Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5951 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-Ministeru tiegħu u mil-liema entita' ġejjin? Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Għandi nifhem li l-Onor Membru qed jirreferi għall-persuni li qegħdin fis-Segretarjat Privat tiegħi. Skond id-direttivi maħruġa fid-dokument 'Engagement of Staff for Private Secretariats' li kopja tiegħu tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru 1998, m'hemm ebda persuna li hi 'seconded' minn xi entita' parastatali fis-Segretarjat Privat tiegħi. Dejjem skond l-istess dokument, ħadd mill-persuni fis-Segretarjat Privat tiegħi ma hu maħtur fuq xi bord jew kumitat minn fejn qed jitħallas xi forma ta' rimunerazzjoni. Nagħmel ukoll riferenza għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija 3455 fejn hemm elenkat l-ismijiet tal-persuni kollha li sallum jagħmlu parti mis-Segretarjat Privat tiegħi.
Leg 9 PQ #5952 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn huma n-nies seconded mal-ministeru tagħha u mil-liema entita' ġejjin? Tista' l-Ministru tgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Tista' l-Ministru tgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Tista' l-Ministru tgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'hemm l-ebda persuna li hija ssekondata mal-Ministeru għal Għawdex.
Leg 9 PQ #5983 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Persuni Libjani — work permit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni ta' nazzjonalista' Libjana li għandhom residence permit u work permit illum? X'tip ta' xogħol jagħmlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bħalissa hawn 3 persuni ta' nazzjonalita` Libjana li qegħdin hawn Malta permezz ta' Residence Permit. Infakkar lill-Onor. Interpellant li persuni li qed jgħixu hawn bis-saħħa ta' Residence Permit ma jistgħux jaħdmu f'Malta. Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta' persuni Libjani li għandhom liċenzja ta' impjieg biex jaħdmu Malta huwa 113. Dawn jagħmlu diversi xogħlijiet bħalma huma Diretturi ta' kumpaniji, Managers, Għalliema, Konsulenti u Sportsmen fost oħrajn kif jidher mill-lista ta' nies barranin li għandhom liċenzja ta' impjieg li tiġi ppublikata kull xahar mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni. 12.05.99 (a.m.)

Protokoll — Reazzjoni tal-maġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel il-Ministeru dwar ir-reazzjoni tal-maġistrati li ma jaċċettawx il-preċedenza allokata lilhom fil-proposta ġdida dwar il-protokoll?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-kwistjoni tal-preċendenza ma` taqax taħt ir-risponsabbilta` tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

UE — Raba' Protokol Finanzjarju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5513 u cioe' jista' jgħid x'użu se jsir mill-fondi li fadal għar-Raba' Protokol Finanzjarju ma' l-Unjoni Ewropea? Kif qed jipproponi li jużahom il-gvern preżenti? Fuq liema proġetti u f'kull każ, x'inhuma l-fondi li qed jipproponi li jonfoq fuq kull proġett?"

Response (BORG, JOE)

Id-diskussjonijiet fuq ir-Raba Protokol Finanzjarju jinsabu f`fażi finali rigward il-proġetti li l-Gvern ser jiftiehem dwarhom ma` l-Unjoni Ewropea. Id-dettalji mitluba ikunu jistgħu jingħataw meta dawn id-diskussjonijiet jitlestew.

Detox — Għajnuna

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5321 u cioe' minn Settembru 1998 sal-15 ta' Frar, 1999 kemm-il persuna talbet l-għajnuna taċ-Ċentru tad-Detox minħabba abbuż ta' droga? Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-figuri xahar b'xahar għal Malta u Għawdex separatament? Kull xahar kemm-il persuna marret l-ewwel darba għal kura? Kull xahar kemm kien hemm persuni taħt it-18-il sena li talbu l-kura? Kemm kull xahar kienu qed jabbużaw mill-eroina, kokaina, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 12.5.99
Leg 9 PQ #6585 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior College — Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex b'xi mod jew ieħor jiġi rimedjat l-iżball li se jbatu minnu l-istudenti tal-Junior College li se jagħmlu l-Matsec fil-mużika f'livell avvanzat, peress li proprju ftit jiem qabel l-eżami saru jafu li s-sillabu li ġew ippreparati għalih mhux l-istess wieħed li se jiġu eżaminati fuqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed nistħarreġ l-ilment imqanqal fil-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #6586 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Gradwati tal-B.Ed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkollha bżonn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tirrikluta gradwati B.Educ għas-sena skolastika li jmiss: (1) fil-qasam sekondarju (i) f'Malta; (ii) f'Għawdex; (2) fil-qasam primarju (i) f'Malta; (ii) f'Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

L-eżerċizzju meħtieġ għad irid jiġi kompilat u għaldaqstant għadni m'hinix f'pożizzjoni nagħti t-tweġiba mitluba.

EU — Screening process

Question

Jista' l-Ministru jgħid min fl-oqsma li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu qed jieħdu sehem fl-iscreening process ta' l-Unjoni Ewropea? X'taħriġ u formazzjoni ngħataw dawn il-persuni biex ikunu nformati sew bid-deċiżjonijiet, direttivi, riżoluzzjonijiet u rakmandazzjonzijiet tal-Kunsill tal-Ministru Ewropej u dan fir-rigward ta' l-oqsma differenti li jaqgħu taħtu li jkollhom jinbidlu u jadottaw irwieħhom minħabba l-applikazzjoni għas-sħubija fl-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Dr N Bonanno - assistent kap fil-Ministeru tiegħi pparteċipa fl-iscreening process (multilateral) tal-politika reġjonali (l-fond Ewropej tal-Agrikoltura). Is-Segretarju Permanenti, d-Direttur tal-Agrikoltura u d-Direttur tas-Servizzi Veterinarji pparteċipaw fl-iscreening process (Agrikoltura). Id-Direttur tal-Agrikoltura ntbagħat l-Ingilterra fuq kors ta' taħriġ dwar 'negotiating skills' mal-Unjoni Ewropea offrut mill-Gvern Ingliż. Dr N Bonanno fil-passat mar Spanja u l-Portugall dwar il-parteċipazzjoni ta' dawn il-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea f'dak li għandha x'taqsam l-Agrikoltura.
Leg 9 PQ #6636 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Voti

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5923 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' peress li qed jiġi propost li jkun hemm tnaqqis ta' 30% tal-voti attwali ta' l-Unjoni Ewropea għas-settur tal-biedja tal-pajjiżi membri, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kif dan it-tnaqqis se jaffettwa lill-pajjiżna u ċioe' s-settur tal-biedja lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Minn informazzjoni ppublikata jidher ċar li l-'Berlin European Council' li sar fl-24 u 25 ta' Marzu 1999 żied l-allokazzjoni għall-Agrikoltura (Heading 1) minn 40,920 miljun Euro fl-2000 għal 43,900 milljun Euro għall-2002. Dawn il-figuri huma ikkalkolati bil-prezzijiet tal-1999 jiġifieri mistennija jiżdiedu skond l-inflazzjoni. Barra minn hekk huwa maħsub li bir-riforma fil-Politika Agrikola Komuni tal-Unjoni Ewropea jintefqu anqas flus sabiex jiddisponu miż-żejjed u aktar flus f'għajnuna diretta lill-bdiewa u raħħala. Din ir-riforma tkun ta' benefiċju għall-bdiewa Maltin
Leg 9 PQ #6637 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Avis II — Levies

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5921 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' peress li l-Avis II jgħid li l-levies kollha ta' protezzjoni jridu jitneħħew, jista' jgħid kif dan mhux se jkollu impatt negattiv fuq is-setturi lokali tal-biedja u sajd?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant japprezza li din il-materja hija suġġetta għal negozjati mal-Unjoni Ewropea. Bla dubju l-Gvern Malti determinat li jinnegozja pakket sħieħ li jkun sostenibili għall-Agrikoltura u Sajd f'Malta, li joffri opportunitajiet ta' żvilupp f'dawn l-oqsma sakemm dan ikun għas-sodisfazzjon tal-bdiewa, raħħala u sajjieda. Dawk b'kuntrast ma' l-Free Trade Zone li ried jagħmel il-Gvern li kien jagħmel parti minnu l-Onor. Interpellant li kien ifisser it-tneħħija ta' kull forma ta' protezzjoni għas-setturi tal-biedja u sajd f'pajjiżna.
Leg 9 PQ #6638 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tiġieġ — Importazzjoni

Question

B'riferenza għall-intervent tal-Ministru dwar l-eżenzjoni ta' dazju fuq tiġieġ impurtati għas-suq lokali, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta kkonsulta mal-koperattivi u rappreżentanti tal-processors ta' din l-industrija lokali? Meta ġew informati bil-miżura li ħa l-Ministeru dwar l-eżenzjoni tal-levy fuq dan il-prodott u kemm kienet il-kwantita' li ġiet eżentata?

Response (ZAMMIT, NINU)

Billi l-ammont ta' tiġieġ li fuqhom ġiet eżentata l-ħlas tal-levy kienet waħda limitata ħafna, minnħabba ċirkostanzi partikolari u speċjali, (ħames tunnellati paragunata ma konsum ta' 6,600 tunnellata), ma nħassitx il-ħtieġa li ssir konsultazzjoni. Ta' minn ifakkar li l-Onor. Interpellant, meta kien Ministru, kien irrikmanda eżenzjoni mill-ħlas tal-levy fuq (10.75) tunnellata tiġieġ importati fit-2 ta' Frar 1998, bla ma saret ebda konsultazzjoni ma koperattivi u proċessuri oħra. Din l-eżenzjoni kienet fil-fatt ħarġet.
Leg 9 PQ #6639 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permessi tal-bini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' talbiet għall-permessi tal-bini, change of use, eċċ li jinsabu fil-proċess ta' appelli quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar wara li ġew diġa' rifjutati mill-istess awtorita'? X'inhi fil-fatt l-ispiża globali li tħallset sabiex saru u setgħu jersqu dawn l-appelli quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq l-ewwel nippreċiża li appelli minn deċiżjonijiet ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar ma jinstemgħux mill-Awtorita` iżda minn Bord ta' Appell dwar l-Ippjanar li huwa awtonomu mill-Awtorita` innifisha. Ninsab infurmat li bħalissa hemm 1,089 applikazzjoni b'talba għall-appell minn deċiżjoni ta' l-Awtorita'. Ninsab infurmat ukoll li l-ammont ta' Lm87,120 ġie mħallas biex jiġu sottomessi dawn it-talbiet għall-appell. 12.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #6640 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rabat - traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mhux jintbgħat pulizija sabiex jidderiġi temporanjament it-traffiku waqt il-funerali li jsiru fil-lokal tar-Rabat, Malta? Jista' l-Ministru jara li jirrimedja għal dan in-nuqqas?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi waqt funzjonijiet reliġjużi fit-toroq, il-Pulizija tieħu dawk il-miżuri għall-kontroll tat-traffiku skond kif dik il-funzjoni partikulari tkun tinħtieġ. 12.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #6641 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Tqassim ta' ħamrija

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm huwa maħsub/ikkalkolat li matul ix-xhur ta' Mejju, Ġunju, Lulju u Awissu titqassam ħamrija lill-bdiewa? Minn fejn se tinġieb din il-ħamrija u x'policy se jaddotta id-dipartiment għat-tqassim ta' din il-ħamrija?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-proċess tat-tqassim tal-ħamrija jiddependi mill-volum ta' ħamrija li jkollu f'idejħ id-Dipartiment u mhux in-numru ta' talbiet tal-bdiewa.
Leg 9 PQ #5349 Sitting 95 1999-05-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-gvern mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-aħħar ta' Frar 1999, daħlu jaħdmu mal-Gvern 475 persuna. Minn dawn, 201 kienu ħatriet li ġew rakkomandati qabel il-5 ta' Settembru 1998.
Leg 9 PQ #5350 Sitting 95 1999-05-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Pilloli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pilloli out of stock li hemm fl-ispiżeriji ta' dawn iċ-ċentri tas-saħħa: Raħal Ġdid, Furjana, Qormi, Rabat, Gżira u Mosta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-pilloli li kienu 'out of stock' fl-4 ta' Marzu 1999 fl-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa imsemmija huma: Raħal Ġdid Ergotamine compound tablets Hyoscine butylbromide tablets Senna tablets Furjana Pancrex V forte tablets Senna tablets Qormi Senna tablets Gżira Tamoxifen tablets Salbutamol tablets Sotalol tablets Mosta Hyoscine butylbromide tablets Metoprolol tablets Pancrex V forte tablets Rabat m'hemmx spiżerija fiċ-Centru tas-Saħħa ta' dan il-Lokal
Leg 9 PQ #5351 Sitting 95 1999-05-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Port Ħieles — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk daħlux nies jaħdmu fil-Freeport mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jekk iva, kemm? Taħt liema gradi daħlu? Hemm il-ħsieb li jidħlu aktar ħaddiema? Jekk iva, meta? Xi gradi hemm bżonn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perjodu msemmi, fil-Freeport ġew impjegati 13-il persuna f'dawn il-gradi: 1 skrivan, 2 planners, 1 assistant manager operations, 1 system network support, 2 supervisors/purchasing officers, 3 mechanics, 1 equipment operator u 2 electrical/electronics technicians. Rigward ingaġġ ta' ħaddiema fil-futur, dan isir meta l-interessi tal-Korporazzjoni ikunu jitolbu dan.
Leg 9 PQ #5356 Sitting 95 1999-05-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Raħal Ġdid - Kindergarten

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex twaqqaf ix-xogħol fl-iskola tal-kindergarten fi Triq Brittanja, Raħal Ġdid? Veru li fi żmien gvern Laburista dan ix-xogħol kien se jibda? Veru li kien hemm il-pjanti? Min kien il-perit? Meta huwa ppjanat li jsir ix-xogħol? Il-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid se jingħata sala għall-ġid tat-tfal u ż-żgħażagħ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol fiċ-Ċentru tal-Kindergarten fi Triq Brittanja, Raħal Ġdid għadu ma nbediex għaliex id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għandha prijoritajiet oħra fil-Programm ta' Xogħlijiet Kapitali fl-Iskejjel. Informat ukoll li kienu saru l-pjanti u t-tħejjijiet meħtieġa biex jibda l-proġett bħalma jsiru tħejjijiet fuq diversi proġetti oħrajn fl-iskejjel. Il-Perit inkarigat għall-proġett tal-kindergarten f'Raħal Ġdid hu l-Perit Lawrence Mintoff. Il-proġett jinkorpora wkoll sala li tista' tintuża mill-Kunsill Lokali ta' Raħal il-Ġdid b'risq il-komunita' lokali. Wieħed japprezza li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fiċ-ċirkostanzi trid tqis sew il-proritajiet tagħha.
Leg 9 PQ #5362 Sitting 95 1999-05-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tħaffir għaż-żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu r-riżultati dwar it-tħaffir għaż-żejt ġewwa Kerċem, Għawdex?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Kif intqal fl-istqarrija maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fil-15 ta' Marzu 1999, ġiet studjata il-possibilita li jsiru nterventi fil-bir bil-għan li tista tiżdied il-produzzjoni tal-gass li nstab waqt il-provi. Intervent ta' din ix-xorta qed isir bħalissa permezz ta' tħaffir ta' toqba oriżżontali fiż-żona fejn instab il-gass. Dan ix-xogħol mistenni jkun lest sa l-aħħar ta' Mejju.