Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6909 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-complement ta' gwardjani tal-ħabs bħalissa fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fit-12 ta' Mejju, 1999, in-numru ta' uffiċjali fir-rank ta' gwardjan (Correctional Officer) fil-Faċilita` Korrettiva ta' Kordin kien ta' 145. 17.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #6910 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri li rriżenjaw

Question

Billi minn tweġiba għall-interpellanza parlamentari numru 6207, jidher li ħadd mill-membri tal-Korp tal-Pulizija ma rriżenja wara l-istedina li l-Ministru kien jagħmel għal min mhux jieħu x-xogħol tiegħu bis-serjeta', jista' l-Ministru jispjega x'miżuri se jieħu hu biex inaddaf lill-Korp minn dawn l-elementi? Jista' l-Ministru jikkonferma xniegħat li se jiġu affettwati transfers massiċi oħrajn fil-ġimgħat li ġejjin fil-Korp tal-Pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma diġa` kelli l-okkażżjoni li ngħid, qed tingħata importanza sabiex tissaħħaħ l-Internal Affairs Unit fil-Korp, kif ukoll li jinħatar Bord ta' nies indipendenti li jisimgħu ilmenti kontra l-pulizija kif ukoll mill-pulizija nnfushom. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, kif diġa` kelli okkażżjoni li ngħid fit-Tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti, it-trasferimenti fil-Korp tal-Pulizija jsiru meta u kif ikun il-bżonn, fl-aħjar interessi ta' l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali. Niskanta kif l-Onorevoli Interpellant qatt ma wera ansjeta` meta l-Gvern li kien jifforma parti minnu, wettaq 855 transfer fil-Korp tal-Pulizija fi 22 xahar. 17.05.99 (a.m.)

Qrati superjuri — Sistema tal-Master

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi qegħdin isiru fis-sistema tal-Master fil-Qrati Superjuri? Se jiġu ntrodotti xi tibdiliet fis-sistema? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex beħsiebu jistituzzjonalizza s-sistema kif qegħda titħaddem bħalissa? Jista' l-Ministru jgħid x'passi qegħdin jittieħdu biex timela' l-vakanza tal-kariga li kienet qegħda tokkupa l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, fil-qrati tal-ġustizzja? Jista' l-Ministru jagħti data approssimattiva għat-twaqqif tal-Qorti tal-Familja?

Response (GATT, AUSTIN)

Is-Sistema tal-Master fil-Qrati Superjuri se tithalla tiffunzjona kif inhi bhalissa ghal xi zmien. Dan biex wiehed jara sew jekk ikunx hemm bzonn li jsiru xi tibdiliet izjed il-quddiem. Dan jghodd ukoll ghall-kwistjoni dwar il-possibilta` ta` l-istituzzjonalizzar tas-sistema. Dwar il-vakanza tal-kariga msemmija, diga` harget sejha ghall-applikazzjonijiet biex jimtela l-post li issa, pero, se jkollu xi tibdiliet fir-responsabbiltajiet tieghu. Hu mahsub li l-Qorti tal-Familja jitwaqqaf fl-ewwel xhur tas-sena d-diehla.

Żebbuġ — Kunsill Lokali

Question

B'riferenza għas-sitwazzjoni attwali fil-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ, wara r-riżenja ta' wieħed mill-Kunsilliera, jista' l-Ministru jispjega x'inhi l-pożizzjoni legali dwar il-ħatra ta' Sindku f'dan l-lokal? Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnhom l-emendi li kienu qegħdin jiġu diskussi mill-Gvern Laburista mal-Permanent Law Reform Commission u ma' l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali għall-Kodiċi Ċivili in konnessjoni mas-suċċessjonijiet? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' ma' l-esperti konċernati biex jitħejja l-abbozz ta' liġi f'dan ir-rigward?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-posizzjoni legali dwar il-ħatra ta` Sindku hija rregolata mill-provvedimenti ta` l-Artikolu 25 ta` l-Att ta` l-l993 dwar Kunsilli Lokali u, fil-kaz ta` nuqqas ta` qbil dwar l-elezzjoni tas-Sindku, jistghu japplikaw il-provedimenti ta` l-Arikolu 22 ta` l-imsemmi Att. Dwar l-emendi ghall-ligi tas-successjoni - inizjattiva li inbdiet mill-amministrazzjoni Nazzjonalista precedenti - ninforma lill-Onor. Interpellant li tajt struzzjonijiet lill-Avukat Generali biex jipprepara `draft` ghall-kunsiderazzjoni tal-Kabinett.
Leg 9 PQ #6913 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Nadur - Triq Rabat

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3901, tista' l-Ministru tgħid jekk l-ispecifications ta' l-offerti msemmija ġewx konklużi? Jekk fl-affermattiv, minn min intrebħet l-offerta? Meta se jinbeda x-xogħol imsemmi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-offerti reġgħu ġew ippubblikati fuq struzzjonijiet tad-Direttur tal-Kuntratti.
Leg 9 PQ #6914 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Nadur - Triq it-Torri ta' Isopo

Question

B'riferenza għall-mistoqsijijiet parlamentari numri 900 u 6108, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' spezzjoni li saru u li jgħidu li m'hemmx periklu mminenti fit-triq imsemmija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta numru 6108.
Leg 9 PQ #6915 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Port ta' l-Imġarr — Waiting room

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5702, tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett biex jiġu provduti faċilitajiet xierqa għall-ħaddiema/passiġġieri fl-Imġarr, Għawdex? Tista' l-Ministru tgħid ukoll kemm se jiswew dawn il-faċilitajiet u meta beħsiebhom jibdew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-provvidement ta' faċilitajiet għal passiġġieri f'Għawdex jagħmel parti mill-iżvilupp tal-mollijiet u faċilitajiet simili għal passiġġieri ġewwa ċ-Ċirkewwa u l-Imġarr. Dan il-proġett huwa maqsum f'diversi stadi. Preżentament qegħdin jiġu finaliżati l-istudji tekniċi illi jwasslu sabiex ikun possibbli l-ħruġ tal-permessi meħtieġa mill-Awtorita' tal-Ippjanar. Ix-xogħolijiet fuq il-mollijiet kif ukoll faċilitajiet għal passiġġieri fiċ-Ċirkewwa u l-Imġarr u l-'Breakwater' fiċ-Ċirkewwa ikunu jistgħu jibdew wara l-ħruġ tal-permessi neċessarji.
Leg 9 PQ #6916 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — Servizz ta' Drenaġġ

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 5842, tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-programm ta' xogħlijiet ta' drenaġġ ġewwa Għawdex u x'xogħlijiet oħra għad fadal li jsiru qabel ma jinbeda x-xogħol fuq imsemmi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandi xejn x'inżid mar-risposta numru 5842.
Leg 9 PQ #6917 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Rabat — Għawdex - Triq Repubblika - Traffic lights

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex it-traffic lights li hemm f'salib it-toroq (Triq Repubblika, Rabat, Għawdex) humiex se jintużaw iktar? Jekk fin-negattiv, għaliex ma nqalgħux u twaħħlu f'post ieħor?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li jkunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet dwar it-traffic lights imsemmija meta jitwaqqaf il-Bord il-ġdid dwar il-Kontroll tat-Traffiku.
Leg 9 PQ #6918 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Reġistru ta' l-Artijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew reġistrati artijiet/proprjeta' fir-Reġistru ta' l-Artijiet f'Għawdex, raħal b'raħal u sena b'sena, matul dawn l-aħħar ħames snin f'kejl ta' metri kwadri u fuq bażi ta' reġistrazzjoni volontarja? Kemm kien hemm overlapping kull sena f'kull raħal? Kemm minn dawn l-overlapping ġew solvuti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fir-Reġistru ta' l-Artijiet f'Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin ġew irreġistrati artijiet u proprjeta' kif muri hawn taħt: SENA APPLIKAZZJONIJIET (FIRST REGISTRATION) 1995 546 1996 851 1997 817 1998 877 1999 207 (01-01-99 sa 13-05-99) Dawn iċ-ċifri jinkludu applikazzjonijiet li saru kemm fuq bażi volontarji kif ukoll dawk li jaqgħu taħt 'compulsory registration area'. Jiena nfurmata li ma tinżammx statistika ta' rħula individwali u ta' kemm kien hemm 'overlappings'. L-anqas ma jista' jingħata rendikont ta' kemm mill-'overlappings' li jkun hemm ġew solvuti.
Leg 9 PQ #6939 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċini — Baclofen

Question

Jikkonsidra l-Ministru li l-mediċina Baclofen tiġi kkonsidrata mill-Kumitat Drugs & Therapeutics Committee għal dawk li jista' jkollhom bżonn din il-mediċina minħabba li jkunu qed ibatu min Cerebral palsy? Kemm inxtrat minn din il-mediċina minn Ottubru 1998 sal-lum u kemm-il pazjent kien intitolat għaliha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-mediċina lioresal (Baclofen) qeda fil-formularju, ma jkunx hemm il-bżonn li tiġi approvata mid-DTC għal dawk il-pazjenti l jkunu ntitolati għaliha bla ħlas. Mediċina Inxtara mid-Dipartiment Inħareġ lill-pazjenti (1.10.98 sa llum) (1.10.98 sa llum) ------------------------------------------- --------------------------- Pilloli lioresal 10mg 114,000 53,500 Pilloli lioresal 25mg xejn 7,180

Saħħa — Cerebral Palsy

Question

Jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li s-Cerebral Palsy (General Spasticity) tiġi nkluża fil-lista ta' mard li dawk li jsofru minn din il-marda jkunu intitolati għal Schedule V?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kundizzjoni magħrufa bħala Cerebral Palsy hija koperta bl-Artiklu 27 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) għal għoti ta' Pensjoni lil persuna li tkun qed tbati b'din id-Diżabilita'. Dan ifisser li persuna li tkun qed tieħu din il-Pensjoni, jew tifel jew tifla li jkun qed jieħu l-Allowance tat-Tfal b'Diżabilita' minħabba l-istess kundizzjoni, huma intitolati f'isimhom għal mediċini b'xejn. Għaldaqstant ma tinħassx il-ħtieġa li din il-kundizzjoni tiġi nkluża fil-Ħames Skeda tal-Liġi. 17.5.99

Raħal Ġdid — Postijiet f'għajn Dwieli

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'hemm ippjanat li jsir minn erba' garaxxijiet u żewġ maisonettes li hemm fi Plot 9, Għajn Dwieli, Paola?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Maisonette 9B li hi fi stat ta' ġebel u saqaf inħarġet għall-allokazzjoni b'bejgħ taħt l-Avviż Numru. 63. Maisonette 9A li llum hi fi stat ta' ġebel u saqaf ser titkompla mill-Awtorita' tad-Djar. Fil-fatt inħarġet sejħa pubblika għal dan il-għan. Żewġ garages ser jiġu allokati ma' dawn iż-żewġ maisonettes. It-tnejn l-oħra ser jinħarġu għall-bejgħ bl-offerti. 17.5.99
Leg 9 PQ #6972 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Servizz ta' helicopter

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6596 li baqgħet bla tweġiba u għar-risposta għall-istess mistoqsija parlamentari numru 6785, ma jidhirlux l-Ministru li tali tweġiba tista' ma tirrifletix tajjeb fuq l-Onor. Ministru u l-Gvern tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta numru 6785.

Kunsilli lokali — Elezzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru: 1) jagħti informazzjoni ta' kemm mill-kandidati kollha li ħarġu għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru fit-13 ta' Marzu huma żgħażagħ: a) bejn it-18 u l-20 sena u s-sess tagħhom; b) bejn l-20 u l-25 sena u s-sess tagħhom; c) bejn il-25 u t-30 sena u s-sess tagħhom; d) bejn it-30 sena u l-35 sena u s-sess tagħhom; 2) jgħid kemm fil-fatt telgħu fil-kunsill lokali żgħażagħ skond kif klassifikati f'(a), (b), (c) u (d) flimkien mas-sess tagħhom; 3) b'kuntrast ma' kemm kienu ħarġu żgħażagħ u kemm kienu telgħu żgħażagħ fl-elezzjoni ta' l-istess lokalitajiet tliet snin ilu, jista' jivverifika b'ċifri tanġibbli jekk kienx hemm żieda jew le f'kemm ħarġu żgħażagħ u f'kemm fil-fatt irnexxielhom jitilgħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li jagħtu l-informazzjoni mitluba. Dettalji tal-kandidati kollha eletti jidhru elenkati f`Tabella C għas-sena 1999 u f`Tabella D għas-sena 1996. Dawn it-tabelli huma maqsuma skond il-lokalita`, l-eta` u s-sess.

Impjiegi — Nies qiegħda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru: 1) jikklassifika l-2,981 żgħażagħ qiegħda taħt it-30 sena (hekk kif imħabbar għax-xahar ta' Jannar) skond il-lokalitajiet li ġejjin minnhom; u 2) a) jiddentifika kemm min-numru ta' żgħażagħ qiegħda għandhom diploma/degree mill-Universita' ta' Malta u fl-istess ħin jikklassifika: i) in-numru ta' żgħażagħ qiegħda vis-a-vis id-diploma/degree tagħhom; ii) kemm ilhom jirreġistraw; iii) is-sess tagħhom; u b) jivverifika bi kwotazzjoni ta' ċifri jekk huwiex minnu li f'dawn l-aħħar sitt xhur in-numru ta' nies qiegħda u li għandhom diploma/degree mill-Universita' ta' Malta kiber?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-2,981 żagħżugħ qiegħda li kienu taħt it-tletin sena u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol sa l-aħħar ta' Jannar 1999 kienu mill-lokalitajiet imniżżla f'Tabella A. F'din it-tabella wieħed għandu jsib ukoll kemm minnhom kienu nisa u rġiel. F'Tabella B wiehed għandu jsib kemm dawn iż-żagħżagħ ilhom jirreġistraw għax-xogħol u kemm kellhom eta. Fix-xahar ta' Jannar kien hemm wieħed u għoxrin żagħżugħ (21) li kienu gradwati. Il-figura globali tal-gradwati f'Jannar 1999 kienet ta' 38. Din il-figura hija l-iżgħar fl-aħħar sitt xhur u b'hekk ma nivverifikawx illi n-numru ta' gradwati qalb dawk li qed jirreżistraw qed jiżdied. Din tixhdu it-tabella ta' hawn taħt. Xahar Numru ta' Gradwati Awissu 1998 103 Settembru 1998 46 Ottubru 1998 45 Novembru 1998 47 Diċembru 1998 41 Jannar 1999 38 Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella A u Tabella B imsemmijin hawn fuq. 12.5.99

Anzjani — Servizz ta' Home Help

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatamenti jiżdiedilha l-ħin tal-Home Help minn erba'sigħat għal ħames sigħat fil-ġimgħa minħabba l-importazzjoni tal-każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-laqgħa tal-Bord ta' l-4 ta' Mejju, 1999, il-Bord approva żieda ta' siegħa (1) fil-ġimgħa lill-persuna indikata f'din il-Mistoqsija Parlamentari. 12.5.99

Persuni b'Diżabilita' — "Reserved parking"

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament kien se jingħatalu in "No Parking Sign" quddiem ir-residenza tiegħu minħabba li għandu diżabilita' u issa ntbagħtet nota li dan ma jistax jsir? Jista' l-Viċi Prim Ministru jistħarreġ dan il-każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-"Reserved Parking" jingħata mit-"Traffic Control Board" fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'. Il-Kummissjoni tagħmel din ir-rakkomandazzjoni wara a) li tirċievi l-applikazzjoni relevanti; b) issir żjara fid-dar minn uffiċjali tal-Kummissjoni; c) it-talba tiġi studjata minn bord maħtur mill-Kummissjoni għal dan il-għan u li jinkludi tabib, persuni b'diżabilita' u uffiċjali għoljjin taċ-Ċivil. Dan is-servizz jingħata lill-persuni li għandhom diżabilita' SEVERA ta' mobilita'. Fil-każ ta' l-applikazzjoni li hemm referenza għaliha f'din il-Mistoqsija ġiet użata din il-proċedura. Fl-ebda stadju l-applikant ma ġie mgħarraf li ser jingħata dan is-servizz. Il-bord iddeċieda li, għallissa dan is-servizz ma għandux jingħata minħabba li ma jissodisfax il-kriterji rikjesti. 12.5.99

Djar — Social housing

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta' social housing tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-każ ndikat qed jiġi kkunsidrat, iżda l-persuna nvoluta jkun jaqblilha aktar tapplika mal-Awtorita' tad-Djar taħt il-kategorija speċjali tagħha. 12.5.99

Crash barrier

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3660 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Interu u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' jara li titwaħħal crash barrier quddiem id-dar li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Irreferejt is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant għall-konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.