Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma s-CSAs jaħdmu mad-Dipartiment Kura ta' l-Anzjani? Kif inhuma mqassma? Kemm daħlu ġodda mid-9 ta' Settembru, 1998? Dawk li daħlu mid-9 ta' Settembru fejn qegħdin jaħdmu? Kemm irriżenjaw mit-8 ta' Settembru, 1998? Fejn kienu jaħdmu u x'kienet ir-raġuni?
Jista' l-Ministru jara kif il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tista' tinħeles mit-tbatija u l-uġiegħ li ilha tbati għal dawn l-aħħar erba' snin u nofs minħabba l-bżonn ta' hip replacement operation?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dan il-pazjent qiegħed jistenna appuntament biex issirlu operazzjoni fl-Ingilterra għaliex it-tip t'operazzjoni li għandu bżonn hu għada ma ssirx hawn Malta.
Id-Dipartiment m'għandu l-ebda kontroll fuq id-data ta' meta tista' ssir l-operazzjoni għaliex din tiddependi mill-'waiting list' tal-Kirurgu Ingliż involut.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ktieb li ġie ppubblikat li jindika l-miżuri li jridu jittieħdu mill-kuntratturi meta jkunu qed jagħmlu xogħlijiet fit-toroq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-miżuri li jridu jittieħdu mill-Kuntratturi meta jkunu qed jagħmlu xogħlijiet fit-toroq huma bbażati fuq ` standards` u ` code of practice` kif applikati f`pajjiżi oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi ntgħażlu l-uffiċjali għoljin fis-Servizz Ċivili li se jintbagħtu għal taħriġ fl-Ingilterra rigward in-negozjati ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea?
Response (BORG, JOE)
Wara li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin rrnexxielu jottjeni għajnuna teknika minn għand il-Gvern Ingliż taħt forma ta' kors għall-uffiċċjali għolja fis-Servizz Pubbliku bi preparazzjoni għan-negozjati dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea li jridu jsiru ma jdumux, dan il-Ministeru talab Ministeri oħra li se jkunu l'aktar involuti f'dawn in-negozjati biex jinnominaw partiċipanti għal dan il-kors. Dawn il-Ministeri nnominaw uffiċċjali għolja li, flimkien ma oħrajn, se jkunu responsabbli għal dawn in-negozjati.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' materjal jintuża biex jiġu patched it-toroq?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħafna drabi wara ftit li jiġu patched it-toroq ix-xogħol li jkun sar jinqala'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-materjal li jintuża għat-tiswija tat-toroq jikkonsisti, f`taħlita ta` żrar u qatran li jkun imħallat lest mill-fabbrika.
Biex il-kwalita` ta` dan il-materjal ikun konsistenti, l-esperti Ġermaniżi għamlu rakommandazzjonijiet ta` kif dan għandu jitħallat u wieħed jispera li `l quddiem il-`performance` ta` dan il-materjal ikun aħjar. Irid ukoll wieħed iżid illi t-tiswija tat-toroq mhux mill-materjal biss tiddependi iżda wkoll minn kif isir ix-xogħol, u jekk dan ma jsirx sew, anki jekk jintuża materjal tajjeb ir-riżultat ma jkunx dak li wieħed jixtieq.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi dwar l-aġir irresponsabbli ta' l-Immigration Officer, li qed toffendi persuni Għarab li jmorru fl-uffiċċju tagħha għal skopijiet uffiċjali?
Response (BORG, TONIO)
Mill-informazzjoni li għandi, ma jirriżultax li qed isir l-abbuż li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanti, għalhekk nitlobha tgħaddili d-dettalji tal-persuna nvoluta sabiex inkun f'pożizzjoni li nivverifika aħjar.
12.05.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema fil-Qrati tal-Ġustizzja? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GATT, AUSTIN)
B`referenza għall-mistoqsija ta` l-Onorevoli interpellant, kien hemm sitt impjegati li ġew trasferiti mill-Qrati tal-Ġustizzja għal xi Dipartiment ieħor mill-1 ta` Jannar sas-26 ta` April 1999. Minn dawn, tnejn biss għadhom ġew uffiċjalment ittrasferiti permezz ta` ittra mill-Management & Personnel Office. F`kull kaz, it-trasferimenti saru wara talba ta` l-istess impjegati.
Trasferiment ta` l-impjegati tal-Gvern isiru skond l-esiġenzi tas-servizz in generali u ta` l-operat tad-dipartiment konċernat b`mod partikolari.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema fl-ETC? Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' "transfers" li ngħataw fil-Korporazzjoni mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 kienu 10.
Dawn kienu hekk: 1 ġie trasferit b'riżultat ta' passi dixxiplinarji
6 b'riżultat ta' promozzjonijiet
1 wara talba tal-persuna stess
2 skond l-esiġenzi tas-servizz
Ma huwiex fil-ħsieb li jsiru aktar "transfers" fil futur qarib fil-Korporazzjoni.
12.5.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasnfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema fil-pixxina nazzjonali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma ingħataw ebda transfers lill-ħaddiema tal-Pixxina Nazzjonali matul il-perjodu indikat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn Jannar u April kien hemm 12-il persuna li ġew trasferiti għad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u 17-il persuna oħra li ġew trasferiti mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għal Dipartimenti oħra. Kważi t-trasferimenti kollha saru wara talba ta' l-istess individwi.
Fid-Dipartiment Servizzi għall-Istudenti u Relazzjonijiet Internazzjonali ma ngħatawx transfers fiż-żmien indikat. Pero` fil-Youth Service Organisation, Clerk u Executive Officer talbu għal transfer u dan ġie mogħti.
Mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 saru 26 trasferiment fit-taqsima tal-Minor Staff. Uħud minn dawn it-trasferimenti saru wara talbiet mill-istess ħaddiema waqt li oħrajn ġew imwettqa skond il-ħtiġijiet tad-Diviżjoni sabiex f'kull każ jinqdew aħjar l-iskejjel.
Ingħataw tliet transfers mis-settur post-sekondarju bejn 1 ta' Jannar u 26 ta' April 1999. Ir-raġuni prinċipali li għaliha ingħataw dawn it-transfers hija illi t-transfer intalab mill-ħaddiema infushom. M'hemm ebda ħsieb illi jsiru aktar transfers fil-futur qrib fuq il-post tax-xogħol imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers, mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-għalliema fl-iskejjel statali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn l-1 ta' Jannar 1999 u s-26 ta' April 1999, fl-iskejjel Primarji, Sekondarji, Junior Lyceums u skejjel tas-Snajja' ingħataw transfers kif se nsemmi:
2 Kapijiet ta' Skejjel
7 Assistenti Kapijiet ta' Skejjel
14 Għalliema Regolari
1 Għalliema Temporanja
4 Part-Time Instructors
2 Supply Teachers
Dawn it-trasferimenti seħħew sabiex jintlew vakanzi eżistenti bħala riżultat ta' riżenji ta' membri ta' l-istaff, promozzjonijiet, ħruġ ta' għalliema fuq Maternity Leave, Sick Leave jew eżiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema tal-bibljoteka nazzjonali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn l-1 ta' Jannar 1999 u s-26 ta' April 1999, żewġ ħaddiema tal-Biblioteka Nazzjonali għal raġunijiet diversi ingħataw trasferiment.
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li fl-oqsma li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu qed jieħdu sehem fl-iscreeming process ta' l-Unjoni Ewropea? X'taħriġ u formazzjoni ngħataw dawn il-persuni biex ikunu nformati sew bid-deċiżjonijiet, direttivi, riżoluzzjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri Ewropej u dan fir-rigward ta' l-oqsma differenti li jaqgħu taħtu li jkollhom jadottaw irwieħhom għalihom minħabba l-applikazzjoni għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea?
Response (BONNICI, JOSEF)
Hemm diversi persuni li ġejjin kemm mis-Servizz Pubbliku kif ukoll mis-Segretarjat li huma nvoluti f`dan il-proċess. Ma jidhirlix li jkun għaqli li f`dan l-istadju nidentifika lill-individwi b`isimhom, speċjalment meta diversi persuni fis-Segretarjat u fil-Korporazzjonijiet jagħtu sehem fl-oqsma partikolari tagħhom kif ikun hemm bżonn.
Tajjeb jingħad li qed nikkunsidraw ukoll li nutilizzaw konsulenti esperti f`dan il-qasam, speċjalment f`setturi partikulari li jirrikjedu ċerta esperjenza li mhux bilfors issibha fil-Ministeru, Segretarjat jew Korporazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ ingħataw dawk li qed jagħmlu l-iscreening process ta' l-Unjoni Ewropea fl-edukazzjoni biex ikunu nformati sew bid-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Ministru Ewropej, bid-direttivi tal-kunsill, bir-riżoluzzjonijiet, rakmandazzjonijiet tal-Ministru biex ikunu tassew jistgħu jagħmlu dan l-iscreening bis-serjeta'?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li saret laqgħa informattiva għall-Uffiċjali Edukattivi li huma involuti fil-proċess ta' Screening u ngħataw istruzzjonijiet ċari dwar kif għandhom jirrispondu għad-deċiżjonijiet, direttivi, riżoluzzjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropeja dwar l-edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-programm ta' kontinwazzjoni tax-xogħol fuq il-proġett ta' rijabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa/Chadwick Lakes u serer moderni fiċ-Ċentru tal-micro propagazzjoni għal matul ix-xhur ta' Mejju, Ġunju, Lulju u Awissu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Rigward il-programm ta' kontinwazzjoni tax-xogħol fuq il-proġett ta' rijabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa/Chadwick Lakes huwa ttamat illi t-tieni fażi tittlesta din is-sena kif ukoll jittlestew ix-xogħolijiet fl-ewwel fażi li ntalbu mill-Awtorita tal-Ippjanar, filwaqt għal matul ix-xhur imsemmijin, is-serer li hemm fiċ-Ċentru ta' Mikropropagazzjoni se jkomplu jintużaw sabiex fihom jitkabbru pjanti dekorattivi, pjanti indiġini kif ukoll pjanti tal-GF677 li fuqhom jitlaqqmu siġar tal-frott irqiq.
Peress li l-familja, li isimha qed jintbagħat separatament, ilha li ħallset is-somma ta' Lm100 għal aktar minn erba' snin sabiex tifdi ċ-ċens tar-residenza tagħha, jista' l-Ministru jinformani x'qed jikkawża dan id-dewmien fil-proċess ta' din l-applikazzjoni? Jista' l-Ministru jara li jiġi rimedjat dan il-każ u każijiet oħra simili?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-każ partikolari li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant huwa dwar proprjeta` li għaliha għad ma hemmx klassifikazzjoni fl-Anness 7 tal-Ftehim dwar il-proprjeta` li l-Awtoritajiet tal-Knisja Maltija għaddew lill-Gvern Malti. Għalhekk l-Uffiċċju Konġunt għalissa ma jistax jifdi ċ-ċens imsemmi u ċnus oħra simili.
Ninsab infurmat ukoll li d-diskussjonijiet biex issir il-klassifikazzjoni meħtieġa issa kważi ntemmu u fi żmien qrib mistennija deċiżjoni li permezz tagħha dawn l-applikazzjonijiet jkunu jistgħu jibdew jiġu proċessati.
12.05.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet fuq karozzi rapportati lill-pulizija matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Kemm kien in-numru ta' kolliżjonijiet tat-traffiku rapportati lill-pulizija għall-istess perjodu? Kemm kienu kawżati kolliżjonijiet fatali u/jew gravi għall-persuni nvoluti matul l-istess perjodu? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 1995/98 rispettivament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
12.05.99 (p.m.)
B'riferenza għall-wegħdiet li saru lill-ħaddiema fl-aħħar kampanja elettorali Nazzjonalista partikolarment lill-Impressed Drivers, jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'sar mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn sabiex dawn il-ħaddiema din is-sena jsiru ħaddiema taċ-ċivil uffiċjalment u jkollhom l-istess drittijiet u kondizzjonijiet bħall-ħaddiema kollha taċ-ċivil?
X'timeframe għandu l-gvern sabiex isolvi din il-problema u kemm huwa n-numru ta' dawn il-ħaddiema fil-mument?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Nru. 1115.
In-numru ta' impressed drivers fis-settur pubbliku huwa 701. Il-Gvern qed jesplora attivament l-aħjar metodu sabiex ikun jista' jindirizza din il-problema.
12.5.99
Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tar-regolamenti u kondizzjonijiet li kienu qed jiġu pprattikati lokalment bħala regoli uffiċjali għad-daqs tal-gaġeġ/batteriji applikabbli għall-industrija tat-tiġieġ matul dawn l-aħħar ħames snin fil-gżejjer tagħna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif suppost jaf hu bħala persuna li kienet responsabli għall-Agrikoltura m'hemm l-ebda regolamenti speċifici għad-daqs ta' gaġeġ/batteriji applikabli għall-industrija tat-tiġieġ.
Jista l-Ministru jara li l-istudent, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa minħabba l-kondizzjoni tad-dyslexia li jidher li għandu u li qed toħloqlu diffikultajiet biex jitgħallem?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mhux possibli li tingħata għajnuna lit-tfal dyslexic kollha. Bħalissa qed tingħata għajnuna skon il-gravita` tal-problema.