Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġenituri ma jitħallewx jipparteċipaw waqt il-case conference ta' wliedhom li ssir fis-CDAU ta' l-Isptar San Luqa? Hemm xi ħsieb li din il-proċedura titbiddel fil-futur qarib?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-teġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 4938.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ingħataw is-sensja dawn l-aħħar sitt xhur? Jista' jagħti l-informazzjoni maqsuma f'nisa u rġiel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-ammont ta' ħaddiema li ngħataw is-sensja f'dawn l-aħħar sitt xhur huwa kif ġej:-
XHUR NISA RĠIEL TOTAL
Ottubru 1998 31 150 181
Novembru 1998 34 152 186
Diċembru 1998 38 119 157
Jannar 1999 60 188 248
Frar 1999 31 146 177
Marzu 1999 28 214 242
17.5.99
Jista' l-Prim Ministru jagħti n-numru totali ta' impjegati fid-diversi dipartimenti tal-gvern, dipartiment b'dipartiment? F'liema dipartimenti u gradi hu maħsub li hemm ħaddiema nieqsa u f'liema, żejda?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bi tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda bl-informazzjoni mitluba kif kienet f'April.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab infurmat illi minn żmien għal żmien kull dipartiment ikun over jew under complement. Fil-każ ta' l-ewwel isiru arranġamenti għal re-deployment u fil-każ tat-tieni, fejn hu assolutament neċessarju, jittieħdu passi biex il-vakanzi jimtlew.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna barranija ttellgħet il-qorti għax kienet f'pajjiżna llegalment matul l-1998? Kemm-il persuna ġiet deportata?
Response (GATT, AUSTIN)
Dawn il-persuni hekk imsejha Klandestini jitressqu l-Qorti mill-Pulizija quddiem il-Magistrat ta` l-Ghassa. Il-kawzi jinstemghu bi procedura sommarja fejn tinghata s-sentenza dak il-hin stess (kemm il-darba jkun hemm ammissjoni). Il-Maġġor parti taghhom jigu deportati dak il-hin stess. Fi proceduri sommarji l-Qorti ma żżommx statistika ta` dawn il-persuni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nies ittestjaw pożittiv għal hepatitis C u B fl-1998? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u jekk humiex irġiel jew nisa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Permess li numru kbir ħafna ta' kampjuni li jiġu ttestjati jkunu anonimi mhuwiex possibli li jkollok figuri preċiżi tan-numru ta' persuni posittivi. Anki l-informazzjoni dwar sess u eta' ma tkunx daqshekk preċiża.
Matul l-1998 fil-laboratorju tal-Isptar San Luqa saru dawn it-testijiet:-
Nru. ta' Testijiet Posittivi
------------------------------
Hepatitis B 9858 151
Hepatitis C 4262 315
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li se jkun l-interest on public debt fl-1999?
Response (DALLI, JOHN)
Skond l-Estimi finanzjarji approvati għas-sena 1999, huwa stmat li l-intressi fuq id-dejn pubbliku għandu jkun kif imsemmi
Stocks Lokali Lm 42,912,960
Treasury Bills Lm 4,942,000
Self Barrani Lm 1,814,000
Ma dawn wieħed irid iżid is-somma ta` Lm295,000 għall-`conversion stock MGS 5.9% 2007 II` li nħareġ sabiex jissostitwixxi MGS 6.0% 1999 I li għalaq fl-1999.
Peress li l-Gvern huwa awtoriżżat li matul il-1999 joħroġ stock ġdid sa massimu ta` Lm100,000,000, u kemm l-ammont, l-interessi u ż-żmien meta se jinħarġu dawn l-stocks għadu ma ġiex deċiż, ma tistgħax tingħata risposta eżawrjenti ta` kemm se jkun l-imgħax fuq is-Self Pubbliku għal dan il-ħruġ ta` Stock ġdid.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, hijiex intitolata sabiex il-pensjoni tagħha tkun aġġustata minħabba l-emenda fil-liġi dwar pensjonanti tas-Servizzi Ingliżi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ser tiġi nfurmata dwar il-pensjoni tagħha wara li jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa.
17.5.99
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba sabiex it-tifel, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ikun jista' jkollu facilitator, għaliex mill-case summary taċ-Child Development Assessment Unit jidher li dan it-tifel għandu bżonn ta' ħafna għajnuna?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment ma tirriżultalux it-talba dwar dan it-tifel.
Tajjeb li l-ġenituri jivverifikaw x'qed jiġri fil-każ tat-tifel konċernat u jinformawni bl-iżviluppi jekk iħossu l-ħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba ta' l-anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, sabiex post vojt, proprjeta' tiegħu, li hu terran tkun tista' titneħħa r-requisition minn fuqu sabiex ikun jista' jmur jgħix fih peress li l-post fejn qed jgħix bħalissa fih ħafna taraġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ imsemmi qiegħed jiġi proċessat mid-Dipartiment. L-anzjan ġie mitlub japplika biex meta il-post jitbattal u ċ-ċwievet ikunu fid-Dipartiment, ikun jista' jiġi allokat lilu skond il-liġi. Ir-rekwiżizzjoni titneħħa iżjed tard meta jiġi aċċertat li hu joqgħod fil-post.
17.5.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tat-Telegraphy huwiex konxju mill-interferenza li qiegħed ikollu r-reception tat-TV f'Malta minħabba xi ħsarat minn wieħed mill-istazzjonijiet tat-TV lokali? X'passi qiegħed jieħu dan id-dipartiment u liema ordni ġiet mogħtija lil dan l-istazzjon li jirregolarizza kemm l-apparat fuq l-antenna kif ukoll fuq apparat ieħor? Tista' kull korrispondenza fuq dan il-każ titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, ĊENSU)
Matul l-ewwel jiem ta` Mejju d-Dipartiment tat-Telegrafia mingħajr Fili daħlulu diversi ilmenti dwar interferenzi minn stazzjon tat-televiżjoni lokali.
Id-Dipartiment ħa l-passi neċessarji u ġie ikkonfermat illi l-interferenzi kienu kkaġunati minn stazzjon lokali.
L-istazzjon ikkonċernat ġie nfurmat b`dan sabiex jirranġa s-sitwazzjoni ħalli l-interferenzi jieqfu. Billi din il-materja tikkonċerna ix-xandir, ġiet infurmata ukoll l-Awtroita` tax-Xandir biex hi wkoll tieħu dawk il-passi neċessarji kemm-il darba is-sitwazzjoni ma tiġix għan-normal fl-iqsar żmien possibli.
Jien infurmat li l-Awtorita` tax-Xandir, flimkien mad-Dipartiment tat-Telegrafija minghajr Fili għadhom isegwu l-każ.
Jista' l-Ministru jordna li l-ġnien li hemm f'Horn's Ditch fejn hemm il-monument ta' Dante Alighieri jingħata attenzjoni xierqa? Tista' tissewwa x-xatba tal-ħadid li hemm fl-entratura minħabba l-abbużi li qegħdin isiru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant qed jiġi innutat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6826 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u cioe': Jista' l-Ministru jara li d-daħla quddiem il-principal gate tal-Korporazzjoni Enemalta f'Church Wharf, Marsa tiġi asfaltata kif inhu xieraq? Għaliex qegħda titħalla għadira daqshekk kbira li konsegwenza ta' hekk jinġabru għadd ta' insetti li jistgħu jkunu nfettati? X'passi se jieħu d-dipartiment b'mod spedit?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant essenzjalment huwa parti mir-responsabbilita` tal-Kunsill Lokali tal-lokal.
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jitkellem mal-Kunsill u l-Enemalta sabiex tinstab soluzzjoni għal dan l-ilment.
Jista' l-Ministru jara li tiġi riveduta kwalifika 4 (a) (v) ta' skema numru 1 ta' l-Awtorita' tad-Djar fis-sens li sidien ta' djar li huma ulied persuni b'diżabilita' li joqogħdu fl-istess dar jitħallew japplikaw għal sussidju/għajnuna finanzjarja?
Jista' l-Ministru jara li l-liġi f'Għawdex tiġi applikata għal kulħadd fis-sens illi hemm min qiegħed jabbuża fil-bajja tar-Ramla, fin-Nadur, Għawdex bid-dgħajjes tal-kiri fuq ir-ramel li huwa protett mill-Ambjent u mingħajr l-ebda permess neċessarju u dan bil-barka tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija għamlet u ser tibqa' tagħmel spezzjonijiet fil-bajja li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant sabiex ma jkunx hemm l-abbuż msemmi.
17.05.99 (a.m)
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6660, jista' l-Ministru jgħid il-karozza Kia Mentor li nkriet bir-rata ta' Lm15.76 kuljum, għal kemm żmien inkriet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-karozza li għaliha qed issir riferenza nkriet għal ġurnata waħda.
Peress li d-dħul u l-ħruġ ta' l-Isptar Monte Carmeli huwa perikoluż ħafna u spiss jiġru nċidenti tat-traffiku, jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jiġi attwat il-pjan li hemm biex din il-problema tiġi solvuta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li għadhom kif ingħataw il-kuntratti neċessarji biex dan ix-xogħol isir u l-kuntrattur li jrid jaħdem l-ewwel qed jipprepara biex jagħmel dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-PMO fuq il-proġett ta' l-isptar il-ġdid ta' Tal-Qroqq in vista tar-reklami li qed jidhru bħalissa fil-ġurnali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-F.M.S. beħsiebha tingaġġa nies professjonali biex iħarsu l-interessi tagħha bhala rappreżentant tal-Gvern Malti fuq il-proġett tal-Isptar il-Ġdid.
Il-ftehim li hemm bejn l-M.U.S. u l-F.M.S. ser jiġi tterminat.