Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6866 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Bajjiet — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jinformani bil-programm ta' tindif tal-bajjiet tat-12-il distrett ċioe' l-Għadira, Għajn Tuffieħa, l-Ġnejna, eċċ għal matul l-istaġun tas-sajf li ġej? Kemm hu n-numru ta' ħaddiema responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet? X'makkinarju għandhom? X'kuntratti lill-kuntratturi privati se jkun hemm relatati ma' dawn ix-xogħlijiet tal-bajjiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6867 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Siġar

Question

Peress li matul l-1997/98 il-Gvern Malti rċieva donazzjoni ta' 5,000 siġra kull sena, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'arranġamenti saru sabiex l-istess ammont ta' siġar jerġgħu jingħataw din is-sena? Ma min saru laqgħat u meta saru mill-5 ta' Settembru 'il hawn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6868 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Għajnuna mill-gvern Indjan

Question

Jista' l-Ministru jinformani x'ġara mill-għajnuna li l-gvern Indjan kien ta lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex jagħmel landscaping b'karatteristika Indjana? Fejn se jitħawlu dawn il-pjanti? F'liema triq/bypass, eċċ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #6869 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Urban Rural Landscaping

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' talbiet li l-Urban Rural Landscaping resqet quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex jiġu rranġati roundabouts u jsiru xogħlijiet oħra ta' landscaping f'diversi nħawi ta' Malta u Għawdex matul il-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #6870 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Distrett Nru. 12 — Ħruġ ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' fawran tad-drenaġġ rapportati fil-bliet u rħula tat-12-il distrett matul l-ewwel erbgħa xhur tas-sena? X'kienu r-raġunijiet? Meta saru t-tiswijiet u kemm ħadu żmien aktar minn dak normali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li qiegħed isir 'research' fuq in-numru ta' fawran fl-ewwel erba' xhur tas-sena, ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #6871 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Rabat — Releave valve tad-drenaġġ

Question

Peress li ilu s-snin jintqal li se jsir releave valve tad-drenaġġ fir-Rabat, Malta sabiex ikun hemm kontroll aħjar tas-sistema partikolarment fl-inħawi ta' Vjal il-Ħaddiem u Għajn Qajjed, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li din il-problema ser tiġi ttrattata fit-tielet fażi tal-proġett Baħrija, Rabat, Attard u Qormi. Ix-xogħlijiet ser jibdew fis-sena 2000. Il-proġett jinkludi t-tqegħid ta' madwar 4 kilometri ta' mejnijiet fosthom li ser jitqegħdu fi Vjal il-Ħaddiem u Triq in-Nigret. B'dan il-proġett jiġi eliminat kull inkonvenjent f'dawn it-toroq imsemmija u b'hekk jistgħu jiġu mqabbda l-inħawi ta' Għajn Qajjed.

Akkomodazzjoni Soċjali — Allokazzjoni ta' djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew allokati appartamenti u djar tal-gvern f'postijiet f'Malta u f'Għawdex, sena b'sena mill-1987 'l hawn? Liema huma dawn l-appartamenti u djar tal-gvern li ġew allokati? Kemm kienet il-kera sussidjata li tħallset jew li qed titħallas fuq kull appartament u dar tal-gvern allokati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali alloka 3703 post fil-perjodu indikat kif muri sena b'sena hawn taħt. Dawn kienu il-postijiet li tbattlu u kienu madwar Malta u Għawdex. Uħud minnhom kienu allokati iżjed minn darba fl-istess perjodu. Il-kirjiet kummerċjali ta' dawn il-postijiet kienu regolati skond l-Avviż tal-Gvern numru 202 tat-13 ta' Marzu 1987. Dawn jiġu ssussidjati skond id-dħul tal-inkwilini kif hemm stipulat fl-istess Avviż. 1987 (minn Lulju) 217 1988 338 1989 374 1990 353 1991 428 1992 227 1993 362 1994 330 1995 228 1996 223 1997 238 1998 312 1999 73 17.5.99
Leg 9 PQ #6929 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Qali — Rave party

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jħallsu l-promoturi tar-rave party kbir li se jiġi organizzat fil-ġejjieni qarib fil-grounds ta' Ta' Qali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li qed isir eżerċizzju ma' l-'Accounts Section' tal-'Works Division' sabiex tiġi stabbilita rata għall-attivitajiet kollha li jsiru għal skop ta' profitt fil-grounds ta' Ta' Qali.
Leg 9 PQ #6941 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Bankini — Ġarr ta' ramel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħed jinġarr ramel mill-bajjiet f'Malta biex jitqiegħdu s-slabs fuq il-bankini? Minn fejn qiegħed jittieħed dan ir-ramel (liema bajja)? Hemm kontroll fuq il-kwantita' li tinġarr? Jidhirlu l-Ministru li ġarr ta' ramel huwa kkonsidrat ħsara ekoloġika?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li waqt li qiegħed isir xogħol ta' 'embellishment' fi Pretty Bay, B'Buġia, kien hemm xi ftit ramel żejjed, u dan tneħħa u ntuża trakk ramel għall-paviment tal-bankini fiż-Żonqor Area, Marsascala u tliet trakkijiet ramel oħra ntużaw mid-Dipartiment tad-Distretti.
Leg 9 PQ #6942 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kuriduri tal-Palazz — Manutenzjoni ta' kurrazzi

Question

Jista' l-Ministru jordna li l-kurrazzi tal-metall li hemm fil-kuriduri tal-palazz fil-Belt, Valletta jingħataw l-attenzjoni xierqa minħabba s-sadid li qiegħed jiżvolġi fihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #6943 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — National Laboratory

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jinfetaħ National Laboratory f'Malta? Jidhirlu l-Ministru li dan il-laboratorju huwa ħtieġa nazzjonali minħabba l-istandards tal-prodotti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru tas-Servizzi Economiċi.
Leg 9 PQ #6964 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Żebbuġ — Sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti ordni sabiex is-sistema tad-drenaġġ minn Triq Batu għal Sqaq Il-Lhudi li jibqa' sejjer sa Triq l-Imdina maġenb l-iskola tad-Dorothej, titnaddaf minħabba il-blockage li jeżisti preżentament? Għaliex il-pompa tad-drenaġġ li hemm fil-viċinanza mhux taħdem?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartiment konċernat biex jieħu l-passi meħtieġa. Rigward it-tieni parti, tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #6979 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assistent Kap

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn kien qed jaqdi d-dover tiegħu bħala Assistent Kap ta' Skola il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, fit 18 ta' Settembru 1997?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din il-persuna kien qed jaqdi d-dover tiegħu f'xi taqsima ta' restawr li kellu l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.

Qormi — Triq iċ-Ċawsli - Ilmijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu d-dipartiment responsabbli biex tiġi megħluba l-problema ta' l-ilmijiet fi Triq iċ-Ċawsli, Qormi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-toroq qed jaħdem biex jitwettaq ix-xogħol f`Imdina Road u fil-Bypass li ser jinkludi bini ta` `culverts` għall-ilma. Għalhekk b`dan il-proġett hu maħsub li jonqsu l-ilmijiet li jaqgħu aktar l-isfel fiż-żona ta` Triq iċ-Ċawsli. Meta x-xogħol isir wieħed ikun jista` jiddeċiedi aħjar fuq x`miżuri oħra ikun hemm bżonn jittieħdu biex il-problema ta` l-ilmijiet fi Triq iċ-Ċawsli tkun ikkontrollata.

Qormi — Triq il-Milied - Telephone box

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex konxju tal-bżonn ta' telephone box fl-inħawi ta' Triq il-Milied, f'Ħal Qormi? Jekk iva, meta se tiġi nstallata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-uffiċjal responsabbli mill-cardphones fil-Maltacom ser jieħu l-opinjoni tal-Kunsill Lokali ta' Ħal-Qormi dwar il-ħtieġa ta' cardphone fl-inħawi tat-triq imsemmija.

Qormi — Triq il-Milied - Letter box

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex konxju tal-bżonn ta' letter box fl-area relattivament ġdida fl-akwati ta' Triq il-Milied, f'Ħal Qormi? Jekk iva, meta huwa ppjanat li din tiġi nstallata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ir-residenti ta' l-akwati ta' Triq il-Milied f'Ħal-Qormi jistgħu jagħmlu użu minn żewġ kaxxi ta' l-ittri li hemm fil-qrib ta' l-inħawi. Waħda minn dawn il-kaxxi ta' l-ittri tinsab f'Misraħ San Franġisk u l-oħra fil-Qasam tad-Djar tal-Blat. Dawn iż-żewġ kaxxi ta' l-ittri jinsabu madwar 350 metru bogħod mill-lokalita' imsemmija. Fiċ-ċirkostanzi ma jinħassx il-bżonn ta' kaxxa ta' l-ittri fl-inħawi ta' Triq il-Milied.

Qormi — Valletta Road

Question

Jista' l-Ministru jara kif jista' jiġi megħlub il-periklu li hemm f'Valletta Road, Qormi (fuq il-pont tal-wied) kemm għal karozzi kif ukoll għal nies mexjin, forsi permezz ta' zebra crossing jew pellican lights?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipatrtiment tat-Toroq biex jara x`jista` jsir.

Ambaxxati — Foreign Office

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il intervent għamel il-Foreign Office ma' Ambaxxati f'Malta biex jiġu regolarizzati l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema mill-1994? Ma' liema ambaxxati?

Response (BORG, JOE)

Mill-1994 'l hawn, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin għamel rappreżentazzjonijiet mar-rappreżentanti diplomatiċi tal-Gvernijiet tal-Libja, ta' Franza u ta' l-Indja dwar ilmenti li tressqu, minn żmien għal żmien, quddiem id-Dipartiment tax-Xogħol minn ħaddiema Maltin impjegati fl-ambaxxati ta' dawk il-pajjiżi f' Malta.

Xandir — Frekwenzi tar-radju vakanti

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3980 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe' jista' jgħid kemm hawn frekwenzi tar-radju vakanti bħalissa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Malta għad għandha erba` frekwenzi fil-VHF FM li għadhom mhumiex okkupati mill-frekwenzi allokati lilha mill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekommunikazzjonijiet.