Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar — Postijiet battala

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Ministeru, id-dipartiment u/jew l-Awtorita' tad-Djar għandhomx informazzjoni dwar postijiet vojta mxerrda f'Malta u Għawdex, informazzjoni bħal jekk fihomx ħsarat u min huma s-sidien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

La l-Awtorita' tad-Djar u lanqas id-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali m'għandhom din l-informazzjoni. Pero' dawk l-applikanti għall-post alternattiv mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali li għandhom periklu fir-residenza tagħhom qed jiġu mistiedna mill-Awtorita' tad-Djar biex japplikaw taħt l-Iskema tagħha. L-Awtorita' tad-Djar diġa għamlet spjegazzjoni fuq dawn ir-residenzi fil-lokalitajiet tal-Cottonera, Kalkara, il-Furjana w il-Belt Valletta. 10.5.99
Leg 9 PQ #6786 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Segretarju Parlamentari — Żjara fiċ-Ċina

Question

B'riferenza għaż-żjara li s-Segretarju Parlamentari kellu dan l-aħħar fiċ-Ċina, jista' l-Ministru jgħid x'diskussjonijiet saru u x'riżultati ġew miksuba?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li waqt iż-żjara tiegħu fiċ-Ċina s-Segretarju Parlamentari kellu diversi laqgħat. F'Beijing, huwa ltaqa' mal-Viċi President ta' l-All China Youth Federation (ACYF) Ms. Huang Danhua, mal-Viċi Ministru ta' l-Edukazzjoni Ahang Tian Bao, mal-Viċi Chairman taċ-Chinese People's Political Consultative Conference (CPPCC) Chen Jum Sheng, mal-Viċi Ministru ta' l-State General Administration of Sports Wu Cao Ju u mal-Manager Director taċ-China National Blue Star Chemical Cleaning Cooperation Ren Jian Xin. Ġie ffirmat ftehim ta' Exchange mal-ACYF filwaqt li fil-laqgħat l-oħra ġew mistħarrġa l-possibilitajiet ta' koperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ, sport, edukazzjoni u vocational training. Fil-laqgħa mad-direttur taċ-China National Blue Star Chemical Cleaning Cooperation, is-Segretarju Parlamentari tkellem dwar possibiltajiet u faċilitajiet li Mlata toffri fil-qasam finanzjarju u tat-trasbord kif ukoll dwar possibiltajiet ta' aktar kummerċ maċ-Ċina u korporazzjonijiet bħal dik tal-Blue Star Cooperation. Fi Xi'An, is-Segretarju Parlamentari żar l-istitut tal-Youth Leaders fejn iltaqa' ma' għadd ta' żgħażagħ u l-għalliema tagħhom. Huwa għamel diskors waqt assemblea li saret apposta għal din iż-żjara. Żar ukoll iċ-Ċentru tar-restawr fi Xi'An fejn ġew murija xogħlijiet u teknika użati minn esperti Ċiniżi u Taljani fil-qasam tar-restawr. F'Shanghai is-Segretarju Parlamentari ltaqa' mas-Segretarju Ġenerali tax-Shanghai Youth Fedeeration kif ukoll mal-kap ta' l-International Affairs ta' l-istess Federazzjoni. L-aħħar laqgħa tas-Segretarju Parlamentari tkellem dwar Pudong New District. Fiż-żewġ laqgħat is-Segretarju Parlamentari tkellem dwar x'toffri Malta għaż-żgħażagħ Ċiniżi bħalma huma korsijiet tal-lingwa, turiżmu u hotel management courses. Tkellem ukoll dwar il-possibbilita` ta' skambji fil-qasam taż-Żgħażagħ, Sport, Xjenza u Teknoloġija. Huwa mistenni li b'riżultat ta' din iż-żjara r-relazzjonijiet bejn Malta u ċ-Ċina jkomplu jissaħħu u jiżdiedu l-possibiltajiet ta' skambji għaż-żgħażagħ Maltin.
Leg 9 PQ #6787 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Stipendji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6004?

Response (GALEA, LOUIS)

Ir-Rapport Galdes dwar is-suġġett tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u fih ħafna mit-tagħrif mitlub. Issa l-Gvern qed jikkonsidra l-proposti kollha biex jasal għal deċiżjoni definittiva.
Leg 9 PQ #6788 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Item 4178

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6057, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' liema għaqdiet sprotivi ġew mogħtija għajnuna u kemm ingħataw?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għaqdiet sportivi li ġew mogħtija għajnuna huma dawn: LM Moviment Kerygma 2000 Għażliet Sportivi Nazzjonali 2000 Inter Amateur Soccer Competition 500 National Campaign 2000 (Solidarity through Sport 1999) Pembroke Atleta Juvenis Sports Club 350 Tour ta' Malta 1500 St Julians Pigeon Club 60 Malta Handball Association 1000 Malta Basketball Association 3000 Stelmar Football Club 200 Fr Charles Cini 800 Tennis Club Kordin 2000 Savio Salesian House 500 Malta Students Sports 1000 Amateur Swimming Association 4000 Paola Clay Pigeon Shooting Team 500 Paddy Stubbs Leisure Centre 750 Mr John Attar (Marathon) 250 Malta Tennis Federation 2500 Archery Association of Malta 800 The Runners Centre 400 Malta Mountain Bike Association 1250 Kunsill Lokali Xagħra 300 Malta Shokotan Karate-Do 300 Malta Tenpin Bowling Assoc. 1000 Vittoriosa Lawn Tennis Club 600 Squash Rackets Assoc. 200 Tarxien Rainbows F.C. 2000 National Fencing Association 1750 University of Malta (Sports Comm) 2000
Leg 9 PQ #6789 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Item 60

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6056, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx sejħa jew inġabrux quotations għax-xogħol imsemmi? Jekk iva, kemm daħlu quotations u lil min ingħata x-xogħol jew mingħand min inxtraw l-affarijiet imsemmija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol fuq il-'partitions' u l-istallazzjoni ta' l-elettriku sar min-nies tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport u d-Dipartiment tal-Kultura. Il-materjal meħtieġ biex isir dan ix-xogħol inxtara mingħand L. Filletti (Lm100.11) u E. Calleja & Sons (Lm156.47) Xogħlijiet ta' telephones saru mill-ħaddiema tal-Maltacom. Il-materjal meħtieġ inxtara mingħand Mandarin Ironmongery (Lm5.24) u L. Filletti (Lm25). Id-Dipartiment ħareġ dawn il-quotations: Tapiti: Forestals, J.B. Stores, Beta Centre Ltd u C & H Bartoli. Ix-xogħol ingħata lil Beta Centre Ltd għall-prezz ta' Lm399.11. Skrivaniji: Bezzina Bros, Invicta Ltd u Oxford House. L-affarijiet inxtraw mingħand Oxford House. In-nefqa kienet Lm539.99. Għamara Oħra: Bezzina Bros, Invicta Ltd u Oxford House. L-affarijiet inxtraw mingħand Invicta Ltd. Dawn ammontaw għal Lm490. Spejjeż oħra kienu jinkludu xiri ta' żebgħa, ġarr ta' materjal (bil-period contract) u shifting ta' 'air conditioners'.
Leg 9 PQ #6790 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żjara tal-Juventus — Promuturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6034, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' ittra li ntbagħtet lill-kumpanniji msemmija mill-organizzaturi taż-żjara tal-Juventus u kopja minn quddiem u minn wara taċ-ċekkjiet li nħarġu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kunsilli lokali — Faċilitajiet sportivi

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6061, jista' l-Ministru jpoġġi kopja tar-rapport li qed jagħmel referenza għalih? Jista' l-Ministrui jgħid ukoll x'kienet l-inizjattiva li kienet ittieħdet qabel l-1996 rigward il-faċilitajiet sportivi?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra ir-rapport mitlub. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija l-inizjattiva li kienet ittiehdet tohrog ukoll mit-twegiba li nhgatat ghall-mistoqsija parlamentari numru 6061.
Leg 9 PQ #6798 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Spiżerija - Xiri ta' mediċina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif klijent li mar jixtri mediċina nhar is-Sibt, 1 ta' Mejju mill-ispiżerija ta' l-Isptar San Luqa ma ngħatax riċevuta għal mediċina li xtara?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Hemm bżonn ta' iktar dettalji sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw dan il-każ. Id-dettalji meħtieġa huma: 1. L-isem tal-pazjent 2. L-isem tal-mediċina 3. Il-ħin li mar l-ispiżerija Nitlob lill-Onor. Interpellant jaddhili d-dettalji anke privatament.
Leg 9 PQ #6821 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Triq li tieħu miż-Żebbuġ għall-Għasri

Question

Taf il-Ministru li t-triq li tieħu miż-Żebbuġ għall-Għasri (ħdejn iċ-Ċimiterju ta' l-Għasri u l-pumping station tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma) tinsab fi stat diżastruż u tinħtieġ attenzjoni urġenti? Meta hemm il-ħsieb li l-imsemmija triq se tiġi rranġata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħol fit-Triq li tieħu miż-Żebbuġ għall-Għasri huwa mdaħħal fil-programm ta' xogħolijiet ta' toroq f'Għawdex.
Leg 9 PQ #6822 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Dipartimenti governattivi

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 901?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

It-tagħrif mitlub qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #6823 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Hospital Auxiliaries

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5704 li kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' taf li l-prassi hi li dawk il-ħaddiema li jagħmlu 15-il sena jaħdmu bħala Hospital Auxiliary group B (ekwivalenti għal grad 18) fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex dawn awtomatikament jieħdu group D? Jaf il-Ministru li f'dan l-isptar hemm ħaddiema li minkejja li skorrew iż-żmien stipulat jaħdmu x-xogħol fuq imsemmi, dawn baqgħu ma ħadux il-grad ta' group B? X'passi se jittieħdu biex dawn it-talin jieħdu l-grad mistħoqq? Kemm hemm ħaddiema ta' dan it-tip jaħdmu fl-isptar fuq imsemmi li huma ntitolati għal grad ta' group B u għadhom ma ħaduhx? Kemm hu n-numru ta' dawk il-persuni li kienu ntitolati għal dan il-grad ta' group B u baqgħu ma ħaduhx anke li llum spiċċaw l-impjieg tagħhom bl-eta'? X'se jiġri minn dawn l-ex-ħaddiema u kif se jiġu rimedjati dawn in-nuqqasijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-preżent fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemm żewġ Hospital Auxiliaries Group II (scale 18) u l-proċeduri diġa' nbdew biex dawn jiġu promossi għal Health Assistants. Infatti l-kaz tagħhom qiegħed quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Jiena nfurmata wkoll li ma jidhirx li hemm xi persuni li m'għadhomx impjegati li huma ntitolati għal din il-promozzjoni.
Leg 9 PQ #6824 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Sptar Monte Carmeli — Dħul/ħruġ

Question

Peress li d-dħul u l-ħruġ ta' l-Isptar Monte Carmeli huwa perikoluż ħafna u spiss jiġru nċidenti tat-traffiku, jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jiġi attwat il-pjan li hemm biex din il-problema tiġi solvuta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6825 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Main garden

Question

Peress li bi nhar fil-main garden ta' l-Isptar Monte Carmeli qed ikun mimli b'karozzi ta' ċerti mpjegati, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji jintużaw biex ċerti mpjegati jgawdu minn dan id-dritt u oħrajn le?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ispazju għall-parking ġewwa l-main garden ta' l-isptar Monte Carmeli huwa limitat. Għalhekk dawk l-impjegati li jilħqu post, jipparkjaw viċin il-main garden. meta dan il-post jimtela jipparkjaw fil-parking area li hemm barra l-bieb ta' l-isptar.
Leg 9 PQ #6828 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assistenti kapijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru assistenti kapijiet fi skejjel sekondarji mit-22 ta' Novembru, 1998 (minn meta skadiet il-lista ta' ordni tal-mertu ta' interviews li kienu saru fl-1996) sal-lum? Minn dawn l-assistenti kapijiet kemm minnhom kellhom l-approval wara t-22 ta' Novembru, 1998? Meta hu mistenni li l-promotions jingħataw lil dawk li għaddew mill-eżami skond kif ippubblikat fl-1 ta' Frar, 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mit-22 ta' Novembru 1999 'l hawn ġew appuntati seba' Assistenti Kapi fi Skejjel Sekondarji. Dawn ġew approvati fl-4 ta' Jannar 1999 iżda kienu ġew irrakkomandati qabel l-20 ta' Novembru 1998, jiġifieri qabel ma skada r-riżultat tas-sejħa għall-applikazzjonijiet li kienet ġiet ippublikata fit-12 ta' Ġunju 1995. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija wieħed irid ifakkar li kienet saret sejħa oħra għall-applikazzjonijiet ta' Assistent Kapi fl-Iskejjel Sekondarji jiġifieri fil-21 ta' Mejju 1998 u li rriżultat tagħha ġie ppublikat fid-29 ta' Jannar 1999. Min dan ir-riżultat ġew irrakomandati l-ewwel seba' skond l-ordni tal-mertu. Id-Diviżjoni qed tistenna t-tweġiba tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku qabel ma tagħmel il-ħatriet.
Leg 9 PQ #6829 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Injury on duty

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' injury on duty fl-Isptar Monte Carmeli fuq nurses, nursing aides u health assistants minn Settembru, 1998 sa l-24 ta' Diċembru, 1998 sala sala, u x'injury kellhom? Kemm kien hemm każi ta' injury on duty ta' nurses, Nursing Aides u Health Assistants mill-25 ta' Diċembru, 1998 sal-lum fl-istess sptar? F'dak il-każ ukoll, jista' l-Ministru jagħti l-lista mqassma sala sala, u x'injury kellhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn Settembru sa l-24 ta' Diċembru ta' l-1998 kien hemm dawn l-injuries: Grade Ward Injury __________________________________________ _________________________ 1 Nurse MW2 Nasal Trauma 2 Nurse FW5A Septic Left finger 3 H/Aux FW5B Needle puncture right thigh Injury on duty ta' nurses, Nursing Aides u Health Assistants mill-25 ta' Diċembru, 1998 sal-lum fl-istess sptar kien hemm sebgħa: Grade Ward Injury __________________________________________ _________________________ 1 Nurse MW2 Abrasion right side face 2 Nurse MW2 Punch on nose 3 Nurse MW2 Abrasion right Elbow 4 Nurse FW7 Abdo-muscle strain 5 Nurse FW10 Cervical neuralgia 6 Nurse Ħal-Far Adult T/C Ligament sprain Grade Ward Injury __________________________________________ ________________________ 1 H.Ass Mess Oil in eye needing occlusion _______________________________________ ___________________________ 1 N/Aide nil nil
Leg 9 PQ #6830 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Kenniesa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kenniesa fl-Isptar Monte Carmeli biex jieħdu ħsieb it-tindif ta' toroq, passaġġi u btieħi ta' l-istess sptar? Jista' l-Ministru jieħu passi ħalli jitnaqqas il-ħmieġ li jeżisti f'dawn il-postijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Hemm sitta min-nies biex jieħdu ħsieb it-tindif ta' toroq, passaġġi u btieħi.
Leg 9 PQ #6831 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Sala 10

Question

Minn mindu suppost ingħalqet sala 10 ta' l-irġiel fl-Isptar Monte Carmeli fl-24 ta' Diċembru, 1998, jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa lill-gvern sa l-aħħar ta' April, 1999 fi ħlasijiet ta' overtime biex sala 10 tibqa' miftuħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kif għidt diversi drabi, Sala 10 ta' l-irġiel fl-Isptar Monte Karmeli, mill-24 ta' Diċembru 1998 'l quddiem ma baqgħetx tintuża għall-pazjenti psikjatriċi ta' l-Isptar. Baqgħet tintuża biss għal persuni mill-Faċilita' Korettiva ta' Kordin li jkollhom bżonn kura psikjatrika. Dan sar biex jiġu implimentati ir-rakkomandazzjonijiet internazzjonali. Għaldaqstant din is-Sala m'għandhiex staff complement fiss. Jintuża' l-overtime biex jingħata in-nursing care li jkun meħtieġ. L-ispiża f'overtime mill-24 ta' Diċembru 1998 sa l-aħħar ta' April 1999 laħqet Lm18,244.
Leg 9 PQ #5239 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Marsa — Triq is-Sajjied - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol li għandu x'jaqsam ma' bdil tas-sistema tad-drenaġġ minħabba l-volum kbir ta' ilma tax-xita f'Fisherman Street, Marsa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Dan ix-xogħol jikkonċerna lid-Dipartiment tat-Toroq, għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #5240 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżeriji — Asperin E.C. 75mg

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li bejn l-20 u s-27 ta' Frar, 1999 ma kienx hemm Asperin E.C. 75mg fl-ispiżeriji tal-Gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-mediċina Aspirin E.C. 75 mg tablets mhix 'stock item' imma tinxtara għall-pazjenti partikolari wara li din tiġi approvata mid-'Drugs & Therapeutics Committee(DTC). Dan l-aħħar, il-konsum ta' din il-mediċina żdied minħabba li d-domanda għal dan il-prodott żdiedet. Għaldaqstant, kien hemm nuqqas biss temporanju mill-Ispiżerija ta' l-Outpatients ta' l-Isptar San Luqa mis-Sibt, 20 ta' Frar 1999, sat-Tlieta, 23 ta' Frar 1999 meta ġew imqassmin kwantita' mill-Istores dak in-nhar wara nofsinhar.

Anzjani — Home help

Question

Jista' l-Ministru jara li jingħata s-servizz tal-Home Help lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Każ imsemmi f'din il-Mistoqsija Parlamentari ġie mressaq quddiem il-bord fit-23 ta' Marzu, 1999. Il-Bord approva li din il-persuna ingħata sagħtejn (2) servizz ta' Home Help fil-ġimgħa. 10.5.99