Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7154 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Xagħra — Għawdex - Pjazza Vitorja - Estensjoni ta' drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-estensjoni tas-servizz tad-drenaġġ fi Sqaq fi Pjazza Vitorja, Xagħra, Għawdex, kienx inkluż fl-offerta li nħarġet għall-estensjoni tad-drenaġġ fil-pjazza msemmija? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, għaliex l-estensjoni msemmija ma tkomplietx meta f'dan l-isqaq hemm joqogħdu sitt familji? Din l-estensjoni se titkompla? Jekk m'hijiex se titkompla, għaliex it-trinka li saret tħaffret madwar 4.3 metri speċifikament biex isir id-drenaġġ f'dan l-isqaq? Il-ħlasijiet konnessi ma' din l-offerta għaddew lill-kuntrattur?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-isqaq imsemmi huwa inkluż fl-offerta li nħarġet għall-estensjoni tad-drenaġġ fil-pjazza Vitorja, Xagħra. Din l-estensjoni ser titkompla fl-isqaq u s'issa ma sar l-ebda ħlas fuq dan ix-xogħol.
Leg 9 PQ #7155 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar mentali

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-isptar mentali f'Għawdex m'għadux igawdi s-servizz ta' psikjatra residenti meta tant hemm il-ħtieġa għalih? Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx professjonisti Għawdxin ikkwalifikati biex jagħtu dan is-servizz? Jekk fl-affermattiv għaliex dan is-servizz qiegħed jiġi mċaħħad lill-poplu Għawdxi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7156 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru tas-Saħħa

Għawdex — Sptar Ġenerali - Servizz ta' kirurġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizz tal-kiruġija fl-isptar ta' Għawdex mogħti mill-barranin, huwiex wieħed sodisfaċenti u li jixraq lill-poplu Għawdxi? Jidhirlu l-Ministru li wasal iż-żmien li fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex jiġu appuntati kirurgi Maltin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Direttur tal-Kirurġija hu sodisfatt bil-kwalitajiet professjonali tal-kirurġi barranin li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta'Għawdex. Nittama li meta l-Ministeru għal Għawdex joħroġ sejħa għall-applikazzjoni għal kirurġi f'Għawdex ikollu rispons pożittiv minn kirurġi Maltin mhux bħal ma kellha kemm il-darba fil-passat meta d-Diviżjoni tas-Saħħa ħarġet dawn l-applikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #7187 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Yacht Marina

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi studju li sar (jekk sar) dwar dak li qal l-istess Ministru li yacht marina fil-Kottonera ma tirrendix?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Diġa' indikajt li dan hu l-parir li tat l-Awtorita' Marittima meta l-Gvern staqsa lill-istess Awtorita' riditx tagħmel l-investiment meħtieġ min-naħa tagħha.
Leg 9 PQ #7188 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Qbid ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet maqbuda droga mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum? X'tip ta' droga kienet? Minn fejn inqabdet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar droga maqbuda bejn l-1 ta' Jannar, 1999, u d-19 ta' Mejju, 1999, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 24.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #7189 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Baċir Nru. 1 — Vapuri

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' vapuri li daħlu jagħmlu xogħol fil-Baċir Nru. 1 mill-1996 sal-lum? Kemm dam fil-baċir kull vapur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7190 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu liċenzji sa l-aħħar ta' Marzu, 1999 għal: a) ġarr ta' armi għall-kaċċa; b) insib; u c) arma biex tinżamm id-dar biss?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 24.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #7191 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Postijiet fuq art possession and use

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir xi ħaġa sabiex dawk il-persuni li għandhom post tal-gvern mibni fuq art possession and use ikunu jistgħu jixtruha?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 24.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #7192 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm retail outlets ġodda fl-areas li ngħataw mill-gvern liż-żewġ consortia għall-proġett tal-Kottonera? X'tip ta' negozju se jkunu qed jagħmlu dawn ir-retail outlets?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 5625.
Leg 9 PQ #7197 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Naltacom — Early Retirement Scheme

Question

Jista' l-Ministru jinformani jekk il-Maltacom plc hijiex se żżomm l-early retirement scheme li għandha bħalissa jew jekk huwiex il-ħsieb li din tiġi riveduta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7203 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru tas-Saħħa

Għawdex — Kirurgi Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru wara r-rapporti li dehru fil-ġurnal lokali "The Malta Independent" ta' l-allegat racket ta' kirurgi li qegħdin jabbużaw minn pazjenti Għawdxin? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati ta' dawn l-investigazzjonijiet? X'passi ttieħdu biex jiġu kkontrollati dawn l-abbużi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u għalhekk mhux prudenti li jingħataw dettalji f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #6407 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Uffiċċju Konġunt — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Uffiċċju Konġunt mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija, fl-Uffiċċju Konġunt ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda, ħlief għal persuna waħda li kienet taħdem f'dan l-istess Uffiċċju, u li wara li din laħqet l'eta` ta' l-irtirar ġiet impjegata bħala konsulent b'kuntratt għal 6 xhur. 19.05.99 (p.m.)

Agrikoltura u Sajd — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (ZAMMIT, NINU)

Mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #6409 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li mill-1 ta' Jannar 1996 sas-26 ta' April b'kollox ġew ingaġġati 10 ħaddiema ġodda mad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex kif jidher hawn taħt: i) sitt (6) Ward Clerical Assistants. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' dawn il-postijiet kienet ħarġet fil-5 ta' Apirl 1995; ii) midwife u enrolled nurse, lkoll fuq bażi part-time, li kienu applikaw lid-Dipartiment biex jiġu ingaġġati fil-21 ta' Ottubru 1998 u s-16 ta' Mejju 1997 rispettivament; u iii) substitute Chaplain u Chaplain skond il-proċedura tas-soltu, jiġifieri wara li dawn ikunu bagħtu applikazzjoni lid-Dipartiment konċernat u jkunu saru arranġamenti mal-Kurja ta' l-Isqof u mas-Superjuri tagħhom.
Leg 9 PQ #6410 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Gozo Channel mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Tista' tgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, tista' l-Ministru tgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6411 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment ta' l-Ambulanzi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Ambulanzi mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fit-taqsima tat-Trasport la mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 t'April 1999 u lanqas meta ħarġu l-applikazzjonijiet għall-postijiet ta' Ambulance Driver.
Leg 9 PQ #6412 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tas-Saħħa mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' mpjegati ġodda mad-Diviżjoni tas-Sahha mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 t'April 1999 huma sbatax: L-informazzjoni mitluba dwarhom hija kif ġej: Grad Nru Data tas-sejħa għall-applikazzjonijiet Physiotherapist 3 11.11.98 Staff Nurse 2 06.11.98 Enrolled Nurse 1 11.11.98 Pharmacist 1 18.03.99 Pharmacy Technician 1 09.06.98 ----- 8 _____ 9 House Surgeons (Dentistry) ġew impjegati fuq bażi każwali fit-12 t'April 1999. F'dan il-każ ma toħroġx sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda saret rakkomandazzjoni fit-12 t'April 1999 stess lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Publiku għall-ħatra tagħhom fuq bażi permanenti.
Leg 9 PQ #6700 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Qormi — Trasport għall-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex m'hemmx servizz provdut għat-tfal ta' l-iskejjel primarja f'Ħal Qormi, minkejja li ċertu nħawi huma 'l bogħod mill-iskejjel imsemmija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'Ħal Qormi hemm żewġ skejjel primarji u ma jidhirx li hemm tfal li joqgħodu iżjed il-bogħod minn 1.6 kolometru miż-żewġ skejjel.
Leg 9 PQ #6701 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel primarji — Trasport b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema każi jiġi pprovdut it-trasport b'xejn lit-tfal għall-iskejjel primarji? Kemm fil-fatt iridu jkunu joqgħodu 'l bogħod?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li biex jiġi provdut trasport b'xejn għat-tfal ta' l-iskejjel primarji irid ikun hem 1.6 Kilometru (1 Mile) l-bogħod mill-iskola.
Leg 9 PQ #6702 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Trakkijiet tar-refuse

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' monitoring qiegħed isir biex ma jsirx parkeġġ ta' trakkijiet tar-refuse fit-toroq, minħabba s-sigurta' u l-iġene?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma tagħmilx it-tip ta' monitoring li rreferit għalih l-Onor. Interpellanti. Sakemm il-vetturi msemmija ma jkunux ipparkjati f'żona fejn il-parkeġġ ta' vetturi bil-mutur huwa pprojbit jew inkella jkunu ta' ostakolu, dan ma jitqiesx bħala kontravenzjoni. 19.05.99 (p.m.)