Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni — Każ dwar razzett
Question
Jista' l-Prim Ministru jispjega fejn wasal il-proċess ta' kumpens dovut lill-persuni, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, dwar ir-razzett tagħhom li dwaru kien hemm żewġ deċiżjonijiet kemm tal-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni u kemm tal-Kummissjoni li tinvestiga l-Inġustizzji?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Għalkemm, kif għidt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1541, teżisti diffikulta dwar id-disponibilita ta' art pubblika f'Għawdex li hija addattata għall-iskop in kwestjoni, ninsab infurmat li qed isiru laqgħat f'Għawdex bejn il-partijiet kollha konċernati biex tiġi identifikata biċċa art tal-Gvern f'Għawdex li fuqha jkun jista jinbena razzett kif rakkomandat mill-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji.
Peress illi għar-rigward tal-bini f'Mongur Street, Għarb, Għawdex imsejjaħ "Il-Villaġġ tas-Sbejħa" il-permessi għadhom ma ġewx regolarizzati, kif qegħdin l-operaturi jitħallew joperaw u addirittura jinħarġu l-permessi mill-Ministeru tat-turiżmu qabel ma tiġi solvuta darba għal dejjem il-problema tar-razzett ta' l-aħwa Agius?
Response (REFALO, MICHAEL)
It-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 6578 tat-28 ta' April 1999 hija ċara. Il-permessi li nħarġu mill-'H.C.E.B.' jappartjenu biss għal dawk l-appartamenti li, skond il-qbil li sar fil-Qorti t'Għawdex bejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u d-'developers', huma mibnija 'skond il-permessi u ma jimplikaw ebda ksur tal-liġi'.
Jista' l-Ministru jara li tiġi mibdula bozza li tinsab fuq Remissa F/H, Sqaq il-Bidni, Limiti tal-Bidni, Zabbar li ilha xhur maqtugħa minkejja li ilha rapportata?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Enemalta biex tieħu l-passi meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kull meta jitnaddfu l-bajjiet tan-nofsinhar ta' Malta? Jista' jelenka kemm-il darba tnaddfet kull bajja f'din iż-zona f'dawn l-aħħar ħames xhur?
Response (REFALO, MICHAEL)
Il-kuntratti li hemm bejn id-Dipartiment tat-Turiżmu u Kunsilli Lokali fin-Nofsinhar ta' Malta dwar it-tindif tal-bajjiet jinkludu 'work plan' għal kull bajja. F'din il-'work plan' hemm indikat ix-xogħol li għandu jsir kif ukoll il-frekwenza u f'liema żmien tas-sena. Madankollu minħabba xi maltempata li tista' tinqala' sabiex ineħħi l-kwantita' kbira ta' alka li tista' tidħol fil-bajjiet jeżisti grad ta' flessibilita' fix-xogħol. Barra minn dan, id-Dipartiment kemm-il-darba laqa' talbiet minn Kunsilli Lokali biex inaddaf postijiet storiċi bħal per eżempju Sant'Anġlu u Għar Ħasan.
Ta' min igħid ukoll li perijodikament jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra l-marki li jkunu taw l-Ispetturi tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali li juru l-istat tal-bajjiet minn żmien għal żmien u l-effiċjenza tax-xogħol tal-ħaddiema li jnaddfu dawn il-bajjiet.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti li jattendu l-iskejjel statali maqsumin fi bniet u subien u f'kindergartens, skejjel primarji, sekondarji u post-sekondarji?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tfajliet u nisa miżżewġa li qegħdin jieħdu trattament kontra l-abbuż tad-droga? Kemm minnhom għandhom it-tfal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skond l-aħħar statistika jiġifieri dik ta' April, 1999, in-numru ta' tfajliet u nisa miżżewġa li kienu qegħdin jieħdu trattament kontra l-abbuż tad-droga minn ġewwa ċ-Ċentru tad-Detox f'Malta, kien ta' 63. Minn dawn hemm 22 mara li għandhom it-tfal.
24.5.99
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw tenders minn Settembru, 1998 mill-Ministeru għal Għawdex, kemm kien il-prezz ta' kull tender u lil min ġew awarded l-istess tenders? Tista' l-Ministru tgħid ukoll jekk ingħatawx xi direct order u jekk fl-affermattiv, kemm-il direct order ingħataw minn Settembru, 1998 sal-lum u lil min u kemm kienet tiswa kull direct order li ngħatat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6901, jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-ħaddiema tal-P.M.O. fuq l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq, ladarba l-ftehim li hemm bejn l-M.U.S. u l-F.M.S. se jiġi tterminat?
Response (GALEA, LOUIS)
Tlabt li l-informazzjoni mitluba tinġabar biex tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu karozzi impressed fid-dikasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Kemm karozzi mpressed ġew trasferiti għad-dekasteru tiegħu minn dipartimenti oħra?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi li sarilhom moulding għall-hearing aids u li għadhom bla hearing aid? Kemm ilhom bla hearing aid? Kemm hi l-eta' ta' dawk li qed jistennew hearing aid?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' pazjenti li sarulhom ear impressions u qegħdin jistennew il-moulds hu ta':-
Adulti ('fuq minn 16-il sena) :220
Tfal (sa 16-il sena):55
Peress li ear moulds huma manifatturati barra minn Malta, l-istennija għal ear moulds tvarja minn ftit ġimgħat sa seba' xhur. Din is-sitwazzjoni qed tiġi rimedjata għaliex saru l-arranġamenti neċessarji wara li l-kumpanija minn barra talbitna li tithallas bil-quddien tax-xogħol. Il-moulds mistennija jaslu dalwaqt.
Mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum, jista' l-Ministru jgħid kemm saru pre-screening counselling fid-Dipartiment tas-Saħħa? Minn min saru f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jekk nassumu li l-pre-screening counselling qed jirreferi għal dak li jingħata qabel ma jsir it-test ta' l-HIV. Mill-ewwel ta' Jannar sa l-aħħar ta' April fid-dipartiment tas-Saħħa saru 1222 test għall-HIV. It-tabib li jiffirma għal dan it-test huwa obligat li jagħmel il-counselling meħtieġ mal-persuna li qegħda tiġi screened.
Il-Caritas joffru servizz bl-isem ta' Xefaq fejn persuni li talbu t-test ta' l-HIV jiġu mogħtija l-counselling fil-każ li t-tabib iħoss dan il-bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru lectures lid-dijabetiċi bejn Marzu, 1998 u Marzu, 1999? Kemm pazjenti kienu mistiedna u kemm attendew għal kull sessjoni? Minn min saru dawn il-lectures u xi kwalifiki ta' tagħlim għandhom f'kull każ?
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru tranfers ta' pazjenti mid-Diabetic Clinic għal Health Centre minn Marzu, 1998 sa Marzu, 1999? Għal kull każ: 1) kull konsulent, kemm irrifera; 2) kemm kien hemm irġel; 3) kemm kien hemm nisa; 4) kemm kienu ilhom dijanjosati; 5) minn dawk li kienu diġa' f'health centre, f'liema sena ġew riferuti lid-Diabetic Clinic? F'kull każ, jista' l-Ministru jgħid f'liema health centre ġew riferuti?
Jista' l-Ministru jara li s-siġar li nżergħu s-sena l-oħra f'Wied il-Għajn u San Tumas jissaqqew?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma taf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li tirreferi l-mistoqsija taghha lill-Kunsill tal-Lokalita` billi l-funzjoni li qed tirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Tista' l-Ministru tgħid kemm se jiswa x-xogħol ta' paving ta' Triq ir-Repubblika, fir-Rabat, Għawdex u jekk l-istess xogħol huwiex isir mill-ħaddiema tal-gvern jew permezz ta' xi kuntrattur privat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xogħol ta' paving li qiegħed issir fi Triq ir-Repubblika huwa stmat li jiswa Lm2100.00. Dan ix-xogħol qiegħed isir mill-ħaddiema tal-gvern.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi xoljiet il-Project Management Office li kien imsemmi fil-bini ta l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-F.M.S. ma għandha l-ebda relazzjoni kuntrattwali mal-`Project Management Office` (P.M.O.) u għal daqstant ma xoljietx l-P.M.O. Il-ftehim għat-tmexxija tal-proġett kien mal-`Malta University Services Limited` (M.U.S.).
L-F.M.S. itterminat dan il-ftehim bi preparazzjoni għall-kuntratt ta' `Design and Built' u anke għaliex l-iskop tal-P.M.O. kif maħsub taħt il-kuntratt l-antik (measured contract) ma japplikax għal kuntratt l-ġdid.
Jaf il-Ministru li l-karozzini fl-Imdina qegħdin jgħaddu kontra l-one-way u dan mit-Triq Villegainon, Mdina minħabba li quddiem u fejn ix-Xara Palace Hotel fejn/ma St. Paul's, Mdina hemm slabs bojod li ż-żiemel jibża' minnhom? Jaf il-Ministru li din hija problema serja fiċ-ċirkostanzi?