Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6928 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Refund cases

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm kien in-numru ta' refund cases li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni ħadem matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? Kemm tħallsu minn dawn ir-refunds f'ċifra ta' flus?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni mitluba ma tistax tinġabar. Dawk l-istimi li jkunu nżammu mis-sistema għax jistgħu jirriżultaw f`refunds ikunu jridu jgħaddu minn diversi proċessi bil-kompjuter u verifiki oħra qabel ikun finalment determinat jekk dawn se jirriżultawx f`refunds.
Leg 9 PQ #6150 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Kalkara — Club tar-Regatta - Skal

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux se jsir skal diċenti għall-użu tal-Club tar-Regatta, fil-Kalkara u oħrajn dilettanti tad-dgħajjes kif kien proġettat li jsir fil-Cottonera Rehabilitation Project? Jekk iva, meta se jiġi esegwit ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ser ngħaddi dan is-suġġeriment lill-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera meta dan jiġi rikostitwit.
Leg 9 PQ #6151 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Guidance teachers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ittrattaw il-guidance teachers fl-iskejjel ta' tfal bi problemi, matul is-sena 1998? Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif skola skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ġie kkalkulat li aktar minn 6832 student fittxu l-għajnuna tal-Guidance teachers fis-sena 1998. Diffiċli taqta' linja; u tgħid liema kienu "każi" kbar jew kienu sempliċement diffikulta`, għax dak li hu ta' problema għal individwu jista' ma jkun ta' ebda diffikulta` għal ħaddieħor. Jekk tingħata statistika skola, skola jista' jiġri li skola tiġi ttimbrata li għandha ħafna problemi. Għalhekk ikun xieraq li l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija ma tingħatax.
Leg 9 PQ #6152 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Education Welfare Unit — Social workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm social workers jaħdmu fl-Education Welfare Unit tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni? Ma' kemm skejjel iridu jlaħħqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-Education Welfare Unit hemm seba' Social Workers inkluża l-Head tal-Unit li għandha 'caseload' iżgħar iżda b'każijiet aktar diffiċli. Dawn is-Social Workers iridu jlaħħqu ma' l-iskejjel kollha ta' l-istat (130). Fil-każ ta' l-Iskejjel tal-Knisja u privati x-xogħol ma' dawn isir fuq talba tagħhom. Apparti l-iskejjel is-Social Workers ukoll jagħmlu għadd kbir ta' 'home visits' u jaraw il-klijenti fl-uffiċċju.
Leg 9 PQ #6153 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Education Welfare Unit — Rapport finali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rapport finali ta' survey li saru mill-Education Welfare Unit, madwar sena u nofs ilu, dwar l-assenteiżmu fl-iskejjel hux lest? Jista' l-Ministru jqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-rapport finali tas-survey jinsab lest u l-Welfare Unit qiegħed fil-fażi li jiddiskuti r-rakkomandazzjonijiet mad-Direttur Ġenerali.

Aġenziji — Parental skills

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-aġenziji tal-gvern li jorganizzaw fuq bażi regolari korsijiet ta' parental skills? Kemm regolari? Fejn isiru dawn il-korsijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jidhirli li l-informazzjoni li qed titlob l-Onor. Membru diġa' ngħatat fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 5432 ta' l-istess Onor. Membru.

Pensjonijiet — Servizzi Ingliżi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern rigward il-pensjoni ta' żewġ terzi fejn jirrigwardja lill-ex-ħaddiema tas-Servizzi Ingliżi u jekk hux se jkompli fuq dak li kien beda l-Gvern Laburista, voldieri li dawn jibdew jieħdu pensjoni ta' 2/3 u bl-ebda tnaqqis?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferu l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6278. 18.5.99

Servizzi soċjali — Home help

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, jiżdidilha l-ħin tal-home help peress li għandha 'l fuq minn 80 sena, tgħix waħidha u ma għandha support ta' ħadd?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-laqgħa tal-Bord tal-4 ta' Mejju, 1999, il-Bord approva żieda ta' sagħtejn (2) fil-ġimgħa għas-servizz ta' "Home Help" lil persuna li isimha ġie mogħti separatament. 18.5.99
Leg 9 PQ #6220 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza ħdejn il-flats tal-Paola Wolves ġewwa Raħal Ġdid, peress li l-kunsill ilu jagħmel din it-talba mit-twaqqif tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #6251 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Mid-Med Bank — HSBC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proprjeta' tal-Mid-Med Bank tagħmilx parti mill-bejgħ lill-HSBC? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur tal-proprjeta'?

Response (DALLI, JOHN)

Ir-risposta hi iva. Għall-bqija tad-domanda m`għandi xejn x`inżid mad-dokumenti li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tarxien — Annetto Caruana Street

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li fi Block A, Flat 6, Annetto Caruana Street, Tarxien, isir lift peress li hemm omm żagħżugħa b'diżabilita' u huwa diffiċli li titla' t-taraġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Waqt li napprezza d-diffikulta' indikata mill-Onor. Interpellant, ninfurmak li f'dan l-istadju l-iskema ta' lifts b'bini tal-Gvern ser tkun limitata għall-bini tal-Gvern fil-Kottonera. Eventwalment madankollu, jekk din tirnexxi, hemm il-ħsieb li tkun estiża għall-kumplament tal-bini tal-Gvern imxerred madwar Malta inkluż Ħal-Tarxien. 18.5.99

Tarxien — Triq il-Ħaġar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li Block I, Bieb A, Triq il-Ħaġar, Tarxien, jitkompla x-xogħol ta' tikħil tal-faċċata ta' barra li kien ilu li beda u waqaf ħesrem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa. 18.5.99
Leg 9 PQ #6366 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

I.T.S. — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-ITS mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (REFALO, MICHAEL)

Minħabba li l-'Institute of Tourism Studies' huwa parti integrali mid-Dipartiment tat-Turiżmu, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 6365.
Leg 9 PQ #6367 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

N.T.O.M. — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-N.T.O.M. mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi fil-mistoqsija, n-'National Tourism Organisation - Malta' ngaġġat persuna waħda b'kuntratt definit ta' sitt xhur minn fost tliet persuni li ġew riferiti mill-'Employment and Training Corporation'.
Leg 9 PQ #6368 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Lottu Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Membru li fil-perjodu msemmi ebda mpjegat ġdid ma ġie mħaddem mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku għajr għall-individwu li ġie trasferit mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili.
Leg 9 PQ #6369 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dwana mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DALLI, JOHN)

B`riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6369, it-tweġiba hija Xejn.
Leg 9 PQ #6370 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li skond ir-records tad-Dipartiment ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni mill-1 ta` Jannar 1999 `l hawn, ħlief għal xi ħaddiema li ġew trasferiti minn Dipartimenti oħra.
Leg 9 PQ #6371 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Uffiċċju tal-Budget — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Uffiċċju tal-Budget mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DALLI, JOHN)

Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda ma` l-Uffiċċju tal-Budget fil-perjodu msemmi.
Leg 9 PQ #6679 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Piloti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, ma ntgħażlitx għall-pilota ma' l-Air Malta meta għandha l-kwalifiki meħtieġa tant li ntgħażlu studenti tagħha li tgħallem hija stess? X'inhuma r-raġunijiet li din il-persuna tħalliet barra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant ma kkwalifikatx għal ~trainee pilot~. Filwaqt li ma jidhirlix li jkun xieraq li nagħti r-raġunijiet għal dan, nista` ngħid li l-persuna kkonċernata taf x`inhuma dawn ir-raġunijiet.