Legislature:
Category:
Reset
Active:

Trasport Pubbliku — Karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir rigward dawk il-każi fejn ripetutament il-karozzi tal-linja fuq rotta ma jżommux il-ħin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dawk il-karozzi tal-linja li jinqabdu ma jżommux il-ħin, jiġu rrapurtati u jekk jinstab li m`għandhomx skuża plawsibbli, jingħataw ċitazzjoni.

Ministeru tal-Politika Soċjali — CSA's

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ic-CSA's li daħlu minn Settembru, 1998 sal-lum kemm kienu ilhom fil-kotba (fuq il-lista) tal-Ministeru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dawk li ġew ingaġġati minn Settembru, 1998 sa llum 11 ta' Mejju, 1999 kienu hekk: 1994 1 1996 4 1997 12 1998 23 1999 6 TOTAL 46 19.5.99
Leg 9 PQ #6781 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Għadira — Marea Kiosk

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ta permess lil Marea Kiosk fl-Għadira jqatta' r-railings u jagħmel taraġ għall-main street tal-bajja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma saret l-ebda applikazzjoni ma' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar għax-xogħol li sar fil-post speċifikat mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmat ukoll li nħarġet enforcement notice dwar dan l-iżvilupp. 19.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6782 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Statementing Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, minn Birkirkara tkun assessjata mill-Istatementing Board biex ikun magħruf x'għajnuna u xi programm edukattiv għandha bżonn biex tkompli bl-edukazzjoni tagħha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Istatementing Board jiltaqa' regolari kull ġimgħa sabiex jiddiskuti każijiet ġodda li jkun irċieva. L-Istatementing Board ser jiddiskuti l-każ tal-persuna li isimha qed jintbgħat separatament minn Birkirkara fil-ġimgħat li ġejjin flimkien ma' ħafna każijiet oħra li l-Board għandu quddiemu. Fl-ewwel sena tal-ħidma tiegħu l-Istatementing Board irċieva 'l fuq minn tlett mija u tletin każ sew minn skejjel Statali kif ukoll minn skejjel tal-Knisja.
Leg 9 PQ #6783 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

CDAU — Case conference

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir mis-CDAU il-case conference tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li għandha erba' snin u li toqgħod Birkirkara biex ikun magħruf x'għajnuna għandha bżonn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija fil-Mistoqsija, bdiet tattendi s-CDAU fis-7 ta' Diċembru 1998. Sakemm il-każ tagħha ġie assessjat, ingħatat regolarment it-terapija meħtieġa. Issa l- issir fid-9 ta'Ġunju 1999.

Sigurta' Soċjali — Home help

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, jingħata l-home help minħabba problemi ta' mard?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-applikazzjoni għal "Home Help" tal-persuna indikata waslet fid-Dipartiment fil-5 ta' Mejju 1999. Jidher li din il-persuna għandha biss 51 sena u skond ir-rapport mediku hija indipendenti. Wara li jsir ir-rapport tas-"Social Worker" tittieħed deċiżjoni finali dwar dan il-każ. 19.5.99

Pensjoni — Pensjoni tal-wens

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5431 dwar il-pensjoni tal-wens, ma jidhirlux il-Ministru li l-kwalifiki għal din il-pensjoni huma diskriminatorji kontra persuni miżżewġa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

WL-Onor. Interpellant irreferiet għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5431 li r-risposta tagħha hija ċara biżżejjed għaliex din l-għajnuna tingħata lil min tingħata. Persuni miżżewġa irċievu benefiċċji oħra relatati mar-responsabbilitajiet tagħhom lejn il-familja. L-argument li l-kwalifiki għal Pensjoni tal-Wens huma diskriminatorji kontra persuni miżżewġa ma jreġġix għaliex dawn ikollhom doveri oħra x'jaqdu, lejn il-familja tagħhom. Wieħed ma jridx jinsa wkoll, li l-kwalifika għal din il-Pensjoni hija suġġetta għat-test tal-mezzi. 19.5.99

Programmi edukattivi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5432 dwar programmi edukattivi għall-ġenituri f'parental skills, etc, ma jidhirlux il-Ministru li għalkemm dipartimenti u aġenziji tal-gvern qed jieħdu ċertu inizjattivi f'dan il-qasam, dawn huma marbutin biss ma' każijiet partikolari u mhux bħala parti minn proċess ongoing b'mira preventiva? Jista' l-Ministru jgħid hemmx pjani biex jiġu żviluppati ħidmiet b'dan il-għan? Meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-inizjattivi li dwarhom kont tajt rendikont fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 5432 fil-fatt mhux dejjem ikunu marbutin ma każijiet partikolari. Per eżempju, il-programmi ta' "Parental Skills" li torganiżża l-Aġenzija Sedqa, bl-isem "Inrabbu 'l-Uliedna Aħjar" ma jsirux biss għal każi partikulari, iżda jilħqu firxa ferm usa' tas-soċjeta' Maltija. Dawn il-programmi jsiru għall-ġenituri, fl-iskejjel, fil-Kunsilli Lokali, fl-Aġenzija Sedqa stess u f'postijiet oħra fejn jiġu mitluba. S'issa, attendew madwar 3,000 ġenitur, għal dawn il-korsijiet. Programmi oħra simili, saru wkoll fuq żewġ stazzjonijiet tar-radju, fejn l-udjenza kienet ferm aktar wiesa'. L-għan ewlieni ta' dawn il-programmi huwa l-prevenzjoni, iżda jingħata wkoll tagħrif lill-ġenituri ta' kif jgħinu lil uliedhom, f'każ li dawn imissu mal-problema tad-droga w l-alkolħol. B'danakollu, naqbel mas-suġġeriment ta' l-Onor. Membru li hemm bżonn li nilħqu firxa akbar ta' ġenituri, b'dawn it-tip ta' programmi. Sabiex dan isir, naturalment ikun jinħtieġ aktar riżorsi, partikolarment riżorsi umani. Jidher ukoll li, f'dan il-kuntest, hemm bżonn ta' aktar ko-ordinazzjoni mhux biss fis-settur pubbliku iżda anki fil-qasam tal-volontarjat. 19.5.99
Leg 9 PQ #6813 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Supervisors

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li r-riżultati tas-supervisors fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin ta' Raħal Ġdid għadhom ma ħarġux?

Response (BORG, TONIO)

Ir-riżultat joħroġ hekk kif il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku tapprova r-rapport tal-Bord ta' Selezzjoni. 19.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6814 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Marsa — Ġnien 6 ta' Awissu

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5238 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid meta se jibda x-xogħol ta' resurfacing u upgrading fuq il-Ġnien 6 ta' Awissu li jinsab ħdejn il-Marbelt Dept. Store fil-Marsa? Veru li l-gvern preċedenti alloka Lm15,000 għal dan ix-xogħol? Jekk iva, x'sar mill-fondi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ix-xogħol indikat mill-Onorevoli Interpellant qed jiġi kkunsidrat.
Leg 9 PQ #6883 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Eżamijiet tal-MATSEC

Question

Jistgħu jittieħdu passi biex l-istudenti Għawdxin li se joqogħdu għall-eżamijiet tal-MATSEC fil-Bijoloġija, Fiżika u Kimika ma joqogħdux jinġiebu Malta għas-sessjonijiet tal-laboratorji iżda jagħmlu dawn is-sessjonijiet fil-laboratorju f'Għawdex stess?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord tal-Matsec iddeċieda li jkun fl-aħjar interess ta' l-istudenti kollha kemm dawk Għawdxin kif ukoll dawk Maltin li kull student jagħmel l-eżamijiet prattiċi fil-laboratorji ta' l-Universita` biex kulħadd ikun qed jagħmel l-eżami taħt l-istess kundizzjonijiet. Fil-passat inqalgħu problemi oħra ta' natura teknika kif ukoll problemi marbutin mal-kunfidenzjalita` ta' l-esperimenti li l-istudenti jkunu se jiġu mitluba jagħmlu. Sa dan it-tant l-istudenti Għawdxin għażlu s-sessjoni ta' l-eżami li jridu joqogħdu għaliha, waqt li l-Ministeru f'Għawdex flimkien mal-Liċeo Superjuri t'Għawdex ser jipprovdu t-trasport, miċ-Ċirkewwa għall-Universita` u lura, għal dawn l-istudenti fil-jiem ta' l-eżamijiet.
Leg 9 PQ #6884 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Karti sofor/roża

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inħarġu karti roża u karti sofor f'Għawdex fix-xhur ta' Settembru, Ottubru, Novembru u Diċembru, 1998 u Jannar, Frar, Marzu u April, 1999? Fl-istess perijodu, kemm impjegati tal-gvern ġew boarded out mill-impjieg tagħhom fuq bażi medika?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li minn Settembru 1998 sa April 1999 inħargu b'kollox 534-il karta roża f 'Għawdex. Dawn huma mqassmin kif imniżżel hawn taħt: Xahar Nru ta' Karti Roża Settembru 1998 72 Ottubru 1998 65 Novembru 1998 59 Diċembru 1998 40 Jannar 1999 68 Frar 1999 46 Marzu 1999 86 April 1999 98 L-informazzjoni dwar in-numru taż karti Sofor li nħarġu fix-xhur imsemmija tingħata f'xi seduta oħra. Jiena nfurmata li n-numru ta' impjegati tal-Gvern li kienu jaqgħu taħt id-dipartimenti tal-Ministeru għal Għawdex u li ġew 'boarded out' mill-impjieg tagħhom fuq bażi medika kien kif se jingħad hawn taħt: Xahar Impjegati tal-Gvern boarded out fuq bażi medika Settembru 1998 1 Ottubru 1998 1 Novembru 1998 1 Diċembru 1998 2 Jannar 1999 4 Frar 1999 6 Marzu 1999 1 April 1999 2
Leg 9 PQ #6885 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Kumpless MA Refalo

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħol sar matul din is-sena skolastika fuq il-bini tal-kumpless MA Refalo f'Għawdex? Għaliex waqaf dan ix-xogħol? Meta se jitkompla?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-Kumpless Sir M A Refalo f'Għawdex sar xogħol ta' tneħħija ta' l-apramorta l-qadima, bini ta' klassijiet u laboratorji ġodda, tqegħid ta' soqfa kif ukoll xogħol ta' ftuħ u għeluq ta' bibien u twieqi. Bħalissa qegħdin jitħejjew l-offerti sabiex jitkompla x-xogħol.
Leg 9 PQ #6905 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq Spiru Spiteri - Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir bozza fi Triq Spiru Spiteri, Ħal Tarxien quddiem "Dar ir-Redentur" peress li tinsab bla dawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba biex titwaħall bozza fl-imsemmija triq qed tiġi kkunsidrata flimkien ma`
Leg 9 PQ #6963 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tiġieġ — Importazzjoni

Question

B'riferenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 6638, fejn il-Ministru wieġeb li jiena meta kont ministru eżentajt 10.75 tunellati ta' tiġieġ importati, jista' l-Ministru jinformani jekk huwiex qed jirreferi għall-arranġamenti li ntlaħqu mal-KFC u proċessur lokali? Jekk le, jista jinformani x'kienet in-natura ta' dan l-arranġament u ċioe' jekk ir-rakkomandazzjoni kenitx konformi mal-liġijiet u regolamenti/avviżi legali ta' pajjiżna li jirrigwardaw l-eżenzjoni ta' levy?

Response (ZAMMIT, NINU)

'Iva'
Leg 9 PQ #6973 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pjanti — Tqassim ta' pjanti

Question

Peress li kienet bdiet inizjattiva sabiex fil-mużewijiet nazzjonali jintbagħtu pjanti dekorattivi miċ-ċentru tal-micropropagation, jista' l-Ministru jinformani jekk din il-prattika għadhiex fis-sehh? Jekk iva, kemm tqassmu pjanti fil-mużewijiet? X'tip u meta? Jekk le għaliex?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-inizjattiva kienet minn naħa tad-Dipartiment tal-Mużewijiet li talbu numru ta' pjanti. Kienu ngħataw 105 begonias, 45 ferns u 50 philodendron fl-4 ta' Frar 1998. Minn dak in-nhar ma kienx hemm talbiet oħra biex jingħataw aktar pjanti.
Leg 9 PQ #6974 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

NTOM — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru bejn il-Ministeru u l-NTOM bħala tħejjija għall-ħidma li trid twettaq l-NTOM sabiex tkun konformi ma' l-għanijiet ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu li dalwaqt tgħaddi mill-istadju tat-tieni qari fil-Parlament? Xi problemi tqajmu u x'deċiżjonijiet ittieħdu? X'hemm pendenti u meta se jitkomplew fil-ġejjieni dawn il-laqgħat sabiex jiġu rimedjati diffikultajiet li jistgħu jitfaċċaw?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li jien f'kuntatt kontinwu mad-diriġenti tal-'N.T.O.M.,' 'I.T.S.' u 'H.C.E.B.,' ma żammejtx kont tan-numru ta' laqgħat li kelli dwar kif dawn l-entitajiet, mhux biss l-'N.T.O.M.', iridu jaddattaw ruħhom għall-bidla li ser issir hekk kif tidħol fis-seħħ il-liġi u titwaqqaf l-'MTA'. Infakkar lill-Onor Membru li mhux biss ser ikun hemm bidla ta' isem iżda wkoll ta' programm u raġġ ta' ħidma. Anke żmien qabel ma tressqet il-liġi fil-Parlament ħadt ħsieb li ninnomina 'Chairman designate' preċiżament sabiex jidħol minn kmieni fit-'team' li jrid jirregola u jħaddem it-transazzjoni minn entitajiet governattivi u kważi governattivi għal waħda ta' natura aktar awtonoma. Il-laqgħat isiru meta u kemm ikun hemm bżonn u nista' ngħid li huma parti minn proċess wieħed. Is-suġġetti diskussi huma varji u jittrattaw 'budget', 'personal', missjoni, organi grammi, u 'business plans'. Mistenni li anke fix-xhur tas-sajf jitkomplew il-preparattivi biex meta niddeċiedi ndaħħal il-liġi fis-seħħ dan isir b'mod li ma jinħolqux problemi.
Leg 9 PQ #6975 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Ajruplani RJ's 70

Question

Peress li l-Air Malta kienet neħħiet l-RJ's 70/85, għaliex il-fuel cost u maintenance cost comparison kienu ogħla minn ajruplani oħra, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm fil-fatt iffrankat flus l-Air Malta bl-ajruplani li qed tuża għall-istess rotot flok l-RJ's? Meta fil-fatt kienet ittieħdet din id-deċiżjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija hija ta` natura purament kummerċjali u ma jidhirlix li jkun fl-interess tal-Kumpanija li nagħtiha. Id-deċiżjoni dwar il-bdil ta` RJ70s immaturat ruħha matul l-1997.
Leg 9 PQ #6976 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Industrija tat-tiġieġ — Regolamenti

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6646, jista' l-Ministru jinformani fuq liema kriterji huwa qed ikompli fuq l-istess prattika li sab għar-rigward tad-daqs tal-gaġġeġ/batteriji qabel il-5 ta' Settembru 1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li skond informazzjoni li għandi il-gaġġeġ kollha tat-tiġieġ f' Malta u Għawdex ġew kollha mpurtati mill-Ingilterra jew l-Olanda jew mill-Ġermanja. Dawn huma kollha pajjiżi fl-Unjoni Ewropeja u jaddottaw kriterji u direttivi ta'l-istess Unjoni. Malta la kellha u lanqas għandha kriteriji tagħha speċifiċi għar-rigward tad-daqs tal-gaġġeġ/batteriji tat-tiġieġ.