Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5500 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Prinċipali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għal liema raġuni dawk l-uffiċjali pubbliċi f'Malta li minn Assistent Prinċipal laħqu Prinċipal b'effett mid-9 ta' Ottubru, 1998 l-appointment tagħhom irċevewh fit-22 ta' Frar, 1999, filwaqt li dawk li qegħdin posted f'dipartimenti f'Għawdex l-appointment tagħhom għadhom ma ħaduhx? Għand min qegħdin miżmuma dawn l-appointments u għal-liema raġuni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat illi l-ittri tal-ħatra ta' Principal tqassmu kollha.
Leg 9 PQ #5501 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati taċ-Ċivil li ġew maħtura Assistenti Diretturi, Acting Directors, Diretturi, Diretturi Ġenerali, eċċ minn Ottubu 1998 sa Frar 1999? Min huma? F'liema dipartimenti huma? X'kariga ngħataw?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra erba skedi li jagħtu dettalji dwar ħatriet li ngħataw bejn Ottubru 1998 u Frar 1999 kif ġej: 1.Ħatriet ta' Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali u Diretturi; 2.Ħatriet ta' Agenti Diretturi; 3.Ħatriet ta' Assistenti Diretturi fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni; 4.Tiġdid ta' Ħatriet ta' Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali u Diretturi.
Leg 9 PQ #5977 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Clenaers/handtmen

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel primarji, skejjel speċjali, skejjel sekondarji, skejjel tas-snajja' u Junior Lyceum fejn il-kapijiet tagħhom iħossu li għandhom bżonn ta' cleaners u handymen? X'inhu l-bżonn f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #5978 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Santa Luċija - Cleaner

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-cleaner fulltime ta' l-iskola primarja ta' Santa Luċija kemm ħadet leave s'issa minn Jannar 1999 'l hawn? Jista' jinvestiga rapporti li din titlaq kmieni minn fuq ix-xogħol u dak li suppost tagħmel hi qed jispiċċaw jagħmluh il-part-time cleaners?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm żewġ skejjel primarji ta' S. Luċija/Tarxien li fihom jaħdmu erba' cleaners nisa full-time. Ebda waħda minn dawn l-iskejjel ma jimpjegaw cleaners part-time.

Bord tal-Korporazzjoni ta' l-Iżvilupp — Investituri barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1999 sal-lum kemm-il applikazzjoni minn investituri barranin ġew diskussi mill-Bord tal-Korporazzjoni ta' l-Iżvilupp? Kemm ġew deċiżi applikazzjonijiet ta' investituri barranin? F'liema linja ta' xogħol kien hemm applikazzjonijiet minn investituri fil-perjodu Settembru 1998 sa Marzu 1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perjod msemmi l-Korporazzjoni ta' l-Iżvilupp iddiskutiet u ħadet deċiżjoni dwar dsatax (19) -il applikazzjoni minn investituri barranin. Minn dawn l-applikazzjonijiet, erbatax (14) kienu approvati. Fl-istess perjodu l-Korporazzjoni irċeviet sitta u tletin (36) applikazzjoni mingħand investituri fl-oqsma li ġejjin: Akwakultura, ikel, makkinarju kemikali (inkluż components), karta u stampar, għamara, plastics, inġinerija, teknoloġija ta' l-informatika, prodotti medikali, fibreglass u minerali u backoffice services.

Kunsilli Lokali — Riżenzji ta' kunsilliera

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali fejn kien irriżenja kunsillier u għadu ma ġiex co-opted ħaddieħor? Jista' jgħid f'kull lokalita' meta saret kull riżenja? X'qed jagħmel il-gvern f'dawn il-lokalitajiet biex iħeġġeġ li jinħatru kunsilliera ġodda? Il-liġi tispeċifika kemm jista' jdum kunsill mingħajr ma jaħtar kunsillier biex il-kunsill ikun qed jiffunzjona legalment?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija. Peress li d-diskrezzjoni ta` l-għażla hija kollha tal-Kunsill, il-liġi ma tipprovdi l-ebda rimedju biex jittiehdu xi passi biex jiġi żgurat li jimtela l-post sakemm f`kull laqgħa tal-Kunsill din l-għażla tidher fuq l-aġenda bhala l-ewwel item.
Leg 9 PQ #5994 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Għad tal-voti

Question

Peress li jidher li reġa' kien hemm dewmien fil-għadd tal-voti tal-kunsilli lokali f'Ta' Qali, jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar minn dak li kienet qalet il-Kummissjoni Elettorali li l-għadd tal-voti isir fil-lokalita' stess fejn issir l-elezzjoni? Hemm xi ħsieb li dan isir?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Kummissjoni elettorali jidrilha li ma kienx hemm dewmien fl-għadd tal-voti tal-Kunsilli Lokali fl-elezzjonijiet li saru fit-13 ta' Marzu, 1999. Ninsab infurmat li l-Kummissjoni Elettorali, wara konsultazzjoni u bi ftehim mad-delegati tal-partiti, iddeċidiet li l-għadd tal-voti tal-Kunsilli Lokali jsir f'post wieħed f'Ta Qali minħabba li sa issa għad m'hemmx riżorsi u persuni kompetenti biżżejjed biex il-proċess ta' l-għadd tal-voti jkun jista jitmexxa u jsir fil-lokalita' stess.
Leg 9 PQ #5995 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Infiq ta' flus

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus fl-organizzazzjoni ta' l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru fit-13 ta' Marzu, 1999? Jista' jagħti breakdown ta' kif sar l-infiq?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar l-ispejjez li ntefqu fl-organiżazzjoni ta' l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru nhar is-Sibt 13 ta' Marzu, għada qegħda tinġabar, u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #6123 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Mogħoż/nagħaġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hija l-merħla nazzjonali tal-mogħoż u n-nagħaġ? Kemm hi kkalkolata l-produzzjoni tal-ħalib fis-sena? X'tip ta' sussidju se jkunu ntitolati għalih dawn ir-raħħala bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE u x'liġijiet u regoli jridu josservaw sabiex ikunu applikabbli għal dawn is-sussidji u konformi mal-liġijiet u regoli ta' l-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-merħla Nazzjonali tal-mogħoż hija 4900, filwaqt li tan-nagħaġ hija 7900. Il-mogħoż jipproduċu medja ta' 500 kilo ħalib ras għal ras u n-nagħaġ 450 kilo ħalib fis-sena. Dan jinkludi l-ħalib li jieħdu l-gidjien u l-ħrief. Dan it-tip ta' xogħol Agrikolu għandu għajnuniet speċjali mill-E.U. u dan sabiex din l-industrija ttejjeb il-kwalita tal-prodott, mingħajr ma titlef il-karetteristiċi lokali u tradizzjonali tagħħa. B'mod partikolari l-Unjoni Europea stabbilit għajnuna speċjali għat-trobbija tal-mogħoż u n-nagħaġ fiż-żoni msejjħa 'Less Favoured Areas' permezz tar-regolament tal-Kunsill 1323/90.
Leg 9 PQ #6124 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Baqar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hija l-merħla tal-baqar fil-gżejjer tagħna? Kemm hu n-numru ta' baqar li jipproduċu anqas minn 1,000 gallun ħalib frisk? Xi programm qed jiġi kordinat sabiex dawn ir-raħħala jipproduċu aktar ħalib ħalli jilqgħu livelli ta' produzzjoni aħjar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-merħla Nazzjonali tal-baqar hija madwar 9,000 ras inklusi l-għerieħ. Rigward in-numru ta' baqar li jipproduċu anqas minn 1,000 gallun ħalib frisk, bħalissa ma nafux kemm hemm. Iżda fil-preżent is-Servizz Veterinarju flimkien mal-KPH qiegħed imexxi Pilot Scheme ta' 'milk recording' fejn il-produzzjoni ta' kull baqra tkun tista' tiġi relatata. Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura qiegħed ikompli l-isforzi tiegħu ħalli titjieb il-kwalita tal-magħlef prodott lokalment, titjieb is-sistema tal-produzzjoni li tinkludi l-housing, u b'pariri tekniċi lir-raħħala.
Leg 9 PQ #6125 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Fidi ta' ċens

Question

B'riferenza għall-familji li ħallsu Lm100 depożitu sabiex jifdu ċ-ċens tar-residenza privata tagħhom snin ilu bħal fil-kas tad-depożitu mħallas skond riċevuta (M136007) (liema dettal intbgħat lis-segretarjat privat), jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-pożizzjoni ta' dawn il-familji? Kemm fil-fatt hu n-numru ta' familji li għandhom każijiet simili ta' ħlas ta' depożitu? Meta se jiġu rimedjati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-każ partikolari msemmi mill-Onor. Interpellant huwa dwar proprjeta' li għaliha għad ma hemmx klassifikazzjoni fl-Anness 7 tal-Ftehim dwar il-Proprjeta' li l-Awtoritajiet tal-Knisja Maltija għaddew lill-Gvern Malti. Id-diskussjonijiet biex issir il-klassifikazzjoni meħtieġa jinsabu fi stadju avvanzat ħafna. Għalhekk l-Uffiċċju Konġunt għalissa ma jistax jifdi ċ-ċens imsemmi mill-Onor. Interpellant u ċnus simili oħra. Ninsab infurmat ukoll li kien hemm 668 applikant li ħallsu Lm100 għall-fidi ta' ċnus temporanji taħt l-iskema li għalqet f'Diċembru 1996. L-Uffiċċju Konġunt irċieva wkoll 836 applikazzjoni oħra għal xiri ta' residenza mikrija u għall-fidi ta' ċnus perpetwi rivedibbli. L-iskema ta' xiri ta' residenza tinsab kważi lesta, waqt dik ta' ċnus perpetwi hija fi stadju avvanzat ħafna. Fil-bidu ta' Marzu 1999, l-Uffiċċju Konġunt beda x-xogħol preliminari fuq l-applikazzjonijiet għal fidi ta' ċnus temporanji. 04.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6126 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Laħam tal-majjal

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 3386 u 2495, jista' l-Ministru jinformani kif wasal għall-konklużjoni li l-prezz tal-laħam tal-majjal fl-1995 kien ta' 91c2m? Peress li ħafna produtturi tal-majjal qed jikkonfermawli li huma qatt ma tħallsu bil-prezz ta' 91c2m, jista' l-Ministru jinformani liema fil-fatt huma dawk il-produtturi li tħallsu l-prezz imsemmi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Tlabt lill-uffiċjali nkarigati li ġabru l-informazzjoni mogħtija fir-risposti għal domandi numru 2495 u 3386 sabiex jerġgħu jiċċekkjaw ma' l-għaqda li tagħthom dawn iċ-ċifri dwar il-korrettezza tal-prezzijiet mogħtija. Nagħti risposta lill-Onor. Interpellant meta jkolli risposta mingħandhom.
Leg 9 PQ #6137 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Industrija lokali — Żokkor/ħalib

Question

Peress li llum l-industrija lokali li timporta z-zokkor u t-trab tal-ħalib bħala materja prima mill-UE b'sussidju ta' 321 sterlina fuq kull tunnellata zokkor u 795 sterlina fuq kull tunnellata trab tal-ħalib jintilef bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif din is-sitwazzjoni se taffettwa l-industrija lokali msemmija u lill-konsumaturi tal-gżejjer tagħna? Jista' l-Minsitru jgħid kif dan jaffettwa lil-lukandi u restoranti u min se jagħmel tajeb għal dawn kemm-il darba jogħlew prezzijiet imsemmija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Skond il-policy ta' l-Għaqda Dinjija għall-Kummerċ, is-sussidji fil-pajjiżi membri għandhom jitneħħew fuq medda ta' żmien, inklużi dawk il-pajjiżi li mhumhiex membri ta' l-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant il-kwistjoni tas-sussidji ma tinvolvix biss lill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea jew lil dawk li qed jaspiraw li jsiru membri, iżda wkoll lil pajjiżi oħra nkluża Malta.

Makkinarju agrikolu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5723 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe' jista' jgħid kemm fil-fatt hu n-numru ta' makkinarju agrikolu liċenzjat f'pajjiżna? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-makkinarju reġistrat fil-gżejjer tagħna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` makkinarju liċenzjat f`pajjiżna huwa 922. Din hija l-lista tal-makkinarju reġistrat fil-gżejjar tagħna: Agricultural Tractors 1055 Tractor Units 4 Combine Harvester 4 Ploughing Machine 1 Agricultural Cultivator 1 TOTAL 1065
Leg 9 PQ #6308 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Institute for Health Care — Infermiera

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 4611?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma' l-Institute of Health Care hemm jaħdmu, erbatax-il Staff Nurse Full time, Staff Nurse waħda Part time u Enrolled Nurse waħda Full time. Il-Full time Staff Nurse sekondati ma' l-Institute of Health Care kollha jaħmlu xogħol akkademiku. Il-Part time Staff Nurse tagħmel "Clinical duties". Il-Full time Enrolled Nurse tagħmel xogħol mhux akkademiku. L-Enrolled Nurse biss taħdem fuq bażi ta' shift. Il-Fattigi li huma sekondati biex jaħdmu l-Institute of Health Care jaħdmu fuq bażi ta' shift.
Leg 9 PQ #6309 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5219?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tul ix-xahar ta' Frar il-persuna msemmija kienet temporanjament 'posted' fil-Construction and Maintenance Department tal-Works Division. Il-ħinijiet tax-xogħol li jaħdem jintbagħatu lid-Dipartiment tas-Saħħa fuq firma ta' Uffiċċjal inkarigat.

Dipartimnent tal-Anzjani — CSA's

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu CSA's mad-dipartiment ta' l-anzjani mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Kemm kien hemm irġiel? Is-CSA's li daħlu mil-liema lokalita' ġew? Kemm hemm CSA's irġiel b'kollox?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni qegħda tinġabar u tingħata f'xi Seduta oħra. 5.5.99
Leg 9 PQ #6311 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sahra

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-isem, il-grad u n-numru ta' l-identita' ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li tul Frar, 1999 għamlu aktar minn Lm100 f'overtime? Kemm daħħlu flus f'overtime f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-imformazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #6312 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sahra

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-isem, il-grad, in-numra ta' l-identita' u l-ammont ta' flus f'overtime f'kull każ, ta' dawk l-impjegati li fid-dekasteru tiegħu qalgħu aktar minn Lm100 f'overtime tul Marzu, 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpelllant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #6387 Sitting 89 1999-05-04 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sleep laboratory

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda s-servizz ta' l-isleep laboratory fl-isptarijiet governattivi? Meta ħarġu t-tenders għas-sleep laboratory?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-apparat tas-'sleep laboratory' diġa ntuża għal każ wieħed urġenti f'kamra attrezzata proviżorjament. Ninsab infurmat li ġiet identifikata kamra biex tkun tista' tintuża bħala sleep laboratory. Qed jiġu identifikati x-xogħolijiet strutturali meħtieġa biex is-servizz ikun jista' jiffunzjona regolarment mingħajr dewmien esaġerat. Is-sejħa għall offerti kienet ġiet ippublikata fl-4 ta' Settembru 1998.