Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6819 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għawdex — Uffiċini tal-posta

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5281 li kienet saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid min hu responsabbli mit-tqassim ta' l-overtime fl-uffiċini tal-posta ġewwa Għawdex?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s'issa l-persuni responsabbli mit-tqassim tas-sahra ġewwa Għawdex huma l-Principal Mail Officer stazzjonat fir-Rabat għal dak li jirrigwarda proċessar u tqassim tal-valiġġa u l-Manager, Sales and Counter Services ġewwa l-Head Office il-Marsa, għal dak li għandu x'jaqsam mas-servizzi offruti fuq il-counter ġewwa l-fergħat t'Għawdex.
Leg 9 PQ #6820 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Tisfija tad-drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-istudju ta' impatt ambjentali msemmi fir-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 3898 sarx? Jekk fl-affermattiv, tista' l-Ministru tpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li d-Dipartiment diġa'ssottometta studju preliminari lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, fejn ġew suġġeriti siti diversi għall-kostruzzjoni ta' l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ. Meta d-Dipartiment ikollu risposta mill-Awtorita' dwar liema sit jirriżulta l-aktar favorevoli, il-konsulenti tad-Dipartiment ikunu jistgħu jissoktaw bid-disinn ta' l-imsemmi impjant u d-Dipartiment ikun f'pożizzjoni jipproċedi bl-istudju ta' l-impatt ambjentali, kif kien oriġinarjament mistenni.
Leg 9 PQ #6826 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Marsa — Church Wharf - Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jara li d-daħla quddiem il-principal gate tal-Korporazzjoni Enemalta f'Church Wharf, Marsa tiġi asfaltata kif inhu xieraq? Għaliex qegħda titħalla għadira daqshekk kbira li konsegwenza ta' hekk jinġabru għadd ta' insetti li jistgħu jkunu nfettati? X'passi se jieħu d-dipartiment b'mod spedit?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6827 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Ambjent

Birkirkara — Ganu Street - Plot

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir minn plot li tinsab f'Ganu Street wara l-Mitħna ta' Birkirkara għaliex qegħda toħloq inkonvenjent ta' ħmieġ u periklu lir-residenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Servizzi soċjali — Meals on wheels

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jammontaw l-anzjani li jgawdu mis-servizz tal-Meals on Wheels? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif tqassam dan is-servizz sena b'sena u lokal b'lokal sa minn meta ġie ntrodott?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' anzjani li jgawdu mis-servizz tal-Meals on Wheels huwa ta' 1098. Dawn iżda mhux kollha jieħdu l-ikel kuljum. Xi wħud minnhom infatti jużaw is-servizz f'ċertu żmien biss peress li dan is-servizz jintuża wkoll bħala 'respite'. Minn meta ġie ntrodott is-servizz tqassmu dawn l-ikliet: 1991 - 4,729 1992 - 19,585 1993 - 26,505 1994 - 33,526 1995 - 36,657 1996 - 40,910 1997 - 41,900 1998 - 42,151 Ma jinżamx rekord lokal b'lokal. 5.5.99

Servizzi soċjali — Telecare

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jammontaw l-anzjani li jgawdu mis-servizz tat-Telecare? Jista' l-Ministru jgħid kif tqassam dan is-servizz sena b'sena u lokal b'lokal sa minn meta ġie ntrodott?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li jużaw is-servizz tat-Telecare huwa 6707. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija mhux possibbli li l-informazzjoni tingħata fil-forma mitluba peress li tinvolvi biċċa xogħol kbira biex tmur lura xi 9 snin. Pero' qiegħed nagħti l-istess informazzjoni sena b'sena mill-1993 sal-1998. 1993 - 3002 1994 - 3500 1995 - 4170 1996 - 5309 1997 - 6152 1998 - 6707 5.5.99
Leg 9 PQ #5167 Sitting 91 1999-05-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Fax machines

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3583 peress li l-informazzjon mitluba hija importanti, validissima u ta' interess? B'riferenza għar-risposta li tani għall-mistoqsija parlamenti numru 3583, jista' l-Ministru jgħid minn liema standing orders jew regolamenti u fuq liema merti evalwa l-mistoqsija biex wasal għall-konklużjonijiet li wasal għalihom?

Response (GALEA, LOUIS)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba oriġinali.

Djar — Ta' Ġiorni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni biex jitwaħħlu l-bibien tal-bejt fi Blokk J. Triq Francesco Balbi, Ta' Ġiorni peress li dan inqala' mill-ħaddiema tad-dipartiment biex jiġi mibdul u sal-lum għadu ma twaħħalx ieħor floku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa. 5.5.99

Djar — Ta' Ġiorni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni biex Blokk I, Triq William Harding u Blokk I, Triq Francesco Balbi, f'Ta' Ġiorni ssirilhom tibjida ġenerali fil-parti komumi u kif ukoll it-tiswija tat-twieqi tal-komun u jinbidlu l-bibien tal-bejt peress li xejn ma' jinsabu fi stat pjaċevoli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa. 5.5.99
Leg 9 PQ #5233 Sitting 91 1999-05-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Diabetiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalxiex huma intitolati l-pazjenti diabetiċi mill-isptarijiet tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni mitluba hija koperta bil-provvedimenti tal-Liġi tas-Sigurta' Soċjali, hu mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Onor. Ministru tal-Politika Soċjali,
Leg 9 PQ #5234 Sitting 91 1999-05-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-ispiżeriji tal-polikliniċi tal-gvern qegħdin jeħdulhom il-prescription tal-mediċini, meta fi żmien il-gvern preċedenti kienu jħallulhom tliet riċetti biex jiġu evitati folol fil-polikliniċi bla bżonn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għad-domanda Nru 4636.
Leg 9 PQ #5235 Sitting 91 1999-05-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Nuqqas ta' tajjar u spirtu

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex f'dawn l-aħħar ġranet ma kienx hemm tajjar u spirtu għal dawk li huma ntitolati bil-kartuna r-roża?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-provista tal-Isopropyl Alcohol 70% li s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern tqassam fiċ-Ċentri ta-Saħħa għall-pazjenti li għandhom il-kartuna r-roża, kellha titwaqqaf, sakemm xi problemi bil-kwalita' tal-prodott mixtri mingħand il-kuntrattur preżenti jiġu solvuti. Minħabba li dan il-prodott ma jinstabx lokalment, provista ta' Isopropyl Alcohol aktar ikkonċentrat ġiet mixtrija u qiegħda tiġi dilwita għall konċentrazzjoni meħtieġa (70%), iżda d-distribuzzjoni ta' dan il-prodott kellu jiġi limitat. Rigward it-tajjar jirriżulta li kien hemm nuqqas fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira minħabba li d-domanda għal dan il-prodott żdiedet. Dan in-nuqqas kien biss temporanju sakemm l-Istores tal-Gvern qassam il-kwantita' meħtieġa.
Leg 9 PQ #5236 Sitting 91 1999-05-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Power Station — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tnaqqas l-operat tal-power station tal-Marsa minn mindu bdiet topera l-power station ta' Delimara? Hemm il-ħsieb li l-gvern jagħti kumpens lin-nies tal-Marsa għal dak li għandu x'jaqsam ma' kruha ta' ambjent u ħsara lill-istess nies ta' l-istess lokal?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-power station ta' Delimara bdiet tiġġenera l-elettriku fl-1992. It-tieni fażi, dik tal-peak load, bdiet tiġġenera l-elettriku fl-1995. B'riżultat ta' dan ingħalqu ż-żewġ stations żgħar, jiġifieri dak tal-Marsa A u dak ta' Kordin li kien tas-servizzi Ingliżi. Il-power station tal-Marsa, f'dawn l-aħħar snin iġġenerat madwar 60 fil-mija tad-domanda totali, kif jirriżulta mill-informazzjoni li qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Barra minn dan, f'dawn l-aħħar snin, il-boilers tal-Marsa li kienu jaħdmu bil-faħam ġew ikkonvertiti għaż-żejt. Meta saret din il-konverżjoni, ġie mniedi programm ta' tindif fil-Marsa mill-Korporazzjoni Enemalta bil- koperazzjoni tal-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #5237 Sitting 91 1999-05-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Marsa — Latrina

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' latrina (San Tumas), il-Marsa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li l-latrina ta' Triq San Tumas, il-Marsa, tlestiet minn ġewwa u minn barra, ħlief għall-provvista ta' l-elettriku. Ir-'railings' tal-ħadid qed jinħadmu bħalissa min-nies tal-gvern peress li dawn ma kenux fit-'tender' tal-latrina għaliex id-disinn inbidel waqt li beda x-xogħol.

Marsa — Ġnien 6 ta' Awissu - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' resurfacing u upgrading fuq il-Ġnien 6 ta' Awissu li jinsab ħdejn il-Marbelt Dept. Store fil-Marsa? Veru li l-gvern preċedenti alloka Lm15,000 għal dan ix-xogħol? Jekk iva, x'sar mill-fondi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Affarijiet Barrarin — Fax machines

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3585?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar il-`fax machines` li jinsabu fil-Ministeru tiegħi, inklużi dawk fil-Missjonijiet Maltin barra minn Malta.

Anzjani — Żebbuġ - Day care centre

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitwaqqaf Day Care Centre għall-anzjani f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Politika Soċjali kellu diskussijonijiet mal-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ rigward 'Day Centre' għall-anzjani. Pero' s'issa ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni. 5.5.99

Żebbuġ — Trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru pjanijiet biex ir-residenti Żebbuġin fl-areas ta' Sant'Antnin u ta' Ħal Muxi jkunu moqdija b'mod xieraq mis-servizz tat-trasport pubbliku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li madwar erba` snin ilu kienu nbdew diskussjonijiet bejn l-Awtorita` dwar it-Transport Pubbliku, l-Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Karozzi tal-Linja u l-Kunsill Lokali ta` Ħaż-Żebbuġ bl-iskop li jkun introdott servizz ta` trasport pubbliku fl-inħawi msemmija mill-Onor Interpellant. Il-Kunsill Lokali kien oġġezzjona għar-rotta kif proposta peress li ma qabilx li l-karrozzi tal-linja kellhom jgħaddu minn Triq il-Kbira fi triqthom lejn il-venda. F`Diċembru ta` l-1996, l-Awtorita` kienet infurmata mill-Kunsill Lokali li kienu qed isiru negozjati bejn l-istess Kunsill u l-Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Karozzi tal-Linja biex ikun introdott servizz lokali, iffinanzjat mill-istess Kunsill. Il-Kunsill kien qed jipproponi wkoll li jintroduċi tariffa ta` 5ċ għal kull passiġġier. Filwaqt li ma sabitx oġġezzjoni għall-introduzzjoni ta` dan is-servizz, l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku m`aċċettatx it-talba li jkun hemm tariffa għaliħ. Il-materja tidher li waqfet hemm.
Leg 9 PQ #5633 Sitting 91 1999-05-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Żebbuġ — Health clinic

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex jippjana t-twaqqif ta' Health Clinic f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellanta li l-Gvern diġa jopera servizz ta' klinika lokali f'Ħaż-Żebbuġ.
Leg 9 PQ #5634 Sitting 91 1999-05-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Anzjani — Kontijiet ta' taxxa

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex bħalissa għadd t'anzjani pensjonanti qed jirċievu kontijiet ta' taxxa fuq id-dħul li m'huwiex reali? Konxju l-Ministru dwar dan?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tkun aktar speċifika u tagħti xi dettalji biex ikunu jistgħu jiġu ċċekkjati l-affarijiet imsemmija.