Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35371 Sitting 790 2002-09-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Utilities

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-topic paper dwar il-utilities li ġiet ippubblikata mill-awtorita' ta' l-ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tal-Utilities Topic Paper li hu maqsum f`żewġ partijiet, (Draft for Public Consultation u Executive Summary). Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill-webpabe ta` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (www.mepa.org.mt).
Leg 9 PQ #35429 Sitting 790 2002-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Tender

Question

B’riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34274, jista’ il-Ministru jgħid min issottometta offerti għall-bini ta’ underground car park, dressing rooms u substation? Ta’ kemm kienet kull offerta? Ittieħdet deċiżjoni dwar min rebaħ it-tender? Jekk iva, jista’ jagħti aktar dettalji?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #35430 Sitting 790 2002-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm daħħal il-gvern s’issa, din is-sena mill-VAT? Jista’ jagħti l-figuri xahar b’xahar bejn Jannar u Awissu?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija din : Dħul mill-VAT Jannar - Awissu 2002 Jannar Lm 9,660,545 Frar Lm 8,725,559 Marzu Lm 9,296,620 April Lm 9,981,645 Mejju Lm 11,012,968 Ġunju Lm 7,758,794 Lulju Lm 10,960,896 Awissu Lm 7,997,266 Total Lm 75,394,293
Leg 9 PQ #35431 Sitting 790 2002-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel tal-Knisja

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hu kkalkolat li se jingħata lill-iskejjel tal-knisja għas-sena skolastika li se tibda fi ftit jiem oħra skond il-ftehim bejn il-knisja u l-istat? Il-gvern huwa nformat kif dawn jitqassmu bejn skola u oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-figuri mitluba mill-Onor. Membru jiġu sottomessi għall-kunsiderazzjoni tal-Ministeru in konnessjoni ma' l-Estimi Finanzjarji 2003, u għalhekk ma jkoprux sena skolastika iżda sena finanzjarja. Dawn il-fondi jgħaddu lis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika kull xahrejn, skond il-Ftehim bejn is-Santa Sede u Malta, wara li l-awtoritajiet tal-Knisja jkunu taw dettalji dwar il-fondi meħtieġa minn kull skola.
Leg 9 PQ #35434 Sitting 790 2002-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tifla b'Diżabilita'

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’konsiderazzjoni qed tingħata lill-ittra tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, li bagħtet lid-diviżjoni ta’ l-edukazzjoni fid-9 ta’ Settembru, 2002 dwar bintha b’diżabilita’?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel Sekondarji ta' l-Istat, l-istudenti jattendu sa ma jagħlqu sittax-il sena. Ikomplu jattendu biss meta jaqbżu din l-eta` dawk li huma fil-ħames klassi u/jew għandhom potenzjal akkademiku. Informat li fil-każ imsemmi, l-istudenta li għalqet is-sittax-il sena, tattendi s-Sannat Special Unit fejn tista' tkompli l-edukazzjoni tagħha.
Leg 9 PQ #35435 Sitting 790 2002-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliem

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament tneħħiet mill-junior lyceum Carlo Diacono? Xi kwalifiki għandha? Min intbagħat minfloka? Xi kwalifiki għanda?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-klassifikazzjoni tal-Junior Lyceum Carlo Diacono irriżulta li kien hemm għalliem żejjed (redundant) fil-Matematika. Il-Junior staff member f'dan is-suġġet kient il-persuna msemmija, li għalhekk ġiet trasferita fi skola oħra fejn kien hemm nuqqas ta' għalliem tal-Matematika.
Leg 9 PQ #35436 Sitting 790 2002-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fdalijiet Storiċi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex jiġu mħarsa l-l-fdalijiet preistoriċi li hemm fl-inħawi Tas-Sruġ f’Għawdex li jinsabu fil-periklu li jiġu meqruda minn iżjed u iżjed bini?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'post fi Triq is-Srug, ix-Xagħra, instabet evidenza ta' fdalijiet preistoriċi waqt eżerċizzju ta' Archaeological Impact Assessment li kien qed isir fl-istess post in konnessjoni għal żvilupp. Ta' min jgħid li fl-area fejn instabet din l-evidenza għadu ma ngħata ebda permess għal żvilupp. Id-Dipartiment tal-Mużewijiet għadu jrid jagħmel aktar studji u analiżi ta' din l-evidenza.
Leg 9 PQ #35437 Sitting 790 2002-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’konsiderazzjoni se tingħata mill-MEPA għall-oġġezzjonijiet tar-residenti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq għall-applikazzjoni 01254/01 li kieku kellha tiġi aċċettata ċċaħħadhom minn art u mogħdija li jqisu tant bżonnjużi għalihom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dwar l-applikazzjoni PA 1254/01, il-MEPA ma rċeviet ebda rappreżentazzjonijiet jew oġġezzjonijiet minn residenti. Din l-applikazzjoni li hija talba sa biex tiġi rijabilitata camping site eżistenti u jsiru xogħolijiet ta` landscaping ġiet approvata mill-MEPA fid-29 ta` April 2002.

Policy

Question

B’riferenza għar-rispota tal-mistoqsija parlamentari 35177, jista’ il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument dwar policy dwar saħħa u sigurta’ fuq il-post tax-xogħol kif ukoll ta’ l-istatement ta’ policy li ġew maħruġa mid-diviżjoni tax-xogħlijiet pubbliċi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti msemmija.

Fdalijiet Storiċi

Question

Jista’ il-Ministru jikkonferma jekk waqt il-bdil ta’ l-art tal-bitħa tal-palazz instabux xi fdalijiet storiċi, liema fdalijiet ġew mirduma mill-ġdid?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li f'parti mill-bitħa fejn kienu qed jinbidlu xi servizzi nstabet parti minn troll li kien iservi ta' riserva għall-ilma. Din kienet nofsha imġarrfa, minn żmien il-gwerra, u mimlija radam ta' ebda mportanza storika. It-troll ġie dokumentat u reġa' ngħalaq.

Furjana — Restawr tal-Funtana

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol ta’ restawr fuq il-funtana ta’ l-iljun fil-Furjana?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Filwaqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35146, ninsab infurmat li sar ix-xogħol preparattiv. Ix-xogħol għandu jkompli fil-ġranet li ġejjin.

Pieta' — Triq Marina

Question

Peress li triq Marina fil-Pieta` hi arterial road, xogħlijiet fuq il-bankina tagħha jsir mill-gvern ċentrali? Jekk fl-affermattiv, jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda dan ix-xogħol tant meħtieġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minħabba li Triq Marina hija triq arterjali, ix-xogħol ta' bankini jaqa taħt id-Direttorat għat-Toroq. Id-Direttorat se jispezjona t-triq imsemmija biex jara x-xogħlijiet li hemm bżonn isiru.

Drenaġġ

Question

Peress li reġa` qed ikun hemm intejjen ħerġin minn sprall fi Triq ix-Xatt f’Tal-Pieta` (fejn numru 46), jista` il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tad-drenaġġ jistax jagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li wara stħarriġ li sar mill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ, instabet ħsara f'manhole li qed tiġi msewwija.

Tindif

Question

Jista' il-Ministru jgħid tistax art tal-uffiċju konġunt fi triq il-Kappillan Mifsud, kantuniera ma’ Misraħ il-Barrieri St. Vernera tiġi mnaddfa sew, peress li saret bejta għall-ġrieden hu ta’ inkonvenjent kbir għal min joqgħod fl-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

Jien infurmat li l-Ufficcju Kongunt ghandu bini dilapidat u gardina li tmiss mieghu fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Peress li parti mill-bini waqa u ghalaq l-uniku access ghal gardina din allura ma ghadix accesibbli biex titnaddaf minhabba l-fatt ukoll li hija mdawra bil-bini. Madankollu d-Dipartiment se jara x'jista jaghmel biex jnehhi l-inkonvenjent.
Leg 9 PQ #35451 Sitting 790 2002-09-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

CDAU

Question

Jista' il-Ministru jgħid tistax tiddawwal il-parking area għad-dipartiment CDAU fi triq Zammit Clapp, Pieta`?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Toroq

Question

Jista` il-Ministru jagħti breakdown dettaljat tan-nefqa ta’ Lm30.0 miljuni li l-Prim Ministru semma li ntefqu f’toroq f’dawn l-aħħar erba` snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għada qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Spejjer

Question

Jista' il-Ministru jgħid x’rapporti saru mill-awtorita' tar-riżorsi fuq l-ispejjer tal-Wied tal-Marfa dwar il-problemi li nħolqulhom fix-xhur li għaddew wara li sfaw bla ilma? Jista’ jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' ħejjiet rapport fejn ġew identifikati l-kawżi tan-nuqqas ta' ilma rappurtat mill-bdiewa. Qed inqiegħed kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35472 Sitting 790 2002-09-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista’ il-Ministru jara li tittranġa l-lampa pubblika fi Sqaq 14, Triq il-Kbira, Żebbuġ, li ilha maqtugħa diversi ġimgħat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Din it-talba ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.

Housing

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intefqu f'din il-leġislatura għal dawn il-proġetti fil-Furjana, każ b'każ: i) tindif u tibjid tal-loġoġ mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar ii) riabilitazzjoni tad-dar ta' l-anzjani iii) embellishment madwar il-housing estate a) Triq il-Foss u b) f'Binja Vilhena mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Sliema — Housing

Question

B'riferenza għall-mistoqsija preċedenti dwar il-każ ta' housing tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dan il-każ urġenti ta' housing huwiex qed jingħata l-kunsiderazzjoni xierqa mill-awtoritajiet kompetenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat illi l-każ qed ikun ikkunsidrat.