Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mtarfa — Post box

Question

Jista' l-Ministru jara u jieħu ħsieb illi ssir post-box ħdejn is-civic centre ta' l-Imtarfa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ser nitlob lir-Regolatur tal-Posta jinvestiga x`inhuma l-ħtiġijiet postali tar-residenti ta` l-Imtarfa.
Leg 9 PQ #6657 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Spiżeriji ġodda

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra hemmx il-ħsieb li jinħarġu liċenzji ġodda għal spiżeriji: fir-Rabat, fl-Imġarr, fil-Mellieħa, f'San Pawl il-Baħar, f'Ħad-Dingli u fil-Manikata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li inħatar kumitat magħmul minn rappreżentanti tad-Dipartiment, tal-Kamra ta' l-Ispiżjara u tal-General Retailers and Traders Union fit-2 ta' Settembru 1998 biex jistudja u jirraporta fost oħrajn dwar ir-Regolamenti li jirrigwardjaw liċenzjar ta' Spiżeriji. Meta jiġi finalizzat dan ir-rapport inkun f'pożizzjoni aħjar li nirrispondi għad-domanda tiegħek.
Leg 9 PQ #6658 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija mill-Ministeru u mid-Dipartiment ta' l-Ambjent li qegħdin jintużaw mill-ħaddiema? F'liema grad huma dawn il-ħaddiema? Minn fejn qegħdin jiġu mikrija dawn il-karozzi u b'liema prezz kull ġurnata? Min qiegħed jagħmel użu minn dawn il-karozzi huwa allokat lilu l-permess li jużahom ukoll fil-Ħdud u l-festi jew fil-ġranet "off" ta' l-individwu? Kemm jammonta l-konsum u l-prezz tal-petrol/diesel lil dawn il-karozzi fl-aħħar erba' xhur?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent hemm dawn il-karozzi mikrija kif ġej: KAROZZA MIN JUŻAHA KUNTRATTUR RATA PETROL UŻAT LITRI Lm Lm KAP 702 V Gauci Butterfly Garage 3.85 240 727 BAH 219 Protected Area Sec. '' 3.70 163 439 BAH 429 '' ,, 3.70 136 412 FBK 109 Biodiversity Section ,, 3.70 150 454 EAK 397 '' '' 3.70 140 424 AAK 848 Waste Managment Section '' 3.85 178 539 AAK 821 Communication Section '' 3.70 163 493 AAK 967 Administration Section '' 3.85 190 575 AAK 864 '' '' 3.85 178 539 FBK 112 Pollution Sec. '' 3.70 121 366 CAK 320 '' '' 3.70 84 254 BAH 589 '' '' 3.70 98 296 BBD 372 '' '' 3.70 100 303 CAA 043 Air Monitory Van Duty '' 7.50 70 212 EAK 398 Oil Module '' 3.70 105 318 Section PAK 441 Countryside '' 3.85 191 578 Section '' 3.85 118 357 * Il-karozzi kollha ħlief għall-KAP 702 li hija użata biss mill-Assistent Direttur, huma għad-disposizzjoni tas-sezzjoni rispettiva u għalhekk kull karozza ħlief dik imsemmija tista' tintuza minn aktar minn persuna waħda. L-uffiċjali li qed juzaw dawn il-vetturi huma obbligati li jinżlu għax-xogħol f'kull ħin anke fil-Ħdud u l-festi. Fil-Ministeru u d-Dipartiment ta' l-Ambjent (Taqsima Xogħlijiet) hemm 52 karozza mikrija, u jintużaw mid-diversi sezzjonijiet kif ukoll minn dawk li huma ntitolati li jkollhom karozza skond il-kuntratt jew ftehim, bħalma huma d-Diretturi, l-Periti u l-Inġiniera. Il-karozzi huma mikrija skond żewġ kuntratti li ntrebħu minn Pyramid Enterprises Ltd bir-rata ta' Lm5.75, u Swift Rent-a-Car bir-rata ta' Lm4.24 (Vat inkluża) kulljum. Apparti d-Diretturi u l-Periti u l-Inġiniera li għandhom permess jużawhom f'kull ġurnata tal-ġimgħa billi dawn għandhom massimu ta' petrol allokat kull xahar, l-ebda ħaddiem ma jista' juża l-karozza jekk mhux għal xogħol uffiċjali irrispettivament il-Ħdud u l-festi. Il-konsum tal-petrol f'dawn l-aħħar erba' xhur (Jannar/April 1999) kien jammonta għal 24,787 litru jew Lm8,055.775.
Leg 9 PQ #6659 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Vetturi

Question

Fid-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli inkluż is-segretarjat, jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jekk hu l-każ li nxtraw karozzi, x'tip huma, minn fejn inxtraw, kemm swiet kull karozza u minn min qed jintużaw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mis-7 ta` Settembru 1998 sas-6 ta` Mejju 1999 fżdan id-dikasteru nxtrat karozza waħda (1) mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Din il-karozza Alfa 156 li qed tintuża minn Dr. Joseph Pace, President ta` din il-Fondazzjoni inxtrat minn għand U.C.I.M. u swiet Lm12,915.
Leg 9 PQ #6660 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Vetturi

Question

Fid-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli inkluż is-segretarjat, jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew karozzi mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, kemm inkrew karozzi, x'tip huma, minn fejn inkrew, kemm hi l-kirja fuq bażi ta' kull ġurnata u minn min qed jintużaw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba hija skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #6661 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Impjegati

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6295, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet u l-I.D. Card No. tal-226 trasferimenti, minn fejn u għal liema post ġew trasferiti u l-ismijiet ta' l-164 impjegat li talbu li jiġu trasferiti huma stess?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mhix konsidrata ta` nteress pubbliku li jingħataw dettalji personali ta` mpjegati fis-Servizz Pubbliku li jiġu trasferiti. Jekk l-Onor. Interpellant għandu bżonn xi nformazzjoni dwar xi transfer partikolari, nitolbu jagħtini d-dettalji rikjesti.
Leg 9 PQ #6662 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdid

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6294, jista' l-Ministru allura jagħti l-bed spacing area f'kull dipartiment?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-'bed spacing area' f'kull dipartiment hija hekk kif stipulata mill-'Health Planners' reposabbli mill-'Medical Brief'. Il-'Medical Brief' inħadem fuq normi internazzjonali.
Leg 9 PQ #6663 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Manpower plan

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6290, jista' l-Ministru jgħid x'żieda ta' postijiet kien hemm fil-manpower plan preżenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

M'għandix x'inżid mat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.6290.
Leg 9 PQ #6664 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island/Tigne' Point — Żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6177 tfissirx li sal-lum, ħafna min wara l-consortium MIDI ingħata letter of intent għall-iżvilupp ta' Manoel Island u Tigne' Court, għadha ma ġietx sottomessa l-ebda tip t'applikazzjoni għall-iżvilupp lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6177.
Leg 9 PQ #6665 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Marsaxlokk — Triq ix-Xatt tas-Sajjieda

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 6267, jista' l-Ministru jgħid min kienet il-persuna responsabbli mill-ħaddiema tal-plumbing section li taħt is-superviżjoni tiegħu sar xogħol ħażin f'Marsaxlokk?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Onor. Interpellant kien il-Ministru responsabbli meta saru x-xogħlijiet in kwistjoni, u f'kull każ ma naħsibx li jkun etikament korrett li nagħti dettalji fuq persuni partikolari.
Leg 9 PQ #6666 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Knee & Hip replacements

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum kemm saru elective knee u hip replacements? Jista' l-Ministru jagħti ġimgħa b'ġimgħa kemm saru minn dawn l-operazzjonijiet u minn min saru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-1 ta` Jannar sal-lum, saru: total knee replacements 29 total hip replacements 6 Id-dettalji mitluba huma dawn: Mr C. Apap Bologna 07.01.99 Total hip replacement 08.04.99 Total hip replacement 16.04.99 Total knee replacement 23.04.99 Total hip replacement 30.04.99 Total knee replacement 07.05.99 Total knee replacement Mr A. Bernard 07.01.99 Total knee replacement 14.01.99 Total knee replacement 08.04.99 Total hip replacement 15.04.99 Total knee replacement 15.04.99 Total knee replacement 29.04.99 Total knee replacement 29.04.99 Total hip replacement Mr C. Grixti 06.01.99 2 Total knee replacement 13.01.99 1 Total knee replacement 14.04.99 1 Total knee replacement 21.04.99 1 Total knee replacement 28.04.99 1 Total knee replacement 05.05.99 2 Total knee replacement Mr C. Sciberras 05.01.99 1 Total knee replacement 20.04.99 1 Total knee replacement 27.04.99 1 Total knee replacement 04.05.99 1 Total knee replacement Mr F. Zammit Maempel 11.01.99 2 Total knee replacement 12.04.99 2 Total knee replacement 19.04.99 2 Total knee replacement 26.04.99 1 Total hip replacement 26.04.99 1 Total knee replacement 03.05.99 2 Total knee replacement

Gżira — Triq Luqa Briffa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il residenza se taffettwa l-link road ġdida konnessa mal-proġett ta' Manoel Island fi Triq Luqa Briffa fil-Gżira?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li din l-informazzjoni tkun tista tiġi stabbilita meta jintemmu l-konsultazzjonijiet mal-Awtorita` ta` l-Ippjanar dwar minn fejn preċiż ser tgħaddi t-triq.
Leg 9 PQ #6684 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Proġett "Connections"

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 6496, jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw il-kumitat li se jaġġudika s-sottomissjonijiet dwar il-proġett "Connections"? Meta hu maħsub li se jiġi ppreżentat dan ir-rapport lill-gvern?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-membri tal-kumitat huma: Il-Perit Vincent Cassar bħala Chairman Is-Sur George Micallef bħala rappreżentant tal-Ministeru tat-Turiżmu In-Nutar Vincent Miceli bħala rappreżentant tad-Dipartiment ta' l-Artijiet Il-Perit George Cilia bħala rappreżentant ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar L-Avukat Edward Woods bħala rappreżentant tal-Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni u l-Professur Daniel Darmanin. Ma ġiet iffissata l-ebda data meta l-Bord għandu jippreżenta r-rapport tiegħu iżda dan hu mistenni fil-futur qarib.
Leg 9 PQ #6685 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdid

Question

Rigward l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq, jista' l-Ministru jgħid: 1) kemm huwa ppjanat li se jkun in-numru ta' sodod f'dan l-isptar? 2) rigward il-każ li kien imsemmi fil-media li ma kienx ippjanat li jkun hemm scrub room u anaesthetic room ma' ġenb l-operating theatre: a) jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli għal dan l-iżball jew negliġenza; b) kemm se jiswa lill-gvern Malti biex jirrimedja dan l-iżball; c) jista' l-gvern Malti jiġi kompensat għal dawn id-danni minn min hu responsabbli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Għall-ewwel parti tad-domanda nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għal-mistoqsija numru 6294 u 6662. Rigward il-każ imsemmi fil-Media nixtieq ngħidlu li min ħareġ b'din il-ħmerija jfisser li mhux kapaċi jiddistingwi bejn concept design u pre-construction design. Dan ghaliex huwa fl-istadju tal pre-construction design, li jkun ħafna aktar iddetaljat, li Anaesthetic Room u l'Scrub Room ikun identifikati fuq il-pjanti.
Leg 9 PQ #6686 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Raħal Ġdid — Ċentru tas-Saħħa

Question

Rigward il-poliklinika ta' Raħal Ġdid, jista' l-Ministru jgħid: 1) kemm-il grupp ta' tobba hemm qed jaħdmu bħalissa f'din il-poliklinika? Kemm hemm tobba f'kull grupp? 2) kemm suppost ikun hemm tobba fil-poliklinika waqt in-night shift? 3) x'tip ta' servizzi paramediċi qed jitħaddmu minn ġo din il-poliklinika?

Response (DEGUARA, LOUIS)

1. It-tobba fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal il-Ġdid jaħdmu f'ħames gruppi. 2. Bhalissa hemm grupp wieħed b'ħames tobba u erba gruppi ta erba tobba. Hemm wkoll żewġ tobba part-timers li jaħdmu regolari bil-lejl mit-8.00pm sa l-4a.m. (ma tnejn mill-gruppi li huma b'erba tobba). Hemm tabiba oħra li ma taħdimx siegħat diversi matul il-ġurnata. 3. Il-full complement ta' tobba waqt in-night shift huwa ta' sitt tobba. Bhalissa ikun hemm tobba skond il-gruppi kif inhuma fil-present. 4. Is-servizzi paramediċi li jitħaddmu minn ġo dan iċ-centru tas-Sahha huwa: servizzi ta' radjografija, servizz ta' podoloġija, servizz ta' fiżjoterapija, servizz ta' dental hygiene, servizz ta' speech therapy, servizz ta' tilqim, servizz ta' nurses (24 siegħa kuljum), servizz ta' elettrokardjografija, servizz ta' farmaċija.

Santa Venera — Ċentru Ħidma Soċjali

Question

Rigward iċ-Ċentru Ħidma Soċjali f'Santa Venera, jista' l-Ministru jgħid jekk fir-reception hemmx security guard stazzjonat? Jekk fin-negattiv, jista' l-Ministru jara li dan isir peress illi jekk u meta jinqala' xi inkwiet il-persuni li jaħdmu hemmhekk mhumiex kapaċi jilqgħu għal din il-forma ta' gwaj?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-risposta għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv. Dwar it-tieni parti, jien għandi parir li s'issa ma jinħassx il-bżonn li jkun hemm 'security guard'. 10.5.99
Leg 9 PQ #6689 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Armi awtomatiċi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6557, il-Prim Ministru jara li r-risposta taqbel mad-domanda ta' l-Onor. Anġlu Farrugia, liema domanda mhux qed tmur kontra l-prinċipju ta' sikurezza dwar ħażna ta' armi u munizzjon, imma saret minħabba li fid-Depot tal-Mosta (AFM) qegħdin fil-fatt jiġu maħżuna flimkien armi awtomatiċi u munizzjon? Jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni għandha tiġi rimedjata mmedjatament?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6557, nikkonferma l-prinċipju dwar il-ħażna ta' armi u munizzjon hu li kemm jista jkun, dawn jinżammu separati minn xulxin. Ninsab infurmat li l-prinċipju msemmi qed jiġi osservat mill-Forzi Armati u filwaqt li minħabba raġunijiet ta' sigurta ma naħsibx li għandhom jiġu pubblikati dettalji, nistieden lill-Onor Interpellant biex jekk irid, nikkommunikalu l-informazzjoni, privatament.
Leg 9 PQ #6691 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — DFA 16/98

Question

B'riferenza għall-applikazzjoni ta' post ta' assistent kap ta' skola (skejjel primarji) permezz tas-sejħa għall-applikazzjoni nru DFA 16/98, jista' l-Prim Ministru jgħid: 1) x'kienu l-kriterji oriġinali approvati mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku għal dawn l-interviews? 2) x'kienu l-kriterji adottati unilaterlament mill-bord ta' l-għażla? 3) kienx hemm raġunijiet oħra barra mill-bdil, fil-kriterji l-għala l-eżerċizzju tas-selezzjoni ġie annullat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ġejt infurmat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, b'dan li ġej: Il-kriterji li ġew approvati mill-Kummissjoni, fuq ir-rakkomandazzjoni tad-Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni kienu dawn: Suitability for post 60 Personality 40 Addi tional Qualifications 20 Relevant Work Experience 40 Professional Commitment 40 200 Pass Mark 100 Bħall ma tagħmel f'kull każ, il-Kummissjoni ppubblikat dawn il-kriterji fin-Notice Board ta' l-Ufficcju tagħha fl-1 ta' Lulju 1998, ie: qabel saru l-interviews. Il-Kummissjoni hi tal-fehma li ġaladarba dan il-proċess ta' l-għażla ġie annullat, m'għandhiex tingħata aktar informazzjoni dwar dan il-proċess.
Leg 9 PQ #6692 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Consortium MIDI — Letter of intent

Question

Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 6179 għax ir-risposta li ngħatat ma taqbilx ma' l-informazzjoni li ntalbet f'din il-mistoqsija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6179.
Leg 9 PQ #6693 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island/Tigne' Point — Żvilupp

Question

Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 6178 għax ir-risposta mogħtija ma tapplikax għall-informazzjoni mitluba?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6177.