Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6648 Sitting 97 1999-05-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permess ta' parkers

Question

Kemm hawn persuni li f'Malta u Għawdex għandhom il-permess li jagħmluha ta' parkers tal-karozzi? F'kull każ fejn huma dawn il-lokalitajiet? Huwa permess li meta jmut parker ibnu jbiegħ għal eluf ta' liri il-liċenzja ta' parker lil xi persuna oħra? Kemm hemm persuni li applikaw għall-parker?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi f'Malta u Għawdex hawn 47 persuni bil-liċenzja ta' car park attendant. Dawn qegħdin mqassma hekk : Il-Belt Valletta - 18, il-Furjana - 7, Tas-Sliema - 5, Għajn Tuffieħa - 4, ir-Rabat (Malta) - 3, iċ-Ċirkewwa - 2 u l-Ġnejna - 2, filwaqt li f'dawn il-lokalitajiet hemm wieħed - Guardamangia, Ħal Qormi, Raħal Ġdid, Wied iż-Żurrieq, Ħaġar Qim, Delimara. L-ebda liċenzja jew permess tal-Pulizija ma jista` jinbiegħ. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li hemm 8 applikazzjonijiet pendenti. 12.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6649 Sitting 97 1999-05-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Beach concessions

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji se jiġu kkalkolati l-valur ta' l-art kontigwa li applikaw għaliha beach concessions diversi fl-aħħar sena per eżempju Costa del Sol fl-Għadira? Fuq liema kriterji se jiġi stabilit il-valur ta' l-art ta' dawk li għalqilhom iċ-ċens tal-beach concessions u applikaw biex jerġgħu jingħataw l-art mill-ġdid?

Response (BORG, TONIO)

Nippresumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal Beach Establishments li nbnew fuq art tal-Gvern li ġiet mogħtija b'ċens ta' 25 sena apposta għal dan l-iskop. Il-policy dejjem kienet u għadha li, f'każijiet bħal dawn, meta jagħlaq iċ-ċens jerġgħu joħorġu l-offerti u l-persuna li f'idejha kellha ċ-ċens tingħata d-dritt ta' l-ewwel rifjut. Presentament qed tiġi mistħarrġa l-possibilita' illi uħud minn dawn il-fondi jinbiegħu b'offerta. Fi kwalunkwe każ, il-valur tal-proprejta` dejjem jiġi bażat fuq il-press tas-suq. 12.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6650 Sitting 97 1999-05-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Gabbani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ikel jistgħu jippreparaw u jservu l-kiosks u l-gabbani mxerda ma' Malta u Għawdex skond ir-regolamenti li taħthom ingħataw il-permess?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kiosks liċenzjati prinċipalment għall-bejgħ ta' ikel take away li jinħtieġ preparazzjoni jew tisjir huma limitati li jippreparaw u jservu burgers, hot dogs, chips u ħobż biż-żejt. 12.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6667 Sitting 97 1999-05-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Fidi ta' ċens

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari numru 1940 li saret f'seduta 37 dwar fidi ta' ċens skond referenza ta' l-irċevuta Nru. (M136007)? Dettalji qegħdin jintbagħtu separatament.

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6125 f'Seduta 89. Nirreferih ukoll għat-tieni parti tat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6643 f'din l-istess Seduta. 12.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #4958 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Enforcement notices

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il enforcement notice ħarġet mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u ma ġietx imwettqa, minn mindu ilha mwaqqfa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jista' l-Ministru jindika l-post ukoll ta' fejn ħareġ l-enforcement?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn mindu twaqqfet l-Awtorita` ta' l-Ippjanar (01/01/1993) sa l-aħħar ta' Frar ta' l-1999, inħarġu 7,672 Avviż (Enforcement Notice u/jew Stop and Enforcement Notice). L-ammont ta' 2,532 (jew 33%) minn dawn l-avviżi ġew osservati u/jew ittieħdu passi mill-Awtorita` u l-illegalita` illum tneħħiet jew ġiet sanzjonata. Il-kumplament, u ċioe` 5,140 għadhom pendenti. Minn dawn l-avviżi, 1,047 huma suġġetti għal-applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorita`, liema applikazzjonijiet qegħdin jitolbu li l-ksur jiġi ssanat. 316 avviżi oħra huma quddiem il-Bord ta' l-Appell. Għalhekk, skond il-liġi, l-azzjonijiet fuq dawn il-1,363 avviżi huma sospiżi sakemm ikun hemm xi forma ta' deċiżjoni. Il-kumplament, u ċioe` 3,777 avviżi huma pendenti b'azzjoni li għad trid tittieħed mill-Awtorita`. L-enforcement notices nħarġu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 12.05.99 (a.m.)

Impjiegi — Ħlas ta' sahra

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara għaliex il-persuna anzjana, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ħaditx overtime li kienet għamlet mill-1 sat-30 ta'Settembru, 1997 fil-Ġnien tax-Xlejli, l-Gudja bħala watchman tal-PWD?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-ħlas għal xi 'overtime' li jkun sar minn impjegati fis-Servizz Pubbliku normalment isir mid-Dipartiment fejn jaħdem jew kien jaħdem l-impjegat. Għalhekk nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat. 12.5.99
Leg 9 PQ #5449 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Każ ta' EN Casual

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex il-persuna, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, itterminawlha xogħol bħala EN Casual wara li rċeviet ittra fejn qalulha li fil-21 ta'Jannar, 1999 ġie tterminat ix-xogħol tagħha? Peress li persuna oħra bl-istess grad ukoll irċeviet din l-ittra imma issa reġgħu bagħtu għaliha biex terġa' lura x-xogħol, jista' l-Ministru jgħid għaliex din il-persuna ma bgħatux għaliha? Hemm il-ħsieb li d-dipartiment juża s-servizz tagħha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma' jirriżultax li mill-impjegati 'part-time' li kien intemmilhom l-impjieg tagħhom għaliex kienu għalqu l-65 sena, kien hemm xi ħadd li reġa' ġie mpjegat. M'hemm l-ebda ħsieb li d-Diviżjoni terġa' tuza s-servizz ta' mpjegati li jkunu għalqu l-65 sena.
Leg 9 PQ #5526 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Meningitis — Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx epidemija ta' Meningitis type C f'Malta? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fl-iskejjel jingħataw tip ta' injection biex nilqgħu għal din l-epidemija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant illi m'hemmx epidemija ta' Meninġite tip C f'Malta. Ma hemmx raġuni medika sa llum, għaliex il-vaċċin tal-Meninġite tip C tingħata fl-iskejjel.

Djar — Allokazzjoni ta' post

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-individwu, li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament, hux se jieħu l-post li kellu f'No 36, Sqaq 2, Brittaniku Street, Tarxien fejn kien tiegħu personali? Jekk le, x'tip ta' kumpens se jieħu tal-proprjeta' li kellu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M'hix il-policy, meta jinħarġu nies minn djarhom għal proġetti ta' slum clearance, li jerġgħu jiġu allokati fil-post il-ġdid li jkun inbena flok tagħhom. Dwar kumpens, il-persuna indikata għandha tkellem lid-Dipartiment tal-Art, u tiġi mgħarrfa kemm se jkun, jekk għadha ma rċievitx in-"notice to treat" fejn ikun hemm indikat il-prezz li se titħallas. 12.5.99
Leg 9 PQ #5528 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Port Ħieles — Equipment operators

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fil-Freeport Terminal qatt ħarġet vakanza għal equipment operators għax-xahar ta' Marzu 1999? Jekk iva, għaliex individwi rċevew karta li issa dan ir-reklutaġġ ġie mwaqqaf wara li bagħtu għalihom għall-interview? Hemm il-ħsieb li jerġa' jinfetah? Jekk iva, se jibgħatu għal dawk il-persuni li bgħatu għalihom għall-interviews ma' l-ETC?

Response (BONNICI, JOSEF)

Dwar l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija numru 5411 mogħtija fis-seduta numru 75. Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija nixtieq ninforma li hija l-proċedura stabbilita f'azjendi parastatali, inkluż il-Port Ħieles, li biex isir reklutaġġ, l-ewwel issir talba lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.
Leg 9 PQ #5533 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Petroleum Division

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta fil-Petroleum Division ġewwa Ras Ħanżir ingħatawx overtime għal Jannar u Frar? Jekk iva, jista'l-Ministru jgħid kemm ammonta ras għal ras?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul Jannar u Frar 1999 il-Korporazzjoni Enemalta ħallset is-somma totali ta' Lm8786.26c f'sahra lill-ħaddiema fit-Taqsima tal-Petroelum ġewwa Ras Ħanżir. Ras għal ras kull ħaddiem irċieva s-somma ta' Lm 418.39c f'xahrejn.

Qormi — Triq San Ġwakkin - Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta s-servizz ta' l-ilma tar-residenti fi Triq San Ġwakkin, Ħal Qormi se jiġi mibdul mill-Korporazzjoni għas-Servizz ta' l-Ilma minħabba ħsarat regolari?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma fit-triq imsemmija hija sodisfaċenti. Għaldaqstant il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mhix qed tipproġetta li tibdel il-mejnijiet f'din it-triq. Xi sospensjonijiet tas-servizz ta' l-ilma li seta' kien hemm fl-imsemmija triq kienu dovuti għal ħsarat fl-inħawi li għandhom l-istess sistema ta' distribuzzjoni. Il-bdil ta' house connections isiru biss meta dawn ikollhom xi ħsarat. Meta jiġri dan, fi żmien qasir jinbidlu l-pajpijiet b'oħrajn tal-plastic (poythylene).
Leg 9 PQ #5849 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni taħt l-effett ta' l-alkoħol

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3052, jista' l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni li ta f'din it-tweġiba sa nofs Marzu 1999, u l-informazzjoni tkun maqsuma skond l-eta'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul il-perijodu bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u l-15 ta' Marzu, 1999, kien hemm 90 persuna li nqabdu jsuqu taħt l-effett ta' l-alkoħol. L-etajiet tagħhom kienu jvarjaw bejn it-18 u 62 sena kif jidher f'din it-Tabella . Eta' Numru ta' Persuni ---- ----------------- Bejn it-18 u t-22 sena 20 Bejn it-23 u t-27 sena 13 Bejn it-28 u t-32 sena 9 Bejn it-33 u t-37 sena 11 Bejn it-38 u t-42 sena 13 Bejn it-43 u s-47 sena 12 Bejn it-48 u t-52 sena 10 Bejn it-53 u s-57 sena 1 Bejn it-58 u t-62 sena 1 12.05.99 (a.m.)

Qormi — Triq San Ġorg - Lampa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq San Ġorġ, Ħal Qormi se tiġi mdawwla permezz ta' lampa li hija tant meħtieġa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li ma jirriżultax li t-triq imsemmija jinħtieġilha dawl addizzjonali.
Leg 9 PQ #5851 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — San Bastjan

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex tfal ta' l-iskola (6/7 snin) ta' l-iskola primarja, San Bastjan, Ħal Qormi jkunu qed jistennew barra l-iskola sakemm jiġu l-vannijiet biex jeħduhom id-dar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-Trasport fl-iskola ta' San Bastjan 'A' Ħal-Qormi m'hux provdut mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, iżda huwa organizzat mill-ġenituri. Il-Kap ta' l-iskola issuġġeriet lill-ġenituri joħolqu roster biex jindukraw lit-tfal fuq il-vannijiet, iżda ma kienx hemm voluntiera. Wieħed mill-vannijiet jagħmel aktar minn trip wieħed. Ix-xufier ta' dan il-vann ikollu 'l mara tiegħu miegħu li tissorvelja lit-tfal sakemm jistennew it-tieni vjaġġ. Meta tkun ix-xita din il-mara flimkien ma' tfal jistennew it-trasport fl-iskola.

Qormi — Telephone booth

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir id-dawl fit-telephone booth li sar xhur ilu fi Triq Santa Katerina, Ħal Qormi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li diġa ittieħdu l-passi meħtieġ kemm mill-Maltacom kif ukoll mill-Korporazzjoni Enemalta biex ix-xogħol ta` stallazzjoni ta` dawl fit-telephone booth imsemmija jsir kemm jista jkun malajr fil-ġimgħat li ġejjin.

Luqa — Pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema parti ta' Qormi Road, Luqa se jitwaħħlu l-pelican lights li ġew approvati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-Traffic Control Board qabel li jsiru żewġ `Pelican Lights` fi Triq Ħal Qormi, Luqa, waħda fil-viċinanzi ta` l-istitut tal-Agrikoltura u l-oħra ħdejn l-ufficji tal-Korporazzjoni ta` l-ilma. Bħalissa qed jiġu kkonsidrati il-lokalitajiet eżatti fejn dawn il-`Pelican Lights` għandhom fiżikament isiru.
Leg 9 PQ #5948 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn huma n-nies seconded mal-Ministeru tiegħu u mil-liema entita' ġejjin? Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ebda persuna m'hi seconded mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #5949 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-ministeru tiegħu u mil-liema entita' ġejjin? Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li m'hemm l-ebda persuna 'seconded' mal-Ministeru tas-Saħħa. Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Membru għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 139.
Leg 9 PQ #5950 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-Ministeru tiegħu u mil-liema entita' ġejjin? Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Jista' l-Minsitru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?

Response (BORG, TONIO)

Fil-Ministeru ta' l-Intern ma hemm l-ebda persuna li hija 'seconded'. 12.05.99 (a.m.)