Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35635 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Konsumatur

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kontroll qed isir fuq il-piż tal-ħobż meta dan qed jinbiegħ? Kemm isiru inspections u x'passi ttieħdu matul din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li minn mindu ġie aġġustat il-prezz tal-ħobż, permezz tal-freephone 120, li huwa t-telefon fejn il-konsumatur iressaq l-ilment tiegħu lid-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni, saru għoxrin ilment. Dawn l-ilmenti ġew mgħoddija lill-Metrology Office li jagħmel parti mill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Istandards. Dan l-Uffiċċju għadu kemm ġie imwaqqaf u qed jingħata din il-funzjoni f'dan il-qasam.

Housing

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35486, jista' jgħid kemm intefqu f'din il-leġislatura għal dawn il-proġetti fil-Furjana, każ b'każ: i) tindif u tibjid tal-loġoġ mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar ii) riabilitazzjoni tad-dar ta' l-anzjani iii) embellishment madwar il-housing estate a) Triq il-Foss u b) f'Binja Vilhena mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #35651 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Interim From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Refurbishment

Question

Jista' il-Ministru jagħti rapport dettaljat dwar x'kien ix-xogħol ta' refurbishment li sar fl-isptar Monte Carmeli f'dawn l-aħħar tliet snin? Kemm intefqu flus f'dan ir-refurbishment? X'hemm ippjanat li jsir fil-futur bħal benefiċċju għall-pazjenti u għall-atmosfera ġenerali tal-lok?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #35266 Sitting 792 2002-09-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħofor ta' l-ilma u ta' spejjer antiki, reġistrati mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma, llum f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew rrapurtati /reġistrati din is-sena wara li nstabu imħaffra wara rapporti li saru lill-WSC? X'tip ta' ilma qed jitella' mill-ħofor u x'livelli ta' salinita'/kontaminazzjoni ġew reġistrati sal-lum mill-ispezzjonijiet li tagħmel il-WSC?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li n-numru ta' spejjer antiki u boreholes reġistrati mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma huwa kif ġej: Malta Għawdex Spejjer antiki (bejn l-1945 u l-1950) 3,016 1,833 Boreholes reġistrati sa Awissu 2002 3,482 1,860 Dawn jinkludu xi spejjer antiki ukoll. Bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena kien hemm 123 borholes f'Malta u 10 f'Għawdex li ġew reġistrati mal-Korporazzjoni. Fuq direttiva ta' l-Awtorita' tar-Riżorsi ta' Malta, b'seħħ mill-1 ta' dan ix-xahar, mhux qed tiġi aċċettata ebda reġistrazzjoni oħra ta' boreholes. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma għandha ebda nformazzjoni rigward il-kwalita' ta' l-ilma li qed jittella' minn dawn il-ħofor peress li l-ispezzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni kienu biss intiżi sabiex jikkonfermaw l-eżistenza jew le ta' tali ħofor.
Leg 9 PQ #35267 Sitting 792 2002-09-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ġonna Pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tal-ġonna pubbliċi li se jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-konsorzju il-ġdid tal-PPP (Private public partnership)? Jirriżulta li l-konsorzju se jingħata s-somma ta' kwart ta' miljun lira jew ta' nofs miljun lira Maltin? Jekk huwa l-każ, għala se jingħataw dawn il-flus? X'kundizzjonijiet se tkun marbuta mal-proprjeta' tal-poplu li se tgħaddi lil dan il-konsorzju?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ gonna pubblici u siti ohra li llum huma responsabilita` tal-“Urban and Rural Landscaping Section” u li qeghdin jigu kkunsidrati fl-ambitu tal-progett ta’ “Public Private Partnership”. Din il-lista harget bhala Appendici fid-dokument “Expression of Interest” imqassam lil dawk interessati fil-progett f’Ottubru 2001. Ma nhossx li tkun etika li naghti informazzjoni dwar arrangamenti finanzjarji meta n-negozjati ghadhom ghaddejjin.
Leg 9 PQ #35268 Sitting 792 2002-09-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-Gvern Malti ħalla daqstant il-ġibjuni ta' l-ilma abbandunati matul dawn l-aħħar 4 snin? Kemm hija il-ħażna ta' l-ilma li jieħdu dawn il-ġibjuni li tħallew jiddeterjoraw daqstant? Kemm hija n-nefqa meħtieġa sabiex jiġu attivi u riabilitati mill-ġdid?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 34822 waqt is-Seduta numru 783, il-kundizzjoni tal-ġibjuni li jintużaw għall-ilma tat-tisqija jew għal użu sekondarju, tvarja minn wieħed għall-ieħor. Għaldaqstant mhux faċli wieħed jikkwantifika n-nefqa meħtieġa biex issir il-manutenzjoni ta' dawn il-ġibjuni, ukoll meta wieħed iqis li ġibjun ta' l-ilma dejjem ikollu bżonn ta' manutenzjoni.
Leg 9 PQ #35269 Sitting 792 2002-09-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

NPAA

Question

Peress li r-rapport tal-NPAA li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jikkonferma li bi sħubija ta' Malta fl-UE se jgħolew il-prezzijiet ta' l-ikel u tal-materja prima, jista' il-Ministru jgħid kif dan sa jaffettwa l-industrija tat-turiżmu? Jista' jgħid mill-istudji li għamel il-Gvern kemm se jogħla l-foodcost għall-industrija tat-turiżmu wara li pajjiżna, b'effett tas-sħubija fl-UE, iġorr il-piżijiet tat-TARIC, special safeguards for agriculture produce, tat-tarif quotas, tal-GATT licence u jitlef il-benefiċċji tas-sussijdi tal-biedja kemm esterni u interni ta' l-UE stess?

Response (REFALO, MICHAEL)

Biex inkun nista’ nwiegeb ghall-mistoqsija b’mod korrett nitlob lill-Onor. Membru jiccita b’ezatezza s-silta/siltiet mill-NPAA li fuqhom mibnija l-mistoqsija tieghu.

NPAA

Question

Peress illi r-rapport tal-NPAA li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar seduta qabel il-vaganzi tas-sajf, jikkonferma li sħubija sħiħa ta' Malta se ġġib żieda fil-prezzijiet ta' l-ikel, kif fil-fatt qed jiġri fil-prezz tal-ħobża ta' kuljum, jista' l-Ministru jgħid x'studji għamel il-Gvern Nazzjonalista dwar l-impatt ta' dan l-għoli tal-ħajja fuq il-pensjonanti u l-familji ta' dħul żgħir jew medju? Kemm fil-fatt hija antiċipata ż-żieda fil-pensjonijiet u fil-pagi tal-ħaddiema sabiex tkopri għaż-żieda tal-preżżijiet fuq prodotti ta' l-ikel li ġġib is-sħubija ta' Malta fl-UE?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-premessa tal-Mistoqsija magħmula mill-Onor. Interpellant hija totalment żbaljata.
Leg 9 PQ #35271 Sitting 792 2002-09-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Sajf

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul dan is-sajf kemm kienet l-attendenza, ġimgħa b'ġimgħa, tat-tfal li attendew l-iskola sajf f'Malta u Għawdex, separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35504 Sitting 792 2002-09-25 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dipartiment ta' l-Artijiet — Għargħur - Triq Fra Duminku Mifsud

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li tteħditilha art mir-roads department (Ref.284/02 RD), liema art tinsab bejn Main Street u Triq Fra Duminku Mifsud , Għargħur se jiġi kkompensat meta l-plots li jmissu miegħu fuq kull naħa diġa` tħallsu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn stħarriġ li sar fir-records tad-Dipartiment ta` l-Artijiet, irriżulta li ma saret l-ebda talba għal espropriju mir-Roads Department għal l-art indikata li tinsab bejn Main Street u Triq Fra Duminku Mifsud u għalhekk il-persuna li dettalji tagħha intbagħtu separatament ma tistax tiġi ikkumpensata.
Leg 9 PQ #35505 Sitting 792 2002-09-25 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Scholarships

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nies fil-korp tal-pulizija li temmew b'suċċess l-għoti ta' scholarship u allura preżentament għandhom status akkademiku jew professjonali? Peress li ħarġet sejħa għal postijiet ta' spetturi tal-pulizija huwa evidenti li hemm numru ta' vakanzi x'jimtlew f'dan ir-rank, allura jista' il-Ministru jgħid għaliex mhijiex tintuża l-proċedura promulgata f'Artiklu 18 (a) tar-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku meta l-korp tal-pulizija diġa` għandu nies gradwati għax gawdew sponsorship u allura tħallsu mill-fond konsolidat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 7 membri tal-Korp tal-Pulizija li temmew b`suċċess sponsorship mill-Korp fl-Universita`. Il-promozzjonijiet għal Spetturi fil-Korp tal-Pulizija, isiru wara li jkun intemm b`suċċess il-kors ta` sena fl-Universita` ta` Malta li jwassal għac-Certificate in Policing, skond kif provdut f`regolament 16 tar-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, liema regolament jirreferi għalih ir-regolament 18(a) ta` l-istess regolamenti. Kull membru tal-Korp li jkun imħajjar li javvanza u jkollu l-kwalifiki meħtieġa jista` japplika sabiex ikun ikkunsidrat għal din il-promozzjoni.
Leg 9 PQ #35260 Sitting 791 2002-09-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produzzjoni Lokali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hija l-kwota tal-produzzjoni lokali tal-ħalib frisk li talab il-Gvern lill-UE fil-proċess tan-negozjati? Fejn waslet din il-proposta u kemm hija ż-żieda tal-kwota li ntalbet meta ipparagunata ma' dik attwali? Meta fil-fatt l-UE se tirtira s-sistema tal-kwoti tagħha tal-ħalib frisk għall-pajjiżi membri fis-sena 2006 u/jew fl-2008?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-kwota tal-ħalib żejda mitluba mill-Gvern Malti fin-negozjati se tirrifletti ż-żieda ta' 25% fl-effiċjenza tal-merħla preżenti. L-UE għad trid tagħmel review tal-kwota tal-ħalib fis-sena 2003.
Leg 9 PQ #35261 Sitting 791 2002-09-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Produtturi tal-Laħam

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li filwaqt li qed iħeġġeġ lill-produtturi tal-laħam tal-majjal sabiex iżidu l-produzzjoni qed jinnegozja ma' l-UE sabiex dawn ma jaċċedux il-kwota attwali lokali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma' l-Unjoni Ewropea qed ikun negozjat id-dritt li Malta żżomm sistema ta' kwota tal-majjal fuq bażi ta' miżuri ambjentali. Ma jfissirx li l-kwota ma tistax tiżdied jekk is-sistema ta' Waste Management fl-irziezet titjieb b'mod li ma jkunx hemm ħsara għall-ambjent.
Leg 9 PQ #35262 Sitting 791 2002-09-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prezz tal-Ħobż

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet iż-żieda fil-prezz tal-ħobż lokali matul dawn l-aħħar 4 snin, sena b'sena? X'taħlita ġdida se jibda jkun fih il-ħobż tagħna skond kif tħabbar fuq il-mezzi tax-xandir? Jista' jpoġġi kopji tar-rakkomandazzjonijiet li saru u ntbgħatu lill-furnara sabiex josservaw u jatwaw din it-taħlita ġdida?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-prezz ta' ħobża kbira tal-Malti matul dawn l-aħħar snin żdied kif jidher hawn taħt: DATA TAŻ-ŻIEDA PREZZ Marzu 1990 11ċ Jannar 2000 15ċ Awissu 2002 16ċ It-taħlita ġdida tad-dqiq ser tkun ippreparata mill-mitħna li titħan il-qamħ u li fiha ser ikun hemm addittivi li permezz tagħhom għandhom jitjiebu il-konsistenza u l-kwalita' tad-dqiq li jintuża għall-ħobża tal-Malti.

Mtarfa By-pass

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se jiswa x-xogħol tal-blokki tal-konkos li saru u qed isiru fiż-żewġ naħat tal-by-pass ta' l-Imtarfa? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra koppja tal-permessi ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar li nħarġu għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ninsab infurmat illi x-xogħol tal-blokki tal-konkos li qed jitpoġġew bħala cladding fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kif ukoll it-tqegħid tagħhom huwa stmat i jiswa Lm24,492.00 Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi li nħarġu mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal dawn ix-xogħlijiet.

San Pawl il-Baħar By-pass

Question

Jista' il-Ministru jgħid iħossx li l-by-pass ta' San Pawl il-Baħar għandhiex tiġi irranġata sabiex ma tkompliex tikkawża aktar inkonvenjent u periklu lis-sewwieqa u r-residenti? Jista' jinfurmani meta fil-fatt se jsiru x-xogħlijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li ingħatat Letter of Acceptance għax-xogħolijiet ta' tiswija (patching works) f'partijiet tal-bypass ta' San Pawl biex jitnaqqas kemm l-inkonvenjent kif ukoll il-periklu għas-sewwieqa.

MIDI — Mina f'Tigne

Question

Jista' il-Ministru jinfurmani minn se jkun responsabbli mill-periklu li ġie ikkawżat fil-mina li se tinbena f'Tigne mill-MIDI? Jista' il-Ministru jinfurmani kif qed jippermetti li tiġi żviluppata l-mina li skond l-atkins report li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, m'hijiex konformi mar-regoli tas-safety tat-tunnels tal-UE?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru. 34774.

San Ġiljan — Embelishment

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jibda u jitlesta x-xogħol ta' embelishment f'Pjazza Spinola ta' San Ġiljan? Jista' jgħid fiex ser ikun jikkonsisti dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol li se jkompli bih il-Gvern preżenti jikkonsisti f'dan li ġej: titjib fl-immaniġġjar tat-traffiku fi Pjazza Spinola sistema ġdida ta' 'storm water' fl-inħawi bankini u 'street furniture' ġodda fl-inħawi.

Balluta — Embelishment

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jibda u jitlesta x-xogħol ta' embelishment fil-parti tal-Promenade li minn ħdejn in-Neptunes Pitch twassal sa' quddiem il-kunvent tal-Karmelitani fil-Balluta? Jista' jgħid fiex ser ikun jikkonsisti dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol li se jkompli bih il-Gvern preżenti jikkonsisti f'dan li ġej: twessiegħ tal-bankina fuq in-naħa tal-baħar li jinkludi bini ta' ħitan u xogħol relatat ta' natura marittima wiċċ tat-triq ġdid minn ħdejn is-City of London Bar sa fejn Pjazza Balluta bankini ġodda n-naħa tar-residenti minn ħdejn in-Neptunes Pitch sa fejn il-Kunvent tal-Karmelitani rilokazzjoni u tqegħid ta' servizzi kif ikun meħtieġ, inkluż arbli dekorattivi tad-dawl. Ix-xogħol mistenni jibda fil-bidu ta' Ottubru u jitlesta sa l-aħħar ta' Ġunju 2003.