San Ġiljan, hu diffiċli li d-dipartiment isibilha xi post.
3.5.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha tifla u toqgħod għaliha, hijiex qed tirċievi l-pensjoni adegwata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna konċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tal-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
3.5.99
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi operata l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, peress li ilha tistenna tmien xhur u kulma tmur qed tmur għall-agħar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija mhix tbati minn kundizzjoni urġenti. Preżentement hemm 7 każi oħra bħalha qabilha fil-lista. Jekk ma jidħlux każijiet iżjed urġenti mill-każ tagħha, il-persuna se tiġi operata fi żmien mhux il-bogħod.
Billi biex isir il-proġett ta' Manoel Island iridu jitwasslu sal-post diversi servizzi adegwati bħalma huma l-linji tat-telefon, drenaġġ, dawl u ilma, jista' l-Ministru jgħid minn ġo liema toroq se jsir dan ix-xogħol ta' infrastruttura? Meta se jibda u kemm se jdum? Kemm se jiswa lill-pajjiż ix-xogħol kollu infrastrutturali, inkluża l-link road li se ssir mill-gvern? Dan ix-xogħol min se jħallas għalih, il-poplu jew min se jibbenefika finanzjarjament mill-proġett?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeri kkonċernati.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju li sar mid-dipartiment tat-toroq u li wassal lill-istess dipartiment jasal għall-konklużjoni li hemm bżonn ta' link road mix-Xatt tal-Gżira għal ma' Regional Road? Kemm se tiswa din it-triq għall-poplu? Jidhirlu l-Ministru illi l-aktar li se jibbenefikaw minn din it-triq huma dawk li ġejjin minn Manoel Island u min-naħa ta' Tigne' jew dawk li jridu jmorru f'dawn il-postijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-istadju dwar il-bżonn tal-link road mix-xatt tal-Gżira għal Regional Road saru snin ilu mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar sabiex ħarġu `development brief` għall-isptar il-ġdid f`Tal-Qroqq. Għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi it-talba tiegħu għar-rapport dwar dan l-istadju lill-Ministru kkonċernat.
Peress li l-pjanti u l-konsultazzjonijiet għadhom għaddejjin, mhux possibli li f`dan il-mument tingħata stima ta` kemmm ser jiswa` dan il-proġett. Hu ċert li l-aktar li ser jibbenefikaw huma:
a) in-nies tal-Gżira li ser jinqata` it-traffiku mit-toroq
tagħhom meta jkun nieżel jew tiela` lejn it-Triq
Reġjonali,
b) il-popolazzjoni kbira li toqgħod fl-akwati tal-Gzira,
Sliema u San Ġiljan peress li ser tinħoloq rotta
alternattiva għal ħruġ u dħul mill-lokalita`,
c) il-poplu ta` l-Imsida u Ta` Xbiex għaliex peress li
t-traffiku ser jiġi dirett lejn it-Triq Reġjonali ser
jonqos f`din il-lokalita`.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fl-Isptar Monte Carmeli hemm: (a) Swali ta' l-irġiel u swali tan-nisa? (b) Kemm minn dawn is-swali għandhom ward clerks u liema huma? (c) Kemm hemm ward clerks li ma jaħdmux fil-wards u allura fejn u ma' min jaħdmu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fl-isptar Monte Carmeli hemm:
1. Disa' swali ta' l-irġiel u ex-sala Nru. 10 (li tintuża għall-pazjenti li jintbagħtu mill-'Corradino Correctional Facilities').
2. Tmien wards tan-nisa
3. Hemm HWH u YPU li huma għall-irġiel u n-nisa
Hemm Ward Clerks: fis-Sala 5 ta' l-irġiel
fis-Sala 5A tan-nisa
fis-Sala 6 tan-nisa
Hemm sitt Ward Clerks oħra li jaħdmu hekk:
1. Ward Clerk fis-sezzjoni tas-Salarju ma' l-uffiċċjal inkarigat.
2. Ward Clerk fis-sezzjoni tal-Medical Records mal-amministrazzjoni generali.
3. Ward Clerk fl-uffiċċju tas-Social Workers.
4. Ward Clerk li tgħin lin-nursing management biex tinżamm 'data' fuq l-istaff u l-pazjenti fis-swali, ġbir u tweġibiet ta' korrispondenza tan-Nursing Managers u xogħol konness ma' Learning Disability Training Unit.
5. Ward Clerk fl-ex-SNO's Office li tgħin biex jinzammu records ta' O.T., Staff situation, kif ukoll xogħol konness mal-Young People's Unit u d-Dipartiment tal-Persuni b'dizabilita'.
6. Ward Clerk oħra li tagħmel xogħol mal-Lay Administrator.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm infermiera fid-Dipartiment tas-Saħħa li għalqu l-61 sena u għadhom jagħtu s-servizz tagħhom? Kemm kien hemm infermiera li għalkemm għalqu 65 sena u kienu għadhom jaħdmu, twaqqfu ħesrem f'Jannar ta' l-1999? Jaħseb il-Ministru li bis-servizz u l-esperjenza ta' dawn l-infermiera kienu qed jgħinu biex isolvu l-problema tan-nuqqas ta' nurses fid-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' nfermiera fid-Divizjoni tas-Saħħa li għalqu l-61 sena u għadhom jagħtu servizz huwa 15. Kien hemm tlettax (13) infermiera li kienu għalqu l-65 sena u li skond il-"policy" tad-Divizjoni twaqqfu mix-xogħol b'seħħ mill-1 ta' Frar, 1999. It-tweġiba għall-aħħar parti tal-Mistoqsija hija fin-negattiv.