Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6888 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti għax-Xjenzja u t-Teknoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Jannar 1999 sa April 1999 kemm-il darba ltaqa' l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija? X'deċiżjonijiet importanti ttieħdu dwar l-azzjoni li se tittieħed minn dan il-kunsill tul l-1999? Xi pjan ta' ħidma qed jaħdem fuqu għal matul l-1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Jannar '99 sa April '99, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija iltaqa` erba' darbiet. Il-linji ġenerali ta' pjan ta' ħidma tal-Kunsill huma imfissra fid-dokument li ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #6889 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Raħal Ġdid — Ipoġew

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiftaħ l-Ipoġew mill-ġdid, peress li f'mistoqsija preċedenti ngħatajt it-tweġiba li dan kellu jiftaħ f'April 1999 u dan ix-xahar għadda u ma nfetaħx? X'inhuma r-raġunijiet li x-xogħol waqa' lura?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Kollega għat-tweġiba diġa` mogħtija għall-Mistoqsija numru 5338.
Leg 9 PQ #6890 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bank of Valletta — Tempji ta' Ħal Tarxien

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol mill-Bank of Valletta biex it-tempji ta' Ħal Tarxien jiġu riabilitati u ppreżentati aħjar u b'mod interattiv għall-pubbliku u bi struttura maniġerjali moderna?

Response (GALEA, LOUIS)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt xi tlett ġimgħat ilu għall-istess Mistoqsija ta' l-Onor. Kollega.
Leg 9 PQ #6891 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bighi — Skola tas-Snajja' - Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mil-istudenti u għalliema ta' l-iskola tas-snajja' ta' Bighi issa li l-gvern ħa deċiżjoni li jagħlaqha? X'użu se jagħmel il-gvern mill-bini ta' din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra

Anzjani — Servizz ta' homehelp

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex l-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, naqsulha l-ħin tal-home help meta bħalissa tinsab fi problema ta' dawl fl-għajnejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament f'Marzu 1999 żdiedulha sagħtejn oħra ta' Home Help f'Marzu li għadda. Ma jirriżultax li kellha tnaqqis ta' siegħat. 24.5.99
Leg 9 PQ #6947 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Arblu tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li cable tad-dawl quddiem u mar-residenza, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, jinħareġ 'l barra mill-faċċata tad-dar minħabba l-periklu ta' high tension, peress li huwa 3 phase u wara li xogħol simili sar f'toroq oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li għalkemm mhemmx periklu mill-linji tal-low tension fl-inħawi indikati mill-Onorevoli Interpellant, dawn il-linji ser jinħarġu l-barra kif sar f`toroq oħra fl-inħawi.

Toroq — Turġien fuq bankini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-regolamenti dwar turġien ta' fuq il-bankini, peress li xi kultant minħabba fihom wheelchair ma jkunx jista' jgħaddi?

Response (GATT, AUSTIN)

Gejt infurmat li turgien kostruwiti fuq il-bankini huma meqjusa bhala encroachment skond il-Kodici tal-Pulizija, Cap. 10.

Djar — Liġi tal-kera

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-liġi tal-kera għal min jikri dar tiegħu lill-privat tinbidel? Jekk iva, x'tip ta' tibdil hemm il-ħsieb li jsir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed nistenna r-rapport finali tal-Kummissjoni dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet tal-Kera li kienet twaqqfet xi żmien ilu. Għalhekk għadu prematur li nagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru. 24.05.99
Leg 9 PQ #6971 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment ta' l-Ambjent — Ħlas ta' sahra

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5448, li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li ġiet riferuta lilek, ċioe' jista'jara għaliex il-persuna anzjana, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ħaditx overtime li kienet għamlet mill-1 sat-30 ta' Settembru, 1997 fil-Ġnien tax-Xlejli, l-Gudja bħala watchman tal-PWD?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija li l-partikolaritajiet tagħha intbagħtu separatament spiċċat mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fis-16 ta' Settembru 1994 u qatt ma rritornat lura lejn dan id-Dipartiment. Minn informazzjoni oħra li ġbarna nstab li dan ġie 'medically boarded out' fil-15 ta' Awissu 1997, mill-VAT Department, jiġifieri ma setax ħadem overtime f'Settembru 1997 aktar u aktar ma' dan id-Dipartiment wara li dan kien spiċċa.
Leg 9 PQ #6978 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

CCF — Akkademja għal securities

Question

Peress li riċentement kien ġie propost li ssir akkademja għal securities li jaħdmu fil-Ħabs ta' Kordin "CCF" bil-għan li għall-futur ikun hemm aktar kontroll professjonali tat-tmexxija fiċ-ċentru ta' korrezzjoni, sabiex il-priġunieri jingħataw aktar sens ta' korrezzjoni, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi? Fil-fatt ġiet maħtura kummissjoni sabiex tistudja din il-possibilta'? Jekk iva, min huma l-membri tagħha? Jekk le, għaliex?

Response (BORG, TONIO)

M'hemmx il-ħsieb li tinfetaħ akkademja għall-gwardjani tal-ħabs billi għal l-iskop ta' taħriġ dejjem ġew utilizzati mingħajr l-ebda diffikulta il-faċilitajiet provduti fl-Akkademja tal-Pulizija. 24.05.99 (a.m.)

Impjiegi — Irtirar mix-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-eta' ta' l-irtirar mix-xogħol issir ta' aktar minn 61 sena? Jekk iva, kemm se tkun l-eta' u meta se tiġi fis-seħħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li diga' kelli l-opportunita', fil-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari, li ninforma lil din il-Kamra dwar il-pożizzjoni ta' dan il-Gvern fir-rigward tal-pensjonijiet ta' pajjiżna. Għaldaqstant nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġibiet tiegħi għal mistoqsijiet tiegħu, numru 3985 u numru 4335. Fil-ġimgħat li għaddew ħabbart il-ħatra taċ-Ċhairman tal-Kummissjoni Nazzjonali. Dalwaqt jitħabbru r-rappreżentanti l-oħra fuq din il-Kummissjoni biex tkun tista' tibda l-istudji tagħha biex fl-aħħar twassal rakkomandazzjonijiet dwar xi tibdil li jkun meħtieġ fl-iskema tal-pensjoni. Nerġa' nappella lill-Oppożizzjoni Laburista biex taċċetta l-istedina tal-Gvern biex ninomina rappreżentant fuq din il-Kummissjoni Nazzjonali. 24.05.99

Baħrija — Kaxxa ta' l-ittri

Question

Peress li kien hemm diversi talbiet sabiex issir letter box fil-Baħrija, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi u ċioe' jara li din fil-fatt issir fl-affermattiv?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-Baħrija diġa hemm kaxxa ta` l-ittri li tinsab fil-pjazza ħdejn li `stage` tal-karozza tal-linja. Hu maħsub li din hija biżżejjed għar-residenti tal-lokal u għalhekk ma hemm l-ebda ħsieb li titwaħħal kaxxa ta` l-ittri oħra.
Leg 9 PQ #6984 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Proġett tal-Kottonera — Squatters

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6845 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid kif u fejn se tpoġġi l-isquatters li hemm fl-inħawi fejn se jsir il-proġett tal-Kottonera? Jekk dan se jsir, tista' tgħidli meta ġew informati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern bi ħsiebu jimxi skond il-poteri mogħtija lilu mill-liġi.
Leg 9 PQ #6985 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Riċevuti fiskali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li tmur tagħmel viżita lill-psikoloġista għandux dritt li jitlob irċevuta fiskali talli ħallas Lm55, għaliex dan minflok kitiblu biċċa karta flok l-irċevuta fiskali? Il-gvern għandu nies apposta li josservaw dan l-abbuż fi ħwienet u postijiet oħrajn simili? Jekk iva, kemm inqabdu persuni li abbużaw b'din l-irċevuta fiskali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-hrug ta` rcevuta fiskali huwa l-obbligu tal-persuna li taghmel il-provvista. Fil-kaz ta` professjonist l-ircevuta ghandha tinhareg minnufih wara li jsir il-hlas. Jekk persuna ma` tinghatax ircevuta fiskali, tista` tinforma lid-dipartiment anke b` mod kunfidenzjali, biex jittiehdu l-passi mehtiega. L-ispetturi tad-Dipartiment tal-VAT kontinwament jaghmlu zjarat u spezzjonijiet fi hwienet u postijiet ohra tan-negozju. Bejn l-1 ta` Jannar u t-30 t` April ta` din is-sena, saru 2,470 spezzjoni u żjarat ohra f` postijiet ta` negozju u kien hemm 208 kazi li gew referuti biex jittiehdu passi bil-Qorti dwar nuqqas ta` hrug ta` rcevuti fiskali. Tabella dettaljata tal-visti li saru f` dawn ix-xhur hi annessa hawn taht: Xahar Spezzjoni ghal- Visti ta` Verifika ta` Kazi riferuti gharrieda Sorveljanza Ricevuti l-Qorti Jannar 119 50 108 12 Frar 565 99 80 61 Marzu 515 94 49 59 April 481 228 82 76 TOTALI 1,680 471 319 208
Leg 9 PQ #6986 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skejjel Speċjali - infermiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'suppost hu x-xogħol tan-nurses li huma mpjegati fl-iskejjel speċjali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond is-sejħiet għall-applikazzjoni għall-postijiet ta' Supervisory Nurses (Staff Nurse Grade II) fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li dehru fil-Gazzetta tal-Gvern tat-8 ta' Frar tal-1991 u dik tal-5 ta' Marzu tal-1993, id-dmirijiet tan-nurses li huma impjegati fl-iskejjel speċjali huma dawn: 1. Tieħu ħsieb id-diversi bżonnijiet tat-tfal bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel Speċjali matul is-sena skolastika u fis-summer camps. 2. Tgħin lill-uffiċjali mediċi fil-viżiti tagħhom fl-Iskejjel Primarji u Ċentri tal-Kindergartens waqt check-ups mediċi.
Leg 9 PQ #6987 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Furnara — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li s-sussidju li qed jingħata issa fuq id-dqiq lill-furnara fuq il-ħobża Maltija jibqa' jingħata jekk Malta tissieħeb fl-UE?

Response (BONNICI, JOSEF)

Hemm il-ħsieb li s-sistema ta` sussidju tiġi riveduta b`mod li jiġu mħarsa l-interessi tal-partijiet kollha kkonċernati, inklużi dawk ta` Malta fil-kuntest ta` sħubija fl-Unjoni Ewropea.

Ċentru ta' Taħriġ għall-Adulti — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-ħaddiema li jaħdmu fl-Adult Training Centre għandhomx il-kwalifiki meħtieġa biex iħarġu kif għandu jkun persuna b'diżabilita' adult? Xi kwalifiki għandhom? Kemm għandna ħaddiema trainers? F'liema istituzzjoni jinsabu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni qegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra. 24.05.99

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Peress li meta persuna tikkwalifika għall-benefiċċju SAF, tirreġistra għax-xogħol u jkollha numru biżżejjed ta' kontribuzzjonijiet, tkun intitolata għall-benefiċċju għad-disimpjieg u sadanittat tkun intitolata għal credits li jibqgħu jgħoddu sakemm il-klijenta tibqa' tirreġistra kontinwament, u peress li bosta drabi jiġri li l-ETC tibgħat lil dawn għal xi korsijiet jew għal xi interviews għax-xogħol u jekk ma jaċċettawx jew ma jattendux għall-korsijiet, dawn jinqatgħu mir-reġistrazzjoni bil-konsegwenza li jieqfu l-credits, xi ħaġa li tkun żvantaġġ għalihom biex jieħdu ħsieb il-qraba tagħhom, jista' l-Viċi Prim Ministru jara tistax issir xi emenda fil-liġi biex dan ma jibqax isir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Biex persuna tikkwalifika għall-Għajnuna Soċjali magħrufa bħala SAF hi trid tissodisfa, apparti il-kundizzjonijiet stabiliti skond Art 30(8) ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, it-test tal-meżżi. Normalment dawn il-persuni ma jirreġistrawx għax-xogħol għax ikunu impenjati ma min ikunu qed jieħdu ħsieb, iżda m'humiex preklużi li jirreġistraw għax-xogħol. F'każ li dawn jkunu jirċievu benefiċċju għal waqt il-qagħad, dan jitnaqqas mill-ammont ta' Għajnuna Soċjali li titħallas skond kif titlob il-Liġi. Il-Liġi tipprovdi wkoll li persuna li qabel ma bdiet tirċievi l-Għajnuna Soċjali (SAF) kienet taħdem u kellha mhux anqas minn medja fis-sena ta' għoxrin kontribuzzjoni mħallsa jew akkreditati, xorta waħda jkollha dritt għall-kontribuzzjonijiet akkreditati minkejja li ma tkunx qed tirreġistra. 24.05.99
Leg 9 PQ #6999 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Birkirkara — Triq is-Santwarju - Siġar

Question

Jista' l-Ministru jara li s-siġar fi Triq is-Santwarju, f'Birkirkara jiġu miżbura għaliex qed joħolqu inkonvenjent lir-residenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli nterpellant li r-responsabbilita tas-siġar li hemm fi Triq is-Santwarju f'Birkirkara hija tal-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #7000 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birkirkara — Sqaq Rajzi - Vitien ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jitlob lill-WSC tinvestiga jekk hux vera li hemm xi garaxxijiet fi Sqaq Rajzi, f'Birkirkara li għandhom vit bla arloġġ tad-dawl u li tali garaxxijiet ta' spiss iħallu l-kerrejja fil-viċin bla ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f`xi seduta oħra.