Jista' l-Ministru jgħid minn Frar 1995 sal-lum f'liema toroq ġew approvati road humps (sleeping policemen) fin-Naxxar, Mosta, Għargħur u l-Iklin? Kemm ġew approvati road humps f'kull triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f`seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 4607?
Response (BONNICI, JOSEF)
B'riżultat ta' ftehim bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-GRTU, irid ikun hemm il-permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex pompa tal-petrol tiġi trasferita minn sit għal ieħor.
Kien hemm diversi talbiet li ġew irrifjutati minn din l-Awtorita'. L-applikazzjonijiet imorru għand l-Enemalta sabiex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tara jekk il-Korporazzjoni għandhiex xi oġġezzjoni għall-istess talbiet. L-Awtorita' irifjutat talba għal trasferiment ta' pompa minn sit għal ieħor f'Ħaż-Żebbuġ, oħra minn sit għal ieħor f'Ħal-Qormi u pompa oħra minn sit għal ieħor fin-Naxxar.
S'issa ġew approvati żewġ talbiet għal trasferiment ta' pompa minn sit għal ieħor. Dawn huma waħda minn naħa għal oħra tat-triq f'Ħaż-Żebbuġ, Malta u l-oħra minn Ħal-Qormi għall-Għargħur.
Tajjeb jingħad li bħalissa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tipproċessa ħames talbiet għal ċaqlieq ta' pompi tal-petrol kemm fl-istess raħal kif ukoll minn raħal għal ieħor.
Jista' l-Ministru jara li l-bini li kien vojt ġewwa Valley Road, Msida jiġi mbarrat billi qed jidħlu n-nies fihom u qed isir abbuż mid-droga u r-residenti sabu siringi fil-viċin u ġewwa l-bibien miftuħa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-bini li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ġie esproprijat għall-finijiet ta' 'slum clearance', u jinsab f'idejn id-Dipartiment għall-Kostruzzjoni u Manutenzjoni ta' Djar. Għalhekk nitolbu biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
04.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid meta t-tfal fil-primary year 3 fl-iskola tal-Gżira se jkollhom teacher tal-fiss u mhux supply teacher peress li t-tfal qed isibu problemi billi mhux qed ikollhom teacher tal-fiss? S'issa diġa' kellhom ħames teachers differenti din is-sena.
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'dan iż-żmien tas-sena skolastika mhux possibli li jintlew vakanzi b'għalliema regolari għax ma hemmx disponibbli.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-membri tal-kumitat organizzattiv tal-Maltafest għal din is-sena ġewx ikkonfermati jew humiex se jinbidlu? Kemm hu minnu l-għidut li l-Maltafest mhux se jsir din is-sena? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid għaliex manifestazzjoni kulturali hekk importanti mhux se jsir iżjed?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din is-sena ma twaqqaf ebda Kumitat biex jorganizza l-Maltafest. Ġejt mogħti parir mid-Dipartiment li jsiru sensiela ta' Festivals bħalma huma Jazz Festival, Folk Singing Festival, Kunċerti, Konkorsi bandistiċi Drama etc separati minn xulxin biex b'hekk ikun jista' jsir programm aħjar u jgħola l-livell għal dak aċċettabbli.
Bħalissa (26 sat-30 ta' April 1999) ingħata bidu għat-tieni edizzjoni tal-Festival Nazzjonali ta' l-Għana b'ġimgħa sħiħa ta' serati li ser iwasslu għall-għażla tal-parteċipanti għall-finali ta' dan il-Festival li ser isiru fil-21 ta' Mejju 1999.
Fis-26 u s-27 ta' Ġunju 1999 ser jittella' d-dramm Ir-Rewwixta ta' Oliver Friġġieri waqt li bejn 16 u 18 ta' Lulju 1999 ser isir il-Jazz Festival. Fl-4 ta' Settembru 1999 u fil-10 u l-11 ta' Settembru ser isir il-Festival Żgħażagħ u l-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija rispettivament.
Minbarra dan għaddejjin negozzjati biex jittellgħu Ballet Internazzjonali ta' livell, Festival għall-Mużiċisti Żgħażagħ, Konkors tal-Baned u Kunċert Orkestrali, minbarra attivitajiet kulturali li d-dipartiment minn żmien għal żmien qed jorganizza bil-kollaborazzjoni ta' diversi Kunsilli Lokali.
Jien ta' l-opinjoni li b'dan il-mod qed isiru attivitajiet aktar imxerrda, organizzati aħjar u ta' livell ogħla bħal ma ġa deher fil-Festival ta' l-Għana.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għaqdiet ibbenefikaw minn self ta' materjal mill-maħżen tad-Dipartiment tal-Kultura mill-aħħar ta' Settembru 'l hawn? Veru li barra milli jibbenefikaw mis-self, il-ġarr tal-materjal (mill-kuntrattur) qed jitħallas mid-dipartiment? Jista' l-Ministru jelenka l-għaqdiet jew individwi li bbenefikaw minn self, waħda waħda, x'materjal ġie misluf, x'depożitu tħallas f'każ li ssir ħsara u kemm sewa l-ġarr lid-dipartiment?
Response (GALEA, LOUIS)
Qed ngħati lista tal' l-għaqdiet li bbenifikaw minn self ta' materjal u lista tal-materjal innifsu li ġie misluf mid-Dipartiment tal-Kultura mill-aħħar ta' Settembru 1998 sa 28 ta' April 1999.
GĦAQDA MATERJAL MISLUF
Malta Billiards & Snooker Assoc - Siġġijiet VIP
MFA ta' Qali - Bnadar ta' Malta
Siġġijiet VIP
Bandalori
Twapet ħomor
GM Productions - Palk
YMCA - Palk
M'Annunzjata Band Club Tarxien - Leġiji tal-Mużika
De Rohan Band Club Żebbuġ - Arbli tal-bnadar
St Patrick School Sliema - Bnadar ta' Malta
Arbli tal-bnadar
Elderly Persons Birgu - Siġġijiet
Ċentru taż-Żgħażagħ Vittoriosa - Bnadar ta' Malta
St Antnin Band Club B'Kara - Leġiji tal-Mużika
St Lawrence Band Club Birgu - Palk
Moviment Era Ġdida - Palk
Caritas - Siġġijiet
Seminarju Rabat - Lurna
12th May Band Club Żebbuġ - Palk
Tarxien Pageant Group - Tarġa ta' l-injam
Bucket Seats
Purpissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira
Żejtun - Siġġijiet
John Zammit Cyclists Tournament - Palk
Malta Model Aircraft - Bnadar ta' Malta
Flying Assoc. Arbli tal-bnadar
Mhux veru li barra milli jibbenefikaw mis-self, il-ġarr ta' materjal qed ikun għas-spejjeż tad-Dipartiment.
Ma ttieħed ebda depożitu.
Il-policy fuq dan is-self qed tiġi preżentament studjata biex isir xi tibdil.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sar overtime mill-istaff tad-Dipartiment tal-VAT, grad grad, mill-1 ta' Ottubru 1998 sal-lum? X'kien ix-xogħol assenjat lill-istaff tad-dipartiment fl-overtime imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta` overtime li sar mill-istaff tad-Dipartiment tal-VAT, grad grad, mill-1 t`Ottubru 1998 sa` l-aħħar ta` Marzu 1998 kien kif ġej:
Overtime bejn Ottubru 1998 u Marzu 1999
Grad Numru ta` Numru ta` Ammont ta`
Impjegati fid- Siegħat Ħlas
Dipartiment (Lm)
Prinċipali Anzjani 9 2,994 12,367
Prinċipali 12 3,117 10,845
Assistenti Prinċipali 10 2,650 9,418
Uffiċjali Eżekuttivi 36 10,450 34,176
Skrivani 38 6,720 16,601
Oħrajn (Tekniċi u
Dipartimentali 7 1,432 4,678
Messaġġiera 4 1,109 2,871
Oħrajn (Industrijali) 3 849 1,976
Total 119 29,323 92,932
Ix-xogħol assenjat lill-istaff tad-Dipartiment fl-overtime imsemmi kien marbut ma`:
1. Id-dħul mill-ġdid tas-sistema tal-VAT taħt l-Att tal-1998 dwar
it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud;
a. tħejjija tal-Liġi prinċipali u numru ta` Avviżi Legali li jaqgħu
taħtha, inkluż it-tradizzjoni għall-Malti;
b. tibdil sostanzjali fis-sistema prinċipali tal-computer u bini
mill-ġdid ta` sistema oħra marbuta ma` skemi ġodda individwali;
c. tħejjija tal-formolarju kollu amministrattiv u twaqqif ta` strutturi u
proċeduri amministrattivi ġodda skond il-liġi l-ġdida;
d. reġistrazzjoni mill-ġdid tal-persuni reġistrati skond in-natura
tax-xogħol tagħhom, il-livell ta` bejgħ li jagħmlu (thresholds) u jekk humiex part-timers jew le;
e. organiżżazzjoni mill-ġdid tal-files tal-persuni reġistrati taħt
il-liġi l-ġdida tal-VAT;
f. printing u tqassim ta` ċirkularijiet lill-persuni reġistrati dwar
il-liġi l-ġdida u l-iskemi li jaqgħu taħtha, kif ukoll ta` denunzji, kontijiet, u kotba ta` rċevuti;
ġ. tħejjija tal-materjal kollu marbut mal-Kampanja ta` Pubbliċita dwar
id-dħul mill-ġdid tal-VAT;
h. laqgħat mal-pubbliku u sehem attiv fi programmi ta` tagħrif u
diskussjoni fuq il-mezzi tax-xandir;
i. żjajjar edukattivi u sorveljanza mill-Ispetturi tal-VAT fl-ewwel
ġimgħat tal-liġi l-ġdida.
2. Xogħol marbut mal-għeluq tas-sistema tas-CET.
Minn meta daħlet is-sistema l-ġdida tal-VAT f`Jannar 1999, id-Dipartiment baqa` jirċievi regolarment kull xahar id-denunzji tas-CET u għandu jibqa` jirċivihom mill-inqas sa` l-aħħar tas-sena. Għaldaqstant id-Dipartiment qed jipproċessa numru ta` denunzji u xogħol konness magħhom (ġbir ta` taxxa, stimi, kontijiet eċċ) id-dopju.
3. Xogħol ieħor li baqa` jsir (backlog) marbut mas-sistema tat-taxxa ta`
qabel: (Expenditure Levy, VAT 1994, Refund of Duty on Stocks, Refund of CET on Stocks, CET 1997).
a. Ġbir ta` arretrati ta` taxxa.
b. Verifikazzjoni ta` talbiet għal refużjoni ta` taxxa.
c. Proċessar ta` ittri ta` oġġezzjoni.
d. Proċessar ta` applikazzjonijiet għal deregistration.
Ta` min jgħid lin-numru ta` impjegati fid-Dipartiment tal-VAT huwa relattivament wieħed żgħir (b`kollox 122) u huwa 86 inqas mill-full complement mitlub.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 5003 dwar eżamijiet għal grad ta' executive officer, jista' l-Prim Ministru jgħid xi ħsieb hemm għal dawk il-clerks li daħlu fis-Servizz Pubbliku wara li kien sar il-ftehim dwar il-General Service Grades? Peress li skrivani li daħlu mis-sena 1994 'l hawn skond il-ftehim imsemmi hawn fuq jitilgħu fi skala 15 wara ħames snin servizz u fi skala 14 wara ħames snin oħra ta' servizz, għaxar snin kollox, u jibqgħu mblukkati hemm għal dejjem waqt li skrivani li daħlu sena qabel u oħrajn li daħlu qabel għandhom l-opportunita' li jitilgħu l-grade ta' executive officer, assistant principal, eċċ. wara ċertu żmien fil-grade ta' clerk, jirdhirlu l-Prim Ministru li dawk li daħlu fis-Servizz Pubbliku fl-1994 qed ikunu mblukkati? Fid-dawl ta' dan kollu, ma jidhirlux il-Prim Ministru li din l-anomalija għandha tiġi rranġata jew b'eżami ntern għall-executive officer jew bi promozzjoni permezz tas-servizz bħal dawk ta' qabilhom? Ma jaħsibx il-Prim Ministru li b'dan l-atteġjament preżenti żgħażagħ mhux qed jaspiraw li jidħlu jservu fil-gradi ta' clerk fis-Servizz Pubbliku?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-prinċipju ewlieni għal Servizz Pubbliku aħjar huwa illi l-ħatriet kollha jsiru permezz ta' kompetizzjoni u mhux aktar awtomatikament wara numru ta' snin.
Din is-sistema, aktar milli timblokka, tagħti opportunitajiet aħjar għal dawk l-impjegati kollha illi jkun jridu u li huma kapaċi jaslu għal gradi għola fis-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il taħrika saret mill-VAT Inspectors mill-1 ta' Ottubru, 1998 sal-lum lill-operaturi tan-negozju u dak professjonali? Liema qasam tan-negozju ġew mħarrka u f'liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex l-imsemmija operaturi joperaw?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-1 ta` Ottubru 1998 u s-27 t`April 1999, in-numru ta` każijiet li ġew referuti mill-Inspectors tal-VAT biex jittieħdu passi bil-Qorti kontra l-operaturi tan-negozju konċernati kien erba` mija u tmenin (480).
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-oqsma tan-negozju involuti u l-lokalitajiet fejn jinsabu.
Jista' l-Ministru jikkonferma li bħalissa qed isiru assessments fuq returns tal-VAT mill-istaff tad-Dipartiment tal-VAT? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il assessment sar mill-1 ta' Ottubru 1998 sal-lum? Kemm minn dawn l-assessments ġew aċċettati mill-operaturi tan-negozju u kemm minnhom ma ġewx aċċettati?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf u nassumi li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-VAT tat-1996 li n-numru ta` assessments li saru mid-Dipartiment tal-VAT wara li tkun intbagħtet denunzja taħt l-Att tal-1994 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud bejn l-1 t`Ottubru 1998 u t-28 t`April 1999 kien 1,230. Minn dawn kien hemm 904 assessments li ġew aċċettati mill-operaturi tan-negozju u 326 li ma ġewx.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni interdetti u/jew inabilitati mill-qrati tal-ġustizzja ta' Malta u ta' Għawdex? Meta ħareġ id-digriet? Għaliex ġew interdetti u/jew inabilitati?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq każi ta' abbużi fuq it-tfal, sena b'sena, f'dawn l-aħħar għaxar snin? X'weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-records disponibbli t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
04.05.99 (a.m.)
Billi dan l-aħħar inqabdu xi immigranti llegali li waslu bil-vapur u allegatament għaddew mid-dwana mingħajr ma kellhom il-passaport ittimbrat, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni dwar dan u jekk saret, x'azzjoni ttieħdet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li kull każ li jkun magħruf mill-Pulizija, fejn xi persuna tinstab li tkun daħlet Malta mingħajr ma tkun għaddiet mill-Immigrazzjoni fil-port, din dejjem tiġi nvestigata u jittieħdu l-passi meħtieġa skond ma jirriżulta` investigazzjoni.
04.05.99 (a.m.)
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista, lokal b'lokal, tal-persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'Novembru u Diċembru, 1998 u Jannar u Frar, 1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
4.5.99
Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma qed iwettaq il-gvern fir-rigward taż-żewġ tarznari tagħna sabiex flimkien mal-ħidma li qed iwettqu l-management rispettivi jinstab aktar xogħol għall-futur?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-amministrazzjoni preżenti hija mpenjata bi sħiħ biex it-tarznari tagħna jiksbu ordnijiet ta' xogħol. FIl-laqgħat li jkollhom ma' uffiċjali ta' gvernijiet u azjendi barranin, diversi uffiċjali tal-Gvern Malti, jieħdu l-opportunita' biex iħajjru lil dawn il-barranin jinqdew bis-servizzi li joffru t-tarznari tagħna.