Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, ġiet impjegata ma' l-Institute of Tourism Studies? Jista' l-Ministru jgħid:- 1) ħarġitx call for applications; 2) ma' min huwa mpjegat; 3) x'kariga qed jokkupa; 4) x'inhi n-neċessita' ta' din il-kariga; 5) x'inhu l-job description; 6) x'inhuma l-kondizzjonijiet li ngħata; u 7) x'salarju qed jingħata u minn fejn qed jitħallas dan is-salarju?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-persuna indikata fil-Mistoqsija mhux impjegat ma' l-'Institute of Tourism Studies' imma ġie ngaġġat bħala konsulent fuq bażi 'part-time'. Għall-ingaġġ ta' konsulent m'hemmx ħtieġa li toħrog sejħa għall-applikazzjoni.
Il-kuntratt huwa bejn in-'National Tourism Organisation - Malta' u l-konsulent, li jrid jaqdi dmiru fl-'I.T.S.'.
Il-kariga ta' konsulent hija dik ta' 'Catering Facilities Manager' u d-dmirijiet tiegħu jinkludu:
* li jiżgura t-tmexxija tat-'training kitchens' ta' l-Istitut u li jara' li l-'istandards' ta' saħħa, iġene u sigurta' jkunu ta' l-ogħla kwalita';
* li jkun responsabbli għat-tmexxija ta' l-'istores' u jiżgura 'stock' adegwat u ta' l-ogħla kwalita', kontroll sħiħ fix-xiri ta' ħwejjeġ ta' l-ikel fuq bażi ta' 'Open Market Buying' dan wara li jintalbu 'quotations' mingħand diversi 'wholesalers', u jara' li dawn ikunu maħżuna professjonalment;
* li jiżgura li t-tagħmir fil-kċejjen ta' l-Istitut ikun fl-aħjar stat ta' operazzjoni u li jiżgura l-manutenzjoni tagħhom issir fuq bażi regolari;
* li jrid jirraporta lill-'Principal Lecturer (Food and Beverage Operations)' u li jrid jimplimenta l-'policies' u l-proċeduri kif mogħtija lilu.
Ninsab infurmat ukoll li nħasset il-ħtieġa għall-ingaġġ ta' konsulent minħabba t-tmexxija xejn tajba li biha kienu qed jitmexxew l-'istores' ta' l-'I.T.S.'. Il-persuna li qabel kienet tmexxi dawn l-'istores', filwaqt li kien responsabbli għax-xiri ta' ħwejjeġ ta' l-ikel, kien ukoll jeħodhom 'on charge' u fl-istess ħin kien joħroġhom lill-'lecturers' jew studenti. Barra minn hekk kien hemm diversi każijiet fejn ix-xiri sar minn 'supermarkets' u l-prezz mitlub ma kienx kompetittiv. L-anqas ma kienet tintuża sistema ta' 'bin cards' bil-konsegwenza li ma kienx hemm 'stock control'. Barra minn hekk ma kenitx tintuża s-sistema 'first-in first-out', b'konsegwenza li ikel, bħal ħut u laħam, kien jibqa' fil-'cold rooms' għal żmien twil, u f'ċertu każijiet kellu jintrema.
Skond il-kuntratt, il-konsulent ġie ngaġġat għal sena u jrid jagħti mhux anqas minn ħamsa u għoxrin (25) siegħa fil-ġimgħa.
Is-salarju ta' dan il-konsulent huwa ta' Lm5,850 fis-sena u jitħallas mill-'I.T.S.'.
Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-Ministeru tiegħu u minn liema entita' ġejjin? Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija numru 3514; mid-data ta` din it-tweġiba sar kuntratt ma` erba` persuni oħra, jiġifieri:
Mario Cardona Secretariat Pool Public Officer
Victor Caruana Secretariat Pool Public Officer
Frank Zammit Secretariat Officer On Contract
Josette Abdilla Cunningham Secretariat Officer Mid-Med Bank
Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-Ministeru tiegħu u minn liema entita' ġejjin? Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett bi sħab mal-Bank of Valletta biex it-tempji ta' Ħal Tarxien jiġu ppreżentati aħjar lill-viżitaturi?
Response (GALEA, LOUIS)
Qed insegwi l-iżvilupp ta' dan il-proġett b'ħafna interess fil-kwadru ta' riforma komprensiva tal-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-wirt kulturali tal-poplu tagħna. Kif diġa` ħabbart ftit ġranet oħra ser inlaqqa` l-esperti Maltin flimkien ma' esperti barranin biex flimkien infasslu strateġija għall-konservazzjoni tat-tempji megalitiċi. Il-BOV Heritage Trust qed tieħu sehem sħiħ f'dawn l-iżviluppi.
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proġett tal-Fondazzjoni Patrimonju Malti li jinfetaħ mużew tal-kostumi f'pajjiżna? X'appoġġ ta l-Ministeru lil dan il-proġett?
Response (GALEA, LOUIS)
Sfortunatament għadu ma ntgħażilx il-post fejn ser jinfetaħ il-Mużew Nazzjonali tal-Kostumi.
Mediterranean Conference Centre — Wirja ta' statwi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-idea tal-wirja ta' l-istatwi li kienet se tiġi organizzata f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi mill-Fondazzjoni Patrimonju Malti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minħabba raġunijiet ta' tibdil ta' dati proposti għal din il-wirja, minħabba li diversi affarijiet intefgħu lura bil-perjodu elettorali tas-sena l-oħra, il-wirja kellha tiġi mħassra.
Minn Jannar, 1999 sa April, 1999, jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar fuq it-tindif tat-toroq? Liema toroq huma mdaħħlin f'dan il-programm tat-tindif? Kemm minn dawn it-toroq huma arterjali u għalhekk responsabbli għalihom il-gvern ċentrali u kemm minnhom huma sekondarji u għalhekk responsabbli għalihom il-kunsill lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilu miftuħ l-Istitut għall-Istudji fit-Turiżmu kemm studjaw żgħażagħ fih, sena b'sena? Kemm hemm li temmew l-istudju u ngħataw ċertifikat? Kemm hemm minnhom li ma baqgħux jaħdmu fit-turiżmu wara li spiċċaw l-istudju tagħhom? Isir xi tracer study dwar x'jiġri mill-istudenti wara li jtemmu l-istudju? Jista' l-Ministru jqiegħed kopja bit-tracer study fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' studenti li ġew aċċettati fl-Istitut għall-Istudji fit-Turiżmu sena b'sena kien hekk:-
Ottubru 1989 57
Ottubru 1990 76
Ottubru 1991 96
Ottubru 1992 91
Ottubru 1993 80
Ottubru 1994 92
Ottubru 1995 88
Ottubru 1996 146
Ottubru 1997 195
Frar 1998 70
Ottubru 1998 191
Frar 1999 25
L-għadd ta' studenti li temmew l-istudji tagħhom u ngħataw ċertifikat s'issa hu 567. Numru sostanzjali ta' studenti li daħlu bejn Ottubru 1996 u Frar 1999 qed isegwu l-kors fl-Istitut. Dawn jiggradwaw fis-snin li ġejjin.
Sfortunatament qatt ma nżamm rekord dwar fejn qed jaħdmu l-istudenti wara li jispiċċaw mill-Istitut. Madankollu qed jittieħdu passi biex hekk kif l-Istitut ikollu s-sistema komputerizzata ta' `Management Information System' tibda tinżamm `personal history record' ta' l-istudenti li jiggradwaw mill-Istitut.
Tista' l-Ministru tgħid x'passi ħadet dwar il-petizzjoni ppreżentata lilha dan l-aħħar li titlob protezzjoni għall-bizzilla ta' l-idejn minn bizzilla rħisa imitazzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Naħseb li miżura effettiva kontra l-allegat abbuż tista' tkun li l-produtturi tal-bizzilla lokali jissieħbu f'koperattiva bħalma hija l-Koperattiva Għawdxija tal-Bizzilla u Artiġjanat li kienet twaqqfet f'Settembru 1996. Wieħed mill-għanijiet ewlenin ta' din il-Koperattiva huwa li tbiegħ il-prodotti maħduma mill-imseħbin bħala aġent tagħhom u li kull prodott li jinbiegħ minnha jkollu timbru li juri ċertifikat ta' ġenwinita'.
Jiena qed nara kif nista' ngħin lil din il-Koperattiva biex tkompli tikber u tissaħħaħ ħalli tilħaq l-għanijiet tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' talbiet pendenti tal-bdiewa, raħħala u sajjieda sabiex dawn jingħataw self sussidjat fuq proġetti li qed jantiċipaw li jwettqu? Meta se jiġu approvati u kemm huwa l-valur globali f'ċifra ta' flus?
Response (ZAMMIT, NINU)
In-numru ta' talbiet pendenti huwa ħdax. Minn dawn, ħamsa diġa ġew proċessati mill-Kummisjoni pero qed jistennew xi rapport tekniku (per eżempju minn għand il-Veterinarju) qabel l-approvazzjoni finali.
Is-sitta l-oħra, li huma għal valur totali ta' Lm35,000, ser jitressqu quddiem il-Kummisjoni għall-għajnuna finanzjarja fi żmien xahar.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'inhi l-proċedura llum sabiex bdiewa, raħħala u sajjieda japplikaw għas-sussidju ta' nofs il-pagamenti tas-sigurta' soċjali f'bolla? Kemm fil-fatt kien in-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li wieġbu għal dawn is-sejħiet li sarulhom riċentement?
Response (ZAMMIT, NINU)
S'issa l-proċedura sabiex bdiewa, raħħala u sajjieda japplikaw għas-sussidju ta' nofs il-pagamenti tas-sigurta' soċjali għadha bħal ma kienet qabel. Mhux possibbli ngħatu figura ta' kemm applikaw għas-sussidju dan l-aħħar minħabba li żmien ta' l-applikazzjoni għadu ma għalaqx.
Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd — Hands on farming
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li attendew għall-programmi tal-hands on farming u hands on fishing li jorganizzaw id-dipartimenti ta' l-agrikoltura u sajd mill-5 ta' Settembru 'il hawn? Xi proposti ta' titjieb saru għall-attenzjoni tal-Ministeru dwar dawn il-programmi? Jekk fl-affermattiv, x'inhi l-pożizzjoni llum?
Response (ZAMMIT, NINU)
In-numru ta' tfal li attendew għall-programmi 'Hands on Farming' fl-Għammieri, mill-5 ta' Settembru sal-Ġimgħa 30 t'April 1999 huwa ta' 1626.
Minn Jannar 1999 'l hawn, beda programm ieħor immirat għal studenti tal-bioloġija ta' Forms IV u V. Għal dan il-programm ġdid attendew 265 student sa l-aħħar t'April 1999.
Jista' l-Ministru jara li tiġi milqugħa t-talba tar-residenti li joqogħdu 48, Parish Magri Str, Mellieħa sabiex tiġi nstallata bozza ġdida ħalli jkun hemm street lighting adekwat? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li ma jirrizultax li fit-triq imsemmija hemm bżonn ta` lampi ġodda. Madankollu jidher li jinħtieġ jinbidlu l-lanterni eżistenti. L-Enemalta sejra tieħu ħsieb biex dawn il-lanterni jinbidlu fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Ministru jkompli jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5879?
Response (BORG, JOE)
In-nefqa fuq hospitality u safar tal-Ministeru għall-perjodu msemmi kienet LM18,577 u LM41,289 rispettivament. Rigward l-ambaxxati n-nefqa globali kienet LM49,136, (maqsuma f`LM15,004 hospitality u LM34,132 f`safar.)
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5881, il-parti li tikkonċerna l-ispiża tal-produzzjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ispiża tal-produzzjoni ta` metru kubu ta` ilma hija kif stmata mill-gvern preċedenti, jiġifieri ta` Lm1.10c.
Fil-preżent qiegħed isir eżerċizzju biex naraw kif din l-ispiża nistgħu innaqqsuha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx chiropracters jaħdmu fil-Pixxina Nazzjonali? Min ta l-permess sabiex tinfetaħ din il-klinika u meta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-Pixxina Nazzjonali hemm chiropractor li kienet iffirmat kuntratt mal-Board tal-Pixxina fit-30 ta' Marzu 1999. L-ispazju li qed tokkupa ġie allokat lilha kif spjegat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6067.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6053, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus imsemmija u lil min ingħataw?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-flus taħt l-Item 4185 tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport intnefqu kif se nsemmi:
LM
Le Meridien Phoenicia
(Ħlas għall-akkomodazzjoni) 1799.70
Uffiċċju Parrokjali Bormla 100
Members in Christion Rights Organisation 200
Third World Group 300
Seminarju Qalb ta' Ġesu` 250
Malta Canoe Club 300
Mosta Youth Theatre 250
Moviment Era Ġdida 150
AIESEC 150
Tonio Bonello 300
Żgħażagħ Azzjoni Kattolika 300
ECO 150
Żgħażagħ għal Dinja Magħquda 250
SACES 250
Antonio Depasquale 100
Youth Centre B'Bugia 200
San Ġwann Scout Group 250
Dingli Parish Drama Circle 150
AEGEE Valletta 300
Malta Girl Guides Association 400
Klabb Letterarju Junior College 200
Don Bosco Youth Centre 250
Helping Hands Group 200
IAESTE 200
Kiri ta' P.A. System 20
Insignia - Tqegħid ta' foamboard 58
Mizzi Design & Graphics Services Ltd-Adverts 691
A Caruana & Sons Ltd - Xorb 35.37
Ristorante de Vilhena - Reception 124.90
Teatru Manoel - Kiri ta' courtyard 176
Design Elements Ltd - Sundry materials 338.50
Għaqda Kulturali San Lawrenz 50
Muscular Dystrophy Youth Group 500
Ċentru Rikreazzjoni Żgħażagħ 150
St John Ambulance Paola Tarxien Division 150
Young Enterprise 50
Youth 4 Life Community Service 50
Rebel Riders Brotherhood 50
Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ 50
Grupp żgħażagħ għal Palermo 50
Kerygma 50
Voices 50
Xgħajra Scouts 50
Mosta Guides 50
Mosta Scouts 50
Għaqda Żgħażagħ Lourdes 50
Photocity - Photoprints 4.11
Spejjeż konnessi mal-Ħarġiet Kulturali 286.40
Mizzi Design and Graphics - Avviżi 273.60
Ristorante de Vilhena - Reception 352.50
Fjuri għal Serata Mużikali 43
Sapienza & Sons Ltd - 2 kotba 9.90
Estates Management Department -
Deposit għal National Youth Day 10
Osanna Pia 300
Arthur James Leaver 50
Mdina Experience -
Żjara konnessa ma' Youth Exchanges 84
Playcraft - brass marbles boxes -
Għarfien Nazzjonali Żgħażagħ 67
Teatru Manoel - Kiri ta' Isouard Hall 155.25
Tarxien Pageant Group 300
Overtime 78.44
Rimessa konnessa ma' Youth Exchanges 965
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom ma jinżabru u jiġu mbexxa s-siġar li hemm fil-ġonna tal-btieħi u fit-toroq, kemm in-naħa ta' l-irġiel u tan-nisa, fl-Isptar Monte Carmeli eslużi dawk fil-main garden?
Response (DEGUARA, LOUIS)
is-siġar fil-postijiet msemmija kien ilhom ma jinżabru u jiġu mbexxa għal madwar sentejn u nofs. Dan ix-xogħol reġa beda jsir mill-gimgħa l-oħra jiġifieri qabel ma saret l-interpellanza ta l-Onor. Membru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi fis-Seclusion Unit fil-Ward 2 fl-Isptar Monte Carmeli, fejn pazjent ġie mqajjem matul il-lejl biex jiddaħħal pazjent ieħor minfloku fis-single room? Jidhirlu l-Ministru li dan hu każ inuman u degredanti, aktar u aktar meta biex jerġa' jorqod il-pazjent trid tagħtih pilloli oħra? Huwa ġust li pazjenti li jkollhom bżonn ta' kura fis-Seclusion Unit qed jinħarġu qabel iż-żmien biex jiddaħlu oħrajn flokhom? Hemm xi ħsieb li jiżdiedu s-single rooms fis-Seclusion Unit?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kien hemm każ wieħed, iżolat, fejn pazjent fis-Secure Unit ġie mqajjem matul il-lejl biex jiddaħħal pazjent ieħor minfloku fis-seclusion room. Mir-records tal-pazjent in kwistjoni ma jirriżultax li dan il-pazjent kellhom jingħatawlu pilloli oħra biex jorqod wara li ġie trasferit. Allavolja jittieħdu miżuri biex trasferimenti bil-lejl jiġu evitati, madanakollu jista' jiġri hekk minn żmien għal żmien f'kwalunkwe Unit fejn, f'emerġenża, l-bżonn jeċċedi temporanjament il-provvista tar-rizorsi disponibbli. Skond il-policy tas-Seclusion Unit, pazjenti ma jinzammux f'kundizzjonijiet ta' seclusion iżjed milli hemm bżonn. Il-management m'għandu l-ebda ħsieb illi jiżdiedu n-numru ta' seclusion rooms fis-Secure Unit.