Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6746 Sitting 102 1999-05-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Estensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jirranġa l-bankina ta' Triq Paola Hill u Valletta Road, Raħal Ġdid wara x-xogħol li sar minħabba l-estensjoni tal-ħabs?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-bankina li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ġiet maqluha mill-Enemalta biex jingħata servizz lill-Faċilita`. Din il-bankina trid tiġi rranġata mill-istess Enemalta u l-awtoritajiet tal-Ħabs qed jieħdu l-passi neċessarji biex dan ix-xogħol isir kemm jista` jkun malajr. 19.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #6747 Sitting 102 1999-05-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MITTS — Laqgħat tal-Bord

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru laqgħat tal-bord tal-MITTS minn Ottubru 1998 sa April 1999? Min qiegħed jagħmel ix-xogħol ta' CEO bħalissa? Kemm applikaw persuni għall-post ta' CEO tal-MITTS? Min ġie magħżul? Japprezza li n-nuqqas ta' sens ta' direzzjoni fil-MITTS qed tiddemoralizza lill-impjegati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-Bord tal-MITTS kellu erba laqgħat, li saru fuq sitt seduti fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija, kif jidher hawn taħt: 83rd Board Meeting 22/12/98 u 29/12/98 84th Board Meeting 19/01/99 85th Board Meeting 24/02/99 u 08/03/99 86th Board Meeting 04/05/99 Minn Diċembru 1998 sa issa x-xogħol ta' CEO qiegħed jagħmlu s-Sur Ray Navarro, Divisional Manager, Corporate Strategy u Customer Relations. Għall-post ta' CEO kien hemm 21 applikant. Bħalissa qed isiru negozjati mal-persuna li ġiet identifikata għal dan il-post.
Leg 9 PQ #6748 Sitting 102 1999-05-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Banek — Bearer accounts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għad fadal bearer accounts fil-banek lokali? X'inhu l-ammont finanzjarju tagħhom flimkien?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija regolata mill-Att Bankarju ta` l-1994 u din l-informazzjoni hija miġbura regolarment kull xahar mill-Bank Centrali ta` Malta, l-għola Awtorita` kompetenti taħt l-Att hawn fuq imsemmi. Peress li l-informazzjoni mitluba għandha ċertu valur kummerċjali, u peress li dan it-tagħrif jista` jservi ta` detriment għall-istrateġija tal-banek jekk dan isir pubbliku, ma nħossx li għandi nagħti tali informazzjoni.

Mellieħa — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinfetaħ dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa? Jekk iva, kemm hemm anzjani fil-waiting list minn dik l-area?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Iva, qiegħed jiġi ppjanat li għandha tinfetaħ Dar ta' l-Anzjani fil-Mellieħa. In-numru t'anzjani fil-'waiting list' li joqgħodu f'din l-area huwa 93. Dawn huma mqassma hekk: Mġarr 1 Burmarrad 1 Mellieħa 3 Mosta 12 Rabat 68 San Pawl 5 Buġibba 1 Mtarfa 2 TOTAL 93 19.5.99

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-dar ta' l-anzjani f'Bormla hijiex se titmexxa mill-privat bħad-dar taż-Żejtun jew mill-gvern stess? Jekk se titmexxa mill-privat, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema kuntrattur se jmexxi din il-home?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Huwa ppjanat li d-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla għandha titmexxa mill-privat. Għadu kmieni biex wieħed jgħid liema kuntrattur se jmexxi din id-Dar. Iridu jinħarġu t-tenders sabiex jintgħażel il-kuntrattur. 19.5.99
Leg 9 PQ #6930 Sitting 102 1999-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Santa Luċija — Ġnien taċ-Ċiniżi

Question

Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li jsir toilet u jiġi stallat telephone għall-watchman tal-ġnien taċ-Ċiniżi li hemm f'Santa Luċija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6931 Sitting 102 1999-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sussidju fuq sigurta' soċjali — Reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien in-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li rreġistraw għas-sussidju fuq is-sigurta' soċjali skond is-sejħa riċenti tad-dipartimenti konċernati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-perjodu ta' reġistrazzjoni ġie estiż sal-14 ta' Mejju 1999, għaldaqstant mhux possibli nkunu nafu kemm kien in-numru totali ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li rreġistraw għas-sussidju qabel ma jinġabru l-applikazzjonijiet kollha.
Leg 9 PQ #6959 Sitting 102 1999-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Rapport

Question

B'referenza għar-rapport li qed jintbagħat separatament ma' din il-mistoqsija parlamentari, jista' l-Ministru jinformani jekk id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għamilx kuntatt sabiex jiġbor l-informazzjoni li forsi tista' tkun utli ħafna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-prodott imsemmi 'Feiligao' huwa wieħed mill-ħafna fertilizers, pestiċidi etċ., ġodda li jidhru fis-suq internazzjonali minn żmien għal żmien li jagħtuk x'tifhem li jagħmlu l-'mirakli'. Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ser jipprova jakwista 'sample' sabiex jiġi pprovat flimkien ma prodotti oħra.
Leg 9 PQ #6960 Sitting 102 1999-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Wied Inċita — Ħażna ta' ħamrija

Question

Peress li kienet tnadfet area f'Wied Inċita ħalli d-Dipartiment ikun jista' jaħżen il-ħamrija sabiex wara jqassamha lill-bdiewa, jista' l-Ministru jinformani jekk baqgħetx tiġi prattikata din is-sistema? Jekk iva, min huma l-uffiċjali responsabbli? Jekk le, għaliex?

Response (ZAMMIT, NINU)

Is-sistema ta' tqassim ta' ħamrija minn Wied Inċita baqgħet tiġi pprattikata mill-uffiċċjal il-ġdid inkarigat b'responsabbilta ta' Wied Inċita u kif ukoll tat-tqassim tal-ħamrija. Dan l-uffiċjal huwa s-Senior Agricultural Foreman, is-sur Emmanuel Micallef. Mindu ġie nkarrigat minn din ir-responsabbilta f'Diċembru li għadda tqassmu 3,423 metri kubi ta' ħamrija lill-bdiewa f'diversi lokalitajiet.
Leg 9 PQ #6961 Sitting 102 1999-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Street hawkers

Question

Jista' l-Ministru jinformani bil-policy attwali ta' l-istreet hawkers? Kemm hemm talbiet pendenti? Kemm huwa n-numru ta' street hawkers reġistrati f'pajjiżna? Kemm minnhom huma fixed hawkers?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li wara li ssir talba għall-liċenzja ta' street hawker fl-uffiċċju tal-liċenzji fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, tintalab clearance mid-dipartiment konċernat skond il-ġeneru ta' l-oġġetti li jkun ser jinbiegħu. Ninsab infurmat ukoll illi hemm 17-il applikazzjoni għall-street hawker pendenti, filwaqt li hawn reġistrati 1,670. Barra minn dawn hemm ukoll 132 liċenzjati bħala fixed hawkers. Inġibditli l-attenzjoni illi meta kienet qed tinġabar l-istatistika għat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5277 mid-diversi uffiċini tal-Pulizija, bi svista, kien hemm min interpreta dik il-Mistoqsija bħala numru ta' liċenzji ġodda għal dik is-sena, għalhekk tirriżulta diskrepanza fin-numru globali ta' liċenzji ta' street hawkers bejn kif mogħtija fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5277 u dik mogħtija llum. 19.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #6962 Sitting 102 1999-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Appuntamenti

Question

Peress li ħafna persuni ilhom xhur u anke kważi snin jistennew sabiex jingħataw appuntamenti meħtieġa sabiex jitkompla l-każ tagħhom fl-Isptar San Luqa, jista l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mmedjatament? Każ partikolari ta' din is-sitwazzjoni qed jintbagħat separatament.

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor Interpellant jindikali x'tip ta' servizz qed tistenna l-persuna msemmija peress li mill-medical file tal-pazjenta l-allegazjoni tal-Onor. Interpellant ma tiriżultax.
Leg 9 PQ #6156 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Interviewing Board — Ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif qed jiġi assigurat li l-membri ta' l-interviewing boards għall-ingaġġ ta' ħaddiema mal-gvern, ma jkunux gender biased?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi sa fejn hu possibli l-interviewing boards għall-ingaġġ ta' ħaddiema tal-Gvern ikun fihom membri rġiel kif ukoll nisa. Barra dan fit-2 ta' April 1990 il-Gvern kien ħareġ Linji Gwida, f'cirkulari apposta bin-numru 37/90, dwar kif għandhom jinżammu l-interviews biex ma jkunx hemm gender bias.
Leg 9 PQ #6157 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bżonnijiet Speċjali — Summer day centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux ippjanat li jiġu organizzati summer day centres għal tfal u żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali bil-għan li jkollhom kontinwita' u mhux għal ġimgħat sħaħ tas-sajf jinqatgħu mill-grupp li jkunu draw jagħmluha miegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għal dan is-sajf li ġej se jkun diffiċli li jiġu organizzati 'Summer Camps' residenzjali għal tfal b'diżabilita`. Dan għaliex il-post fejn kienu jsiru dawn l-attivitajiet m'għadux aċċessibli. Minflok saru żewġ 'Live in Weekends' għat-tfal b'diżabilita` u l-ġenituri tagħhom f'Novembru '98 u f'Marzu '99. Din l-inizjattiva saret bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri ta' Tfal b'Diżabilita`. Fis-Sajf se jiġi organizzat 'Day Camp' fir-Razzett tal-Ħbiberija. Dan ser isir mill-istess Għaqda bl-għajnuna tad-Diviżjoni. Madankollu, ħa nara jekk hux possibbli li jsir sforz ħalli s-Summer Camps isiru f'post alternattiv.
Leg 9 PQ #6158 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tfal bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proċedura jew sistema tintuża ta' kif tfal bi bżonnijiet speċjali jiġu streamed jew grouped fi klassijiet fl-iskejjel tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħala regola, bħat-tfal kollha fil-mainstream, Year 1-4, it-tfal bi bżonnijiet speċjali jiġu mqassma fil-klassijiet skond l-eta' u fil-Year 5-6 jiġu streamed skond ir-riżultat ta' l-eżamijiet ta' l-aħħar tas-sena.

Persuni bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern biex persuni bi bżonnijiet speċjali li jgħixu mal-familja tagħhom jingħataw il-kura meħtieġa meta jiġu nieqsa l-ġenituri tagħhom? Il-gvern għandu pjani għat-twaqquf ta' djar eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', b'mod partikolari f'dawn l-aħħar sentejn ilha ssostni dwar il-ħtieġa li jkun hawn servizzi fil-Komunita' biex persuni b'diżabilita' jkollhom min jissaportjawhom l-aktar meta l-familji tagħhom għal xi raġuni jew oħra ma jkunux jistgħu jibqgħu jagħu dan is-sapport. Il-Ministeru għall-Ħarsien Soċjali tal-Amministrazzjoni preċedenti, konxju hu ukoll minn dan il-bżonn kbir, ikkummissjona, permezz tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' studju mill-"Management Efficiency Unit". L-amministrazzjoni preżenti kompliet fuq dan il-pass u saħħietu billi anke ġabet espert Ingliż f'dan il-qasam, is-sur Peter Kinsella, biex jgħin lil din il-Unit fit-tfassil ta' dan l-istudju. Abbozz ta' dan ir-rapport issa jinsab f'idejn il-Kummissjoni u dan ser jiġi diskuss fil-laqgħa tagħha li jmiss. Hu ttamat li d-dokument finali, li jkun fiħ rakkomandazzjonijiet konkreti, ma jdumx ma joħroġ. 18.5.99
Leg 9 PQ #6160 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment tat-Taxxi Interni se jħallas ir-refunds tat-taxxa li għandu pendenti mat-tax payers minħabba li hemm min għandu jieħu mijiet ta' liri u dawn ilhom pendenti għal xi snin?

Response (DALLI, JOHN)

Il-ħlas tar-refunds tat-taxxa tad-dħul minn dejjem kien marbut ma` ammont ta` flus ivvotati fl-estimi finanzjarji annwali; għalhekk il-ħlas li jista` jsir irid jkun limitat għal dan l-ammont. Pero` kif diġa` kelli l-okkażjoni ngħid is-sistema tar-refunds fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni għandha tinbidel u kulmin ikollu jieħu lura xi taxxa li tkun tħallset żejda din għandha titħallas lura fi żmien determinat, u jekk id-Dipartiment jonqos li jħallas f`dan iż-żmien ikollu jħallas l-interessi. Nispera li jekk nilħqu ngħaddu l-liġijiet relevanti mill-parlament, dan jista` jibda jseħħ mir-refunds li jirriżultaw mill-formoli tat-taxxa għal din is-sena.

ETC — Għawdex - Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati skrivani ma' l-ETC f'Għawdex? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Kemm applikaw? Min huma dawk li applikaw? Xi kwalifiki għandhom dawk li ma ġewx impjegati? X'kienet l-ordni tal-mertu ta' dawk kollha li applikaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Persuni li kienu intervistati kienu dawn: ISEM KWALIFIKI Axiaq Joseph 8 'O' Levels, l 'A' Level Camilleri Edel Mary 11 'O' Levels, 4 'A' Levels, B.A. (Hons) Social Work Camilleri Marvic 6 'O' Levels, l 'A' Level Caruana Mizzi Mary 12 'O' Levels, 2 'A' Levels Farrugia Miriam 8 'O' Levels, l 'Intermediate' Level, 4 'A' Levels Gatt Rosalind 9 'O' Levels, 2 'A' Levels Psaila Alexia Maria 7 'O' Levels, 5 Intermediate Levels, 2 'A' Levels Saliba Joseph 6 'O' Levels, 2 'A' Levels Wara l-interview din kienet l-ordni tal-mertu. 1. Gatt Rosalind 2. Caruana Mizzi Mary 3. Farrugia Miriam 4. Psaila Maria Alexia 5. Camilleri Marvic 6. Saliba Joseph 7. Axiaq Joseph Camilleri Edel Mary ma ġietx klassifikata għaliex ġiet meqjusa bħala 'over qualified' għal post ta' 'Clerk', dan l-aktar meta fl-interview stqarret li tara l-karriera tagħha bħala 'Social Worker'. Wara li ġie deċiż li jiġu ngaġġati tlett (3) persuni bħala 'Clerks', Caruana Mizzi Mary, Farrugia Miriam u Psaila Maria Alexia bdew l-impjieg tagħhom nhar is-6 ta' April 1999. Gatt Rosalind ma ġietx ingaġġata għaliex laħqet sabet impjieg fil-frattemp. 18.5.99
Leg 9 PQ #6254 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Marsa — Qormi Road - Traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru lights (flash) fuq zebra crossing ta' Triq Qormi, Marsa, quddiem dar Numru 135, minħabba l-urġenza tal-każ peress li t-talba ilha tiġi mitluba?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta` l-Onorevoli Interpellant qed tiġi ikkunsidrata flimkien ma` talbiet oħra.

Għawdex — Rabat - Triq Pompei - Reserved parking

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li ssir reserved parking quddiem ir-residenza, 59 Triq Pompei Rabat, Għawdex, peress li hemm persuna b'diżabilita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuna konċernata applikat għall-'Reserved Parking' quddiem ir-residenza tagħha. Din it-talba ma setgħetx tintlaqa' mit-'Traffic Control Board' u għalhekk il-Mistoqsija għandha ssir lill-Ministru konċernat. 18.5.99

Furjana — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet tesa' nies id-dar tal-Furjana għall-anzjani qabel ġiet irranġata? Jista' jgħid kemm daħlu pazjenti ġodda u minn fejn huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-dar ta' l-Anzjani tal-Furjana kienet tesa' 29 persuna. Il-lum li ġiet irranġata tesa' 47 persuna. In-numru ta' residenti ġodda li daħlu f'din id-dar huwa 17 u huma minn dawn l-Ibliet: Ħamrun 2 Sliema 1 B'Kara 1 Gżira 1 Żabbar 1 Floriana 8 Valletta 2 Marsa 1 Il-ġimgħa d-dieħla (17.05.99 u 19.05.99) ser jidħlu sitt (6) persuni oħra ġodda f'din id-dar u huma minn dawn l-ibliet. Ħamrun 2 Valletta 1 Paola 1 Sta. Luċija 1 SVPR (Luqa) 1 18.5.99