Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6694 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kura tas-saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix legal commission biex tistudja u tipproponi leġislazzjoni ġdida għall-kura tas-saħħa mentali biex Malta tiġi in line ma' prassi li tintuża minn pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Sa issa ma hemm l-ebda kummissjoni legali dwar leġislazzjoni ġdida għall-kura tas-saħħa mentali.

Triq Reġjonali — Pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwettqu l-pjanijiet li diġa' hemm imħejjija għal tibdil fis-sistema tat-traffiku fil-junction perikoluża ħafna li hemm meta wieħed isuq minn taħt il-mini tas-Swieqi 'il fuq lejn Triq St.Elija u Triq Reġjonali fejn ta' spiss isiru inċidenti anke ta' natura serja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Kunsill Lokali ser jagħmel dawn ix-xogħolijiet u d-Dipartiment tat-Toroq lesta s-`survey` għall-lokalita` u qiegħed jiddisinja iċ-`channelisation` meħtieġa biex jgħaddihom lill-Kunsill Lokali biex jitwettqu.

San Luqa — CDAU

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġenituri ma' jitħallewx jipparteċipaw waqt il-case conference ta' wliedhom li ssir fis-CDAU ta' l-isptar San Luqa? Hemm xi ħsieb li din il-proċedura titbiddel fil-futur qarib?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Membru tagħmel il-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat, jiġifieri lill-Ministru tas-Saħħa. 10.5.99

Sptar San Vincenz De Paule

Question

Jista' l-Ministru jara kif f'sala St. Joseph Numru 14, f'St Vincent de Paule tittieħed attenzjoni peress li qed ikun hemm ħafna tgergir minħabba rwejjaħ u ħmieġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dawn il-ġranet (05.05.99) żviluppat ħsara fis-sistema tad-drenaġġ ħdejn is-sala St. Joseph Numru 14. Ittieħdu passi mmedjati sabiex din il-ħsara tiġi rranġata. Ma jirriżultax li hemm ħmieġ fl-istess sala. 10.5.99
Leg 9 PQ #6705 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Raħal Ġdid — Poliklinika - Oftalmologu

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-appuntamenti għall-visits għand l-oftalmologu li jara n-nies fil-Poliklinika ta' Raħal Ġdid qed ikunu fit-tul ħafna, eżempju, Settembru li ġej għal diversi każi? L-oftalmologu li hemm qiegħed jaħdem fuq bażi full-time jew part-time? Din l-istess persuna trid tlaħħaq ma' dmirijiet oħra fl-Isptar San Luqa? Kemm ġew invistati nies xahar b'xahar matul dawn l-aħħar disa' xhur?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-appuntamenti għall-vista għand l-Oftalmogu fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal il-Ġdid twalu iżjed milli wiehed jixtieq u anke sa Settembru minħabba żewġ raġunijiet primarji. L-ewwel raġuni kienet illi fil-bidu ta' Frar irreżenja Optometrist fid-Dipartiment u minħabba illi ma kienx possibli li jiġi provdut sostitut, is-sessions fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal il-Ġdid kellhom jiġu mnaqqsa sabiex ikun hemm distribuzzjoni ugwali fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha. It-tieni kawża kienet illi l-Oftalmologu li kienet tattendi il-klinika ta' Raħal il-Ġdid dan l-aħħar mardet serjament u mistennija tirritorna lura għax-xogħol fil-bidu ta' Ġunju. Ma kienx possibli li jinstab sostitut iehor għal dan il-perjodu, l-anqas mid-Dipartiment ta' l-Oftalmoloġija ta' l-Isptar San Luqa. L-Oftalmologu illi taħdem fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta'Raħal il-Ġdid hija impjegata full time iżda taqdi dmirijiet kemm fiċ-Centru tas-Saħħa kif wkoll fl-isptar San Luqa. In-nies li ġew invistati xahar b'xahar matul dawn l-aħħar disa xhur kienu. Xahar Visti Awwissu 98 158 Settembru 98 71 Ottubru 98 292 Novembru 98 314 Diċembru 98 261 Jannar 99 319 Frar 99 110 Marzu 99 76 April 99 30
Leg 9 PQ #6706 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Djar għall-użu ta' uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma tibqax issib oġġezzjoni li djar jinbiegħu sabiex jintużaw bħala uffiċini fil-Belt u fil-Furjana, meta s-sidien ta' dawn id-djar ma jkollhomx ħlief din il-proprjeta' u b'hekk ikunu finanzjarjament dipendenti fuqha?

Response (BORG, TONIO)

Il-policy dwar l-uffiċini fil-Belt u l-Furjana hija diskussa fil-Pjan Lokali għall-Port il-Kbir. Dan il-pjan, li dwaru kienet saret konsultazzjoni pubblika f`Gunju ta` l-1997, issa qiegħed jiġi kkunsidrat fuq livell Ministerjali. Għaldaqstant deċiżjoni finali dwar din il-policy għada ma ttieħditx. 10.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #6707 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli

Question

Jista' l-Ministru jara li jinżammu aktar indaf ix-showers f'Ward 2, ta' Mount Carmel Hospital?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Sabiex l-Isptar Monte Carmeli jinżamm aktar nadif, qiegħed isir eżercizzju biex jiġu ddentifikati dawk il-persuni li l-grad tagħhom jippermettu li jaghmlu xogħol ta' tindif izda li illum mhux qed jagħmlu dan it-tip ta' xogħol. Dawn il-persuni sejrin jintbagħtu jaħdmu fil-wards, fosthom il-ward 2. Sejra titwaqqaf pool ta' sitta min-nies bl-iskop li jsir xogħol ta' tindif ukoll fil-partijiet komuni ta' l-isptar. Din il-unit tkun tista tagħmel xogħol ta' tindif ukoll fis-swali jekk ikun hemm bżonn.
Leg 9 PQ #6708 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Uffiċċju Konġunt — Tiswijiet ta' djar

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna għaliex ma jsirux tiswijiet fuq djar tal-Joint Office b'ċens filwaqt li jsiru fuq dawk b'kera?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li f`każ ta` proprjeta` mogħtija b`ċens, l-enfitewta huwa obbligat bil-liġi li jagħmel hu a spejjeż tiegħu kull riparazzjoni u tiswija li jkollu bżonn il-fond. Għalhekk huwa obbligu ta` l-enfitewta li jagħmel it-tiswijiet kollha li jkollu bżonn il-fond kemm dawk ta` natura ordinarja kif ukoll dawk ta` natura straordinarja. F`każ ta` kirja, il-liġi titfa` r-responsabilita` għat-tiswijiet straordinarji fuq is-sid. Għalhekk, meta ma jkunx hemm ftehim mod ieħor, l-Uffiċju Konġunt ikun obbligat li jagħmel dawn it-tiswijiet straordinarji fi proprjeta` amministrata minnu. 10.05.99 (a.m.)

Djar — Xiri ta' djar mill-inkwilini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkwilini ta' Triq Sant'Anna, Furjana, jistgħux jixtru l-appartamenti fejn joqogħdu? Jekk le, x'inhi l-problema u jekk hemmx xi ħsieb li tiġi rranġata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar hi informata li l-art li fuqha hemm mibnija l-blokki ta' appartamenti f'din it-triq hi fil-pussess tal-Gvern taħt it-titlu ta' "Possession & Use". Għaldaqstant hu opportun li aktar dettalji għandhom jiġu mitluba lill-Ministru responsabbli mid-Dipartiment ta' l-Art. 10.5.99
Leg 9 PQ #6710 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Toroq — Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk it-toroq li saru bit-tarmak u kemm hemm ippjanat li se jsiru għal din is-sena fl-irħula tal-Fgura, Bormla, Isla, Birgu, Xgħajra, Kalkara, St Peter's (il-parti mat-Tieni Distrett)?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma taf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom. Ghaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li tirreferi l-mistoqsija lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed tirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Leg 9 PQ #6711 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Toroq — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk it-toroq li saru bit-tarmac mill-gvern ċentrali u kemm hu ppjanat li se jsiru għal din is-sena fl-irħula tal-Fgura, Bormla, Isla, Birgu, Xgħajra, Kalkara u St. Peter's, il-parti mat-Tieni Distrett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Vetturi impressed

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6583?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar in-numru totali ta' vetturi 'impressed' li hemm fis-settur pubbliku, nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 6345. Dwar in-numru ta' vetturi u inġenji li għandu l-Gvern preżentement u kemm minn dawn għandhom aktar minn għoxrin (20) sena, l-Onor. Membru tapprezza li l-informazzjoni li nista' nagħti hija dwar il-pożizzjoni attwali fid-dekasteru tiegħi. Fil-fatt, fid-Dipartimenti tal-Ministeru għall-Politika Soċjali, hemm seba' u ħamsin (57) vettura/inġenji tal-Gvern li l-ebda waħda minnhom m'għandha aktar minn għoxrin sena. 10.5.99
Leg 9 PQ #6714 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet sportivi u volontarji — Faċilitajjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern preżenti hux beħsiebu li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista, dik li jagħti lill-għaqdiet sportivi u volontarji l-faċilitajiet rispettivi li jkunu qed jagħmlu użu minnhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Gvern, permezz tal-Kunsill Malti għall-Isport, għaddej b'ħidma biex fejn hu possibbli faċilitajiet sportivi jiġu trasferiti lill-Għaqdiet Sportivi u klabbs li qed jagħmlu użu minnhom wara li tkun saret xi talba f'dak is-sens. Il-Kunsill Malti għall-Isport ikollu diversi laqgħat ma' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u mad-Dipartiment ta' l-Artijiet dwar dawn it-talbiet. Meta ma jkunx hemm oġġezzjonijiet dawn it-trasferimenti għandhom jiġu ppreżentati f'Riżoluzzjoni quddiem il-Parlament. Is-Segretarjat Parlamentari għaddej ukoll b'ħidma u laqgħat ma' diversi għaqdiet volontarji li jixtiequ jieħdu t-titolu legali tal-faċilitajiet li qed jagħmlu użu minnhom.
Leg 9 PQ #6723 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skolasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex matul ix-xhur tas-sajf Skolasport mhux se torganizza taħriġ ta' l-għawm fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq? Kemm se jiġi jiswa lid-Dipartiment ta' l-Isport l-użu tal-faċilitajiet tal-klabbs tal-waterpolo tas-Sirens, Sliema u Wied il-Għajn? Ma jaħsibx il-Ministru li meta l-gvern diġa' għandu Pixxina tiegħu fejn dan l-isport jista' jiġi pprattikat tkun ħaġa naturali li tiġi wżata mill-gvern stess?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-deċiżjoni li jiġi organizzat it-taħriġ ta' Skolasport fis-sajf fil-pitches tas-Sirens, Sliema u Wied il-Għajn ittieħdet wara diskussjonijiet ma' l-assoċjazzjoni nazzjonali, l-Aquatic Sports Association. B'hekk jistgħu jintlaħqu u jiġu akkomodati l-akbar numru ta' tfal minn kull naħa ta' Malta. Dawn il-faċilitajiet se jiġu provduti bla ebda ħlas. Sar ukoll ftehim mal-Clubs li jipprovdu l-coaches tagħhom u li dawn jitħallsu bir-rata normali ta' Lm5.10 kull sessjoni ta' sagħtejn u nofs. Tajjeb wieħed isemmi li fix-xhur tas-sajf ikun hemm attivita` kontinwa fil-Pixxina Nazzjonali u ma jkunx possibbli li jsir dan it-taħriġ. Barra minn hekk tiġi wżata l-Pixxina Nazzjonali, Skolasport xorta trid tħallas lill-Management tal-Pixxina bħal ma jsir matul ix-xhur tax-xitwa.
Leg 9 PQ #6727 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Żebbuġ — Tfigħ ta' luquid manure

Question

B'riferenza għar-risposta li tani l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 6561 dwar tfigħ ta' liquid manure, jista' l-Ministru jinvestiga l-permess (li kopja tiegħu qed tintbagħat separatament) mogħti mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fejn qiegħed jawtorizza dan ir-rimi ta' demel likwidu ġewwa drenaġġ f'Wied it-Troll, Ħaż-Żebbuġ, fejn dan sikwit qiegħed jinstadd? X'passi se jieħu l-Ministru u jekk kienx hemm awtorizzazzjoni mid-Dipartiment tad-Drenaġġ biex ħarġu dawn il-permessi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Dan il-każ qed jiġi investigat u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #6730 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministru għall-Affarijiet Barranin — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq fuq hospitality u safar mill-Ministru bejn Settembru, 1998 u l-aħħar ta' Marzu ta' din is-sena?

Response (BORG, JOE)

L-Informazzjoni qed tingabar u tingħata risposta f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #6731 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Task Force dwar il-Privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' t-task force dwar il-privatizzazzjoni? Meta saret l-ewwel laqgħa tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-task force ltaqa` disa` darbiet u l-ewwel laqgħa saret fit-3 ta` Marzu 1999.
Leg 9 PQ #6732 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati mpjegati ġodda ma' l-Air Malta mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Minn liema lokalita' ġejjin? Kif ġew ingaġġati? Jekk ġew magħżula minn dawk li kienu qegħdin fuq l-ewwel parti tar-reġistru ta' l-ETC, kemm kienet ilha tirreġistra kull persuna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #6733 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel Co. Ltd.

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-gvern ta' kull share meta ġiet akkwistata l-Gozo Channel? Xi profitti kienet għamlet din il-kumpannija qabel xtraha l-gvern?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.