Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6372 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

M.F.C.S. — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-M.F.C.S. mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-1 ta` Jannar 1999 u s-26 t`April 1999 ġew impjegati ħames ħaddiema ġodda. L-ewwel sejħa għal applikazzjonijiet saret f`Lulju 1998 u t-tieni sejħa saret f`Jannar 1999 (ETC Permit 78\98). Mill-ewwel sejħa ħadd ma ġie impjegat u mit-tieni sejħa ġew impjegati żewġ ħaddiema ġodda - waħda fid-19 ta` April 1999 u l-oħra fis-26 ta` April 1999. Saret sejħa oħra għal applikazzjonijiet f`Diċembru 1998 (ETC Permit 140\98). Ġiet impjegata persuna waħda b`effett minn 1 ta` Marzu 1999. Ġew impjegati żewġ persuni oħra f`1 ta` April 1999 minn fost persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol ma` l-ETC. (ETC Permit 30\99). Għall-aħħar parti tal-Mistoqsija ir-risposta hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #6373 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — Bank Ċentrali - Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Bank Ċentrali mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DALLI, JOHN)

Din hija l-informazzjoni mitluba: a. Fil-perjodu bejn l-1 ta` Jannar 1999 sas-26 t`April 1999 ġew impjegati 8 impjegati ġodda mal-Bank Ċentrali. b. L-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi ħarġu f`dawn id-dati: Skrivani Grad B 16 t`Ottubru 1998 (Gazzetta tal-Gvern) Trainee Research Officer Novembru 1998 (Gazzetti Lokali) Permess ta` l-ETC (Nru. 134\98 Legal Officer Novembru 1998 (Gazzetti Lokali) Permess ta`l-ETC Nru. 132\98 c. Ma kien hemm l-ebda impjieg ta` ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #6374 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mediterranean Conference Centre — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda maċ-Ċentru tal-Mediterran tal-Konferenzi mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjiegi?

Response (GALEA, LOUIS)

Xejn.
Leg 9 PQ #6375 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-PBS mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn l-ewwel ta' Jannar, 1999 u s-26 ta' April, 1999, fil-PBS ġiet impjegata persuna waħda - bħala messaġġier fis-26 ta' April, 1999. L-ingaġġ sar permezz tar-Reġistru ta' l-E.T.C. Part 1 (RDP), għal Persuni b'diżabilita'.
Leg 9 PQ #6376 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Pixxina Nazzjonali mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi mpjieg?

Response (GALEA, LOUIS)

Xejn.

Awtorita' tad-Djar — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Awtorita' tad-Djar mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum l-Awtorita' tad-Djar ma mpjegat lill-ħadd. 18.5.99

Furjana — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm swiet l-ispiża għall-gvern sakemm kien qiegħed isir ix-xogħol fid-dar ta' l-anzjani fil-Furjana u r-residenti kienu rikoverati f'Villa Messina?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-ftehim li kien sar ma' Villa Messina Limited huwa ta' natura kummerċjali u ma jistgħax jiġi pubblikat iżda nixtieq nassigura lill-Onor. Membru li huwa irħas milli qed iħallas il-Gvern għal kull anzjan li huwa residenti fid-Dar ta' l-Anzjani taż-Żejtun. 18.5.99

Anzjani — Villa Messina

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk barra r-residenti li kien hemm fid-dar ta' l-anzjani fil-Furjana ddaħlux residenti oħra ġewwa Villa Messina minn barra? Jekk iva, kemm? Kemm kien ilhom li applikaw? Minn fejn huma u jekk humiex fis-sodda (bedridden)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Barra dawk tal-Furjana, ma ddaħlux residenti oħra ġo Villa Messina minn barra. Kien hemm numru żgħir ta' 'Respite Cases' li daħlu Villa Messina li sa llum kollha rritornaw lura lejn djarhom. 18.5.99

Saħħa — Servizz ta' l-inkontinenza

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm reġistrati li jużaw is-servizz ta' inkontinenza (Ħrieqi)? Kemm minnhonm jeħduhom b'xejn u kemm jieħdu kull xahar? Fil-każ li mhux kollha b'xejn, kemm jeħduhom b'xejn u għaliex dawn biss? Kemm jiswew kull xahar ta' b'xejn u kieku kellhom jeħduhom kollha? Dawk li jħallsu għalihom, bil-kemm jixtruhom (il-kbar għall-anzjani) kemm hu s-sussidju tal-gvern u kif joħorġu t-tenders? Kemm tiġi n-nefqa f'sena kieku kellu jħallashom il-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni reġistrati li jużaw is-servizz ta' l-inkontinenza f'Marzu 1999 huwa: Skema A 616 Skema B 1303 Dawk ta' skema A jeħduhom b'xejn u jieħdu kull xahar ammont li jkun ġie allokat lilhom skond id-diżabilita' tagħhom u fejn hemm massimu ta' 112. Dawn jeħduhom b'xejn għax persuni b'diżabilita' u mill-bidu nett kien ġie deċiż li dan is-servizz ikun b'xejn. Dawn jiswew madwar Lm8,000 fix-xahar. Kieku ta' skema A u ta' skema B kellhom jeħduhom kollha b'xejn huwa stmat li l-ispejjeż jitilgħu għal madwar Lm45,000 fix-xahar. Il-prezzijiet ta' dawk li jħallsu għalihom ta' skema B huma hekk: 'Normal' Small at 9c5 Medium at 13c Large at 15c7 'Extra Absorbent' Small at 10c2 Medium at 15c2 Large at 18c8 Is-sussidju tal-Gvern għal skema B huwa ta' 3c kull 'nappy'. It-tender għas-servizz ta' l-inkontinenza joħroġ kull sentejn. Kieku kellu jħallas kollox il-Gvern in-nefqa titla għal madwar Lm540,000 fis-sena. Tajjeb li wieħed isemmi li kieku ma kienetx għall-introduzzjoni ta' l-iskema B f'dan is-servizz, kieku dawn il-ħrieqi kienu jiġu ferm aktar għoljien kieku jinxtraw mir-'retailers'. 18.5.99
Leg 9 PQ #6716 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Tgħalim ta' l-Ingliż

Question

Issa li wasal is-sajf u jkun hemm żieda qawwija ta' studenti barranin li jiġu pajjiżna biex jitgħallmu l-Ingliż, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri jittieħdu mill-pulizija fil-postijiet ta' divertiment, bħal Paceville, Buġibba u Għawdex, biex jiġi żgurat li ma tinkisirx il-liġi dwar dħul f'dawn il-postijiet u ta' konsum ta' alkaħol? Issir xi kampanja ta' pubbliċita' jew jinħarġu xi leaflets biex l-iskejjel konċernati jqassmuhom lill-istudenti u juruhom x'jgħidu l-liġijiet ta' Malta dwar dawn l-affarijiet?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` kelli l-okkażżjoni ngħid fit-Tweġiba għall-Mistoqsija preċedenti, qed isiru spezzjonijiet mill-Pulizija f'postjiiet ta' divertiment sabiex ma jkunx hemm abbużi, inkluż dak ta' dħul ta' persuni taħt is-sittax il-sena, kemm Maltin kif ukoll barranin f'dawn il-postijiet. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru konċernat. 18.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6717 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel privati — Miżati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena skolastika sarux xi talbiet minn skejjel privati biex isir xi aġġustament fil-miżati tagħhom? Jekk iva (a) minn liema skejjel? (b) żieda ta' kemm? (c) meta saret? (d) ġiet aċettata? (e) X'ġustifikazzjoni ngħatat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul din is-sena skolastika sa issa saru tlett talbiet minn skejjel privati biex isir aġġustament fil-miżati tagħhom. 1. Little Angels School Żieda kull Term Meta saret it-talba Kindergarten Lm27 20.01.99 Primary Lm26 2. Bambi Play School & Anthony Lawrence Bartolo Kindergarten Lm 3 09.03.99 Primary Year 1 to Year 2 Lm 4 Year 3 to Year 4 Lm 4 Year 5 to Year 6 Lm 4 3. St Cecilia Kindergarten Kindergarten Lm10 09.04.99 Rigward l-aċċettazzjoni il-ġustifikazzjoni għal dawn it-talbiet nirreferi l-Onor. Interpellant għall-Avviż Legali 150 ta' 1990 (sezzjoni 12 par.3):- "Ma għandu jsir ebda tibdil fir-rati tal-ħlas tal-miżati jew ħlas ieħor qabel ma jingħata AVVIŻ lill-Onorevoli Ministru responsabbli għall-Edukazzjoni mhux anqas minn xahar qabel ma jsir dan it-tibdil". Ara ukoll A.L. ta' l-1994: "Iżda r-rati tal-ħlas tal-miżati jew ħlas ieħor stabiliti fil-bidu ta' sena skolastika ma jistgħux jiżdiedu matul dik is-sena skolastika kollha kemm hi".
Leg 9 PQ #6718 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Eżamijiet tal-Matsec

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li qagħdu għall-eżamijiet tal-: (1)SEC; (2) MATSEC; (3) Livell avvanzat fl-eżamijiet li qed isiru bħalissa? Kemm huma mill-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u privati? Kemm minnhom huma studenti bniet? Kemm intalbu eżenzjonijiet mill-ħlas ta' l-eżamijiet u x'kienu r-raġunijiet prinċipali? Kollha ġew aċċettati? Kemm kien hemm studenti li applikaw għall-eżamijiet għaliex għalqu is-sittax (16)-il sena iżda ma temmewx Form V?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #6719 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall: (a) bini u (b) estensjoni u (c) bdil fl-istruttura ta' skejjel? F'kull każ min għamel kull applikazzjoni u f'liema lokalitajiet? Meta saret kull applikazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għandha quddiema 3 applikazzjonijiet għall-skejjel ġodda, 12-il applikazzjoni għall-estensjonijiet u 2 applikazzjonijiet għall-bdil fl-istruttura ta' skejjel. Tabella li turi d-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta oħra. 18.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6720 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Bini ta' lukandi

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm applikazzjonijiet għall-: (1) bini ta' lukandi ġodda; (2) bini ta' estenzjoni ta' lukandi eżistenti? F'liema lokalitajiet jinstabu? Meta saret kull applikazzjoni? X'tip ta' estensjoni ntalbet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għandha quddiemha 14-il applikazzjoni għall-bini ta' lukandi ġodda, 19-il applikazzjoni għall-estensjonijiet ta' lukandi u 12-il applikazzjoni għall-upgrading f'lukandi eżistenti. Tabella li turi d-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta oħra. 18.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6721 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati — Ġurijiet

Question

Minn dawk li qegħdin il-ħabs jistennew ġuri kemm minnhom diġa' għandhom id-data tal-ġuri tagħhom iffissata? Kemm hemm li qed jistennew biex jgħaddu ġuri li d-data tal-ġuri tagħhom għadha ma ġietx iffissata? Kemm f'kull każ huma barranin? Fil-każ tal-ġurijiet diġa' ffissati, kemm ilu jistenna fil-ħabs kull akkużat? X'inhuma l-akkużi ta' dawk il-ġurijiet li diġa' ġew magħrufa d-data tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Bħalissa hemm 8 persuni li għandhom id-data tal-ġuri tagħhom iffissata. Minn dawn, 3 huma barranin. Tabella li turi d-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant rigward l-aħħar żewġ partijiet tal-Mistoqsija ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta oħra. Dwar il-bqija ta' dawk taħt arrest preventiv, għar-raġunijiet varji, wieħed ma jistax jgħid kemm minnhom finalment ser jgħaddu ġuri. Il-każijiet ta' uħud minnhom għadhom fi stadju ta' kumpilazzjoni, filwaqt li ta' l-oħrajn, għalkemm il-kumpilazzjoni ntemmet, għad ma kienx hemm deċiżjoni dwar jekk il-każ tagħhom għandux jinstema` quddiem ġuri jew le. 18.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6922 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Rabat — Malta - Gnien Rikreattiv

Question

B'riferenza għas-somma li kien ivvota l-Kunsill Lokali tar-Rabat sabiex is-sezzjoni Urban and Rural Landscaping tagħmel ix-xogħlijiet fuq il-ġnien rikreattiv fl-inħawi tan-Nigret, ir-Rabat, Malta, jista' l-Ministru jinformani jekk il-Kunsill tar-Rabat għadux jiggarrantixxi l-istess somma lid-dipartiment illum?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma saru l-ebda talbiet mill-Kunsill Lokali tar-Rabat lill-Urban & Rural Landscaping biex isiru xogħolijiet inkonnessjoni ma ġonna rikreattivi fl-inħawi tan-Nigret. Għaldaqstant m'aħniex f'posizzjoni li nagħtu nformazzjoni dwar x'bi ħsiebu jagħmel bil-fondi il-Kunsill Lokali tar-Rabat.
Leg 9 PQ #6924 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' tiġieġ

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm kienu f'tunnellaġġ il-kwantitajiet ta' tiġieġ sħaħ importati minn kumpaniji lokali u li ġew eżentati mil-levy matul il-perijodu ta' Ottubru 1998 sa Mejju 1999? Kemm kienu l-istess tunnellaġġi fuq prodotti oħra tat-tiġieġ proċessati għall-perijodu ta' Ottubru 1998 sa Mejju 1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #6925 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Poultry Produtcs — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6284?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-eżenzjoni mill-ħlas tal-levy fuq il-prodotti msemmija ngħatat peress li dawn kienu ddaħħlu f`Malta biex jiġu re-esportati. Minħabba raġunijiet tekniċi, dawn il-prodotti ma setghux jiġu re-esportati u għalhekk parti mill-kunsinna ġiet mogħtija lill-istituzzjonijiet tal-karita` u l-parti l-oħra inbiegħet għall-benefiċċju tal-komunita` musulmana f`Malta peress li kienu `halal slaughtered` u markati tali. Tajjeb jingħad li peress li saru allegazzjonijiet ta` korruzzjoni dwar din il-materja, il-gvern immedjatament ħa l-passi xierqa u opportuni billi rrifera l-każ lill-awtoritajiet ikkonċernati.
Leg 9 PQ #6926 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti b'diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' tfal/studenti li jsofru minn xi diżabilita' u jattendu l-iskejjel governattivi fil-livell tal-kindergarten, primarja, sekondarja, eċċ u universitarju? Kemm huwa n-numru ta' facilitators li jassistu lil dawn l-istudenti fil-mument? Kemm huwa n-numru ta' facilitators meħtieġa sabiex il-gvern ikun jista' jassisti lil dawn l-istudenti matul is-sena skolastika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li jattendu l-Universita` li jsofru minn xi diżabilita` huma tlieta. Wieħed minnhom hu mgħejjun minn facilitator waħda, it-tnejn l-oħra m'għandhomx bżonn għajnuna ta' facilitator iżda l-Universita` tgħinhom b'faċilitajiet oħra. In-numru ta' tfal - studenti fil-Mainstream li jsofru minn xi diżabilita` huma: Kinder 84 Primarja 311 Sekondarja 28 In-numru ta' Kindergarten Assistants li jgħinu li dawn l-istudenti huma: Kinder 73 Primarja 230 Sekondarja 27 Dan in-numru hu biżżejjed biex jassisti lil dawn l-istudenti. In-Numru ta' tfal li jattendu l-Iskejjel Post Sekondarji, u li għandhom disabilita` huwa: Ġuvintur 2 Tfajliet 2 M'hemmx bżonn ta' facilitator biex jassisti lil dawn l-istudenti.
Leg 9 PQ #6927 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjonijiet — Refunds ta' taxxi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi preċedenti lill-Ministeru tal-Finanzi sabiex il-pensjonanti li għandhom refunds tat-taxxi x'jitħallsu jingħatawlhom mill-aktar fis, jista' l-Ministru jinformani bl-iżvilupp u cioe' kemm kien in-numru ta' każijiet ta' pensjonanti li tħallsu mid-Dipartiment tat-Taxxi r-refunds dovuti mill-ewwel tas-sena 'l hawn?

Response (DALLI, JOHN)

Mill-1 ta` Jannar 1999 sal-lum tħallsu Lm217,302 f`refunds ta` taxxa lil 3584 persuna ta` `l fuq minn 61 sena.