Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6796 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Laħam tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jkompli jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6126?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie investigat l-ilment tiegħu mat-terzi persuni li taw l-informazzjoni lid-Dipartiment tas-Servizz Veterinarju u dawn issa kkonfermaw li l-informazzjoni għall-1995 għanda taqra hekk: Sena Valur Prezz Medju 1995 Lm6.9M 81c5
Leg 9 PQ #6835 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Armamenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi procurement ta' armamenti sar mill-awtoritajiet Maltin sena b'sena, mill-1996 'il quddiem?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma jidhirlix li l-informazzjoni mitluba għandha tiġi ppublikata. Jekk l-Onor Interpellant għandu xi ħtieġa għall-informazzjoni din tista tingħata kunfidenzjalment.
Leg 9 PQ #6836 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Associated News Group Ltd. — PR

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-biċċa xogħol waħda ta' PR li għaliha l-Associated News Group Ltd. tħallset Lm1,338.50c?

Response (DALLI, JOHN)

L-ANG Ltd tħallset ta` assistenza fir-relazzjonijiet pubbliċi matul ix-xhur ta` April u Mejju.
Leg 9 PQ #6837 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6730?

Response (BORG, JOE)

Ma kien hemm l-ebda nfieq fuq hospitality u safar minn meta ġejt nominat Ministru sa l-aħħar ta` Marzu. Iżda kien hemm nefqa ta` LM205 f`hospitality u LM 3,931 f`safar minn delegazzjonijiet mmexxija minni matul il-perjodu li kont Segretarju Parlamentari.
Leg 9 PQ #6838 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Clamping/towing

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta': clamping, towing u breathalyser xahar b'xahar, mill-1.10.98 'il quddiem?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej : - 1998 1999 Każi ta' Ott. Nov. Diċ. Jan. Frar Mar. Apr. Ikklampjar 36 16 - 23 25 43 27 Irmunkar 272 246 284 191 328 308 431 Test tan-nifs 14 13 16 20 16 21 5 (pożittivi) 17.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #6839 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Inċidenti tat-traffiku

Question

Il-pulizija kemm irriżultawlha li kien hemm inċidenti tat-traffiku f'St. Venera bypass kemm ilha li nfetħet? Kemm minnhom wasslu għal fatalitajiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn mindu ġiet inawgurata l-By-Pass ta' Santa Venera f'Settembru, 1992, seħħew tlett imwiet kawża ta' inċidenti tat-traffiku. Rigward in-numru ta' inċidenti tat-traffiku fl-istess post rappurtati lill-Pulizija, ninsab infurmat li mill-1 ta' Jannar, 1998, id-data li fiha bdew jinżammu rekords fuq il-PIRS, sa l-10 ta' Mejju, 1999, dan kien ta' 61. 17.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #6840 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Kosovo — Kuntatti mill-Gvern Malti

Question

Jista' l-Ministru jelabora dwar il-ħidma u l-kuntatti diplomatiċi tal-gvern Malti fir-rigward tal-kriżi tal-Kosovo?

Response (BORG, JOE)

Fil-kuntatti kemm tiegħi u tal-Ministeru dwar il-kriżi tal-Kosovo, dejjem indirizzajna it-traġedja umana li mhux biss ilha sejra żmien iżda kull ma tmur kienet qiegħda tikber. Aħna esprimejna is-sogħba tagħna għal-fatt li l-isforzi tal-Contact Group ma waslux għal ftehim aħħari li permezz tiegħu is-sitwazzjoni preżenti setgħet tiġi evitata. Aħna nisħqu sabiex in-negozjati jerġaw jibdew mill-aktar fis possibli ħalli tinstab soluzzjoni ekwa u dejjiema. Mill-aspett uman il-Gvern ħabbar li lest jilqa f`Malta sa mitt refuġjat u b`hekk jgħin fl-isforzi intiżi sabiex itaffu it-tbatija ta` dawn in-nies. F`dan ir-rigward, nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant għal pożizzjoni li hadet Malta, flimkien mal-pajjiżi ta` l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, kif ukoll dawk il-pajjiżi membri ta` l-EFTA li huma membri tal-European Economic Area, illi tipprojbixxi l-provvista jew bejgħ ta` petroleum jew prodotti tiegħu lir-Repubblika tal-Yugoslavja. Dan kollu għandu l-oġġettiv li tinstab soluzzjoni ġusta għall-paci dejjiema fir-Reġjun.
Leg 9 PQ #6842 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk inbidilx xi ħaġa mid-dokument li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra rigward il-Proġett tal-Kottonera, f'termini tal-kondizzjonijiet? Jekk iva, jista' l-Ministru jinforma lill-membri tal-Kamra billi jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nassumi illi l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-kuntratt propost bil-'Land Drawings' annessi. Ma sar ebda tibdil f'dawn id-dokumenti li fil-fatt kienu diskussi bl-aktar mod akkurat mill-Public Accounts Committee.
Leg 9 PQ #6843 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sejjaħx laqgħat mal-kunsilli lokali tal-Kottonera biex jiddiskutu flimkien il-proġett tal-Kottonera? Jekk iva, meta sar dan?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jiena ltqajt mal-Kunsilli Lokali konċernati b'dan l-iżvilupp kif hawn taħt elenkat biex niddiskuti il-Proġett tal-Kottonera: KUNSILL LOKALI BORMLA --------------------- Il-Ġimgħa 30 ta' Ottubru 1998 L-Erbgħa 3 ta' Marzu 1999 Il-Ħamis 8 ta' April 1999 KUNSILL LOKALI BIRGU -------------------- L-Erbgħa 3 ta' Marzu 1999 KUNSILL LOKALI ISLA ------------------- L-Erbgħa 3 ta' Marzu 1999 KUNSILL LOKALI KALKARA ---------------------- Il-Ġimgħa 5 ta' Marzu 1999 Il-Ġimgħa 14 ta' Mejju 1999 Jien għamilt ukoll preżentazzjoni għall-Kunsilli Lokali tal-Birgu, Bormla, u l-Isla nhar il-Ħamis 22 ta' April 1999.
Leg 9 PQ #6844 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Bini storiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi studji qed isiru biex jiġi salvagwardat bini u wirt arkitettoniku u storiku importanti li hemm fil-Kottonera u li se jintlaqat bil-proġett tal-Kottonera? Jekk iva, min qed jagħmel dan l-istudju?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kull żvilupp li ser isir huwa rregolat bil-liġijiet u proċeduri normali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u bħal f'kull każ anke jekk l-iżvilupp ikun se jsir minn naħa tal-Gvern irid jiġi sottomess lill-istess Awtorita'. Parti minn dan il-proċess huwa li jiġu sottomessi d-dettalji kollha, l-istudji kollha li jkunu saru kif ukoll il-metodu li jkun ser jintuża fir-restawr. Il-Konsorzjum huma marbutin li jagħmlu dan kollu u għalhekk ma nassumix li hemm xi problema f'dan ir-rigward. Barra minn dan, it-Taqsima tax-Xogħlijiet se żżomm għajnejha ukoll fuq dak li jkun qiegħed isir.
Leg 9 PQ #6845 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Squatters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif u fejn se jpoġġi l-isquatters li hemm fl-inħawi fejn se jsir il-proġett tal-Kottonera? Jekk dan se jsir, jista' l-Ministru jgħidli meta ġew informati?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 17.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #6846 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli lokali — Local wardens

Question

Jista' l-Ministru jgħid min se jkun responsabbli għall-ħlas tal-local wardens fil-kunsilli lokali, jekk hux il-gvern jew l-istess kunsilli tal-lokal?

Response (GATT, AUSTIN)

Is-servizz tal-Gwardjani Lokali ghall-infurzar tal-ligijiet mill-Kunsilli Lokali se jkun wiehed ikkuntrattat bhas-servizzi l-ohra li jaghtul-Kunsilli. Ghaldaqstant il-hlas ta` dan is-servizz se jsir mill-Kunsilli Lokali filwaqt li minn naha taghhom, l-Kunsillise jzommu l-hlasijiet tal-penalitajiet li jirrizultaw mill-kontravenzjonijiet.

NEA — Bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Bord ta' l-NEA dam daqshekk wieqaf? Jista' jgħid meta se jiġi mwaqqaf dan il-Bord?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-ħatra tal-membri tal-Bord ta' l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol, bl-eċċezzjoni ta' membru indipendenti wieħed, skadiet għall-aħħar ta' Jannar ta' din is-sena u għalhekk il-Bord ma setax jiltaqa'. Wara li saret il-konsultazzjoni meħtieġa mar-rappreżentanti ta' min iħaddem u mal-'Unions' kif ukoll wara li ġew avviċinati persuni dwar il-possibilta' li jinħatru bħala membri indipendenti, saru r-rakkomandazzjonijiet neċessarji u għalhekk nittama li l-Bord ikun jista' jinħatar dalwaqt. 17.5.99
Leg 9 PQ #6849 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zabbar — Triq il-Luq - Power lines

Question

B'riferenza għall-każ Ref No. 325/92/98 dwar rerouting ta' power lines fi Triq il-Luq, Zabbar u li ilu pendenti mill-10 ta' Lulju 1998, possibbli li l-Korporazzjoni Enemalta fl-aħħar tieħu passi u ma tibqax tgħaddi aktar biż-żmien lil dan il-klijent li hu bniedem anzjan u li dawn il-power lines qed ikunu ta' periklu għalih u għall-familja tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xogħol biex isir re-routing fit-triq imsemmija waqa` lura minħabba diffikultajiet amministrattivi. Dawn il-problemi issa ssolvew u x-xogħol mistenni jibda f`qasir żmien.
Leg 9 PQ #6850 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Birkirkara - Plot mitluqa

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6827 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' jekk jogħġbok tgħid x'se jsir minn plot li tinsab f'Ganu Street wara l-Mitħna ta' Birkirkara għaliex qegħda toħloq inkonvenjent ta' ħmieġ u periklu lir-residenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-iżvilupp tal-plot li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant huwa suġġett għall-permess PA 5569/95, liema permess skada, u li presentament qiegħed fil-proċess ta' tiġdid skond applikazzjoni PA 3265/98. Jirriżulta wkoll illi x-xogħol fuq dan is-sit kien ġie ordnat jieqaf mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar u dan għaliex l-iżvilupp kien qed isir mingħajr ma ġiet mogħtija l-linja uffiċjali skond il-kundizzjonijiet tal-permess. Issa li din il-kwistjoni ġiet regolarizzata, l-iżvilupp fuq dan is-sit jista` jitkompla appena l-permess jiġi mġedded. Fil-frattemp, il-plot in kwistjoni ġie mdawwar b'ħajt u 'fence' sabiex jitnaqqas kemm jista` jkun l-inkonvenjent. L-uffiċjal ta' l-Awtorita` inkarigat ser jibqa` jsegwi l-każ sabiex jiġi assigurat li l-kundizzjonijiet qed jiġu rispettati. 17.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #6851 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Buġibba/San Pawl il-Baħar/Qawra — Manutenzjoni

Question

Peress li fl-inħawi ta' Buġibba, San Pawl il-Baħar u l-Qawra, ħafna ħwienet, lukandi, restaurants, bars, eċċ jilmentaw li meta jirrapportaw xi ħsarat fis-sistema ta' l-ilma, id-dawl, telephone, drenaġġ, eċċ jdumu jistenew ħafna u jiġri li kawża ta' dawn il-ħsarat it-terzi persuni jidħlu f'ħafna spejjeż żejda sabiex isibu soluzzjoni temporanja ħalli jkunu lanqas impatt possibbli fiċ-ċirkostanzi, jista' l-Ministru jikkonsidra li jikkordina unit ġdid sabiex dawn il-ħsarat jiġu kkordinati aktar pofessjonalment?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ser jiġi innutat.
Leg 9 PQ #6852 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ġonna Pubbliċi

Question

Peress li kienu bdew isiru numru ta' ġonna kordinati bejn il-ħaddiema ta' l-Urban and Rural Landscaping tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u l-kunsilli lokali bħal fil-każ tar-Rabat Malta, fejn saru xogħlijiet fl-Imtarfa, il-Baħrija u r-Rabat u kienu fil-fatt bdew diskussjonijiet sabiex kif jitlestew dawn ix-xogħlijiet jibdew ix-xogħlijiet fuq il-ġnien rikreattiv f'Għajn Qajjed u l-Kunsill tar-Rabat kien alloka s-somma ta' flus sostanzjali għal dan il-proġett, jista'l-Ministru jinformani mill-5 ta' Settembru 'l hawn kemm saru laqgħat u preparamenti sabiex dan ix-xogħol jitkompla għall-benefiċċju tar-residenti tan-Nigret u Għajn Qajjed?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #6853 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx massimu ta' bond li jista' jintalab mill-Planning Authority fuq il-proġett? Jekk iva, hemm xi skala għal forom ta' żvilupp differenti?

Response (BORG, TONIO)

Il-liġi ma tispeċifikax massimu ta' garanzija finanzjarja marbuta ma' xi kondizzjoni. Il-garanzija tkun ta' ammont li jirrifletti il-kundizzjoni li għaliha tkun meħtieġa l-istess garanzija. B'dan il-mod ikun jista` jiġi assigurat li l-istess kundizzjoni tinżamm mill-iżvilupattur. Il-flus ma jinġibdux jekk il-kundizzjoni tkun osservata. 17.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #6854 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Allokazzjoni ta' fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jalloka l-fondi li ġew ivvotati għal pulizija fid-diversi sezzjonijiet tal-korp? X'inhi r-raġuni li minkejja li għaddiet terz minn din is-sena hemm numru ta' sezzjonijiet fil-Korp tal-Pulziija li għadhom ma jafux kemm hemm flus allokati għalihom mill-budget ta' din is-sena, partikolarment għax-xiri ta' equipment li jitħallas mill-vot kapitali?

Response (BORG, TONIO)

Il-fondi li jingħataw taħt il-vot tal-Pulizija, bħal f'kull Dipartiment ieħor, jiġu allokati skond il-programmi u t-talbiet li jkunu ġew sottomessi fil-Business Plans tad-Dipartiment, wara li dawn il-fondi jiġu approvati fl-Estimi għas-sena partikolari. Naturalment, il-fondi li eventwalment jiġu pprovduti, jitqassmu b'mod li jkun jirrifletti l-prijoritajiet tad-Dipartiment kif murija fl-istess Business Plans. Fl-ambitu tal-parametri msemmija, l-allokazzjoni ssir mill-Kummissarju b'konsultazzjoni mad-Direttur responsabbli mill-Finanzi u Amministrazzjoni. 17.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #6855 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tfal b'diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ġenituri ta' tfal b'diżabilita' għandhomx id-dritt li jagħżlu huma f'liema skola jibgħatu lil uliedhom? Jekk le, jista' l-Ministru jgħid min jagħmel l-għażla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ġenituri, wara li jingħataw pariri siewja, għad għandhom id-dritt li jgħażlu jekk it-tfal tagħhom jattendux skola "mainstream" jew dik Speċjali. Dan wara li każ partikolari jiġi eżaminat minn 'Statementing Board'. Dan jgħodd għal skejjel statali.