Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien in-numru ta' persuni rġiel u nisa jirreġistraw għax-xogħol bejn Jannar u April, 1999? Jista' l-Ministru jirrispondi l-istess mistoqsija għall-perijodu tas-snin 1998, 1997 u 1996?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.
24.5.99
B'riferenza għal-laqgħa li saret bejn il-Ministru u t-Torball Blind Association sabiex din l-għaqda tingħata l-Binja fl-Imtarfa ħalli tiżviluppa ċentru modern għall-membri tagħha, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
M'għandi xejn x'inżid mat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5045 tal-10 ta' Marzu, 1999, (Seduta Nru. 74).
24.5.99
Jista' l-Ministru jinformani meta beda/nfetaħ u għalaq l-istaġun tal-proċess tal-grading għall-esportazzjoni tal-patata għas-snin 99, 98, 97, 96 u 95? Jista' wkoll jagħti breakdown ġurnata b'ġurnata kemm ġiet graded patata? Jista' wkoll jagħti informazzjoni dwar kemm kienet ir-rata tal-kambju fis-snin imsemmija dejjem eskluża din is-sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta u kemm saru laqgħat mal-Project Management fuq il-proġett tal-Marina tal-Birgu? Jeżistu minuti ta' dawn il-laqgħat? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid jekk iltaqax ma' rappreżentanti tal-Works Department; tal-Working Construction; il-gvern u ż-żewġ consortia flimkien?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Naħseb li dħalna fid-dettal kollu meħtieġ fuq dan is-suġġett waqt id-dibattitu parlamentari li għadu kif sar.
Jista' l-Ministru jgħid x'hemm il-ħsieb li jsir fil-Festival Internazzjonali ta' l-Arti din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Filwaqt li nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6404, inżid ngħid li fil-bidu ta' din l-amministrazzjoni tlabt li fil-Ministeru nagħtu ħarsa mill-ġdid lejn il-Festival imsemmi bl-iskop li neżaminaw x'jista` jsir biex insaħħu l-identita` u l-kwalita` ta' din il-ħidma kulturali. Ħassejt li dan hu meħtieġ wara numru sew ta' snin li fihom konna qed insegwu l-istess forma, kif ukoll wara li rajna l-ħtieġa ta' innovazzjoni u bażi aħjar sew għall-parteċipazzjoni ta' artisti barranin kif ukoll għall-finanzjament tal-festival. Sadanitant l-attivita` kulturali ta' din is-sena, u ħafna minn dik tas-sena d-dieħla, ser jieħdu ħsiebha d-Dipartiment tal-Kultura u l-kumitat dwar iċ-Ċelebrazzjoni tal- Millenju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jistennew kidney transplant? Jista' jgħid x'inhuma l-etajiet tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Hemm 62 pazjent b'mard kroniku tal-kliewi u li qeghdin fuq dialysis u li qeghdin preżentament jistennew trapjant tal-kliewi.
L-etajiet ivarjaw bejn l-4 snin sa 80 sena.
Sena Numru ta'Pazjent/Pazjenti
------------------------------------------
4-10 2
20-29 4
30-39 10
40-49 16
50-59 20
60-69 8
70-79 2
__________________________________________
Total 62
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni qed jattendu korsijiet fiċ-ċentri u skejjel ta' fil-għaxija? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6857, jista' l-Ministru jgħid minn liema lokalita' huma n-nisa u l-irġiel issensjati bejn Ottubru, 1998 u Marzu, 1999? Minn liema postijiet tax-xogħol ġew issensjati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'xi Seduta oħra.
24.5.99
Jista' l-Ministru jgħid: a) kemm kien hemm inċidenti ta' ajruplani li daħlu fl-ispazju ta' l-ajru Malti mingħajr permess kemm ilhom li bdew l-attakki tan-NATO fuq is-Serbja u Kosovo; b) kien hemm permess għal xi ajruplani tan-NATO li jgħaddu mill-ispazju ta' l-ajru Malti matul dawn l-attakki fuq is-Serbja u Kosovo; c) kienx hemm kuntatt bir-radju bejn kontrolluri Maltin u l-ajruplani li daħlu fl-ispazju ta' l-ajru Malti mingħajr permess; d) jekk fl-affermattiv, ingħatax servizz ta' kontroll lil dawn l-ajruplani mill-kontrolluri Maltin, jew ġewx challenged biex jidentifikaw ruħhom; e) kemm minn dawk li ġew challenged fil-fatt identifikaw ruħhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Mill-ġurnata li bdew l-attakki fuq il-Yugoslavja kien hemm 7 okkażjonijiet fejn ajruplani mhux identifikati daħlu fil-Flight Information Region ta` Malta u f`okkażjoni minnhom żewġ ajruplani għaddew minn fuq it-territorju ta` Malta.
Fl-ebda każ ma ġie stabbilit kuntratt ma` l-ajruplani, minkejja li saru tentattivi f`dan is-sens. In-nazzjonalita` ta` dawn l-ajruplani mhix magħrufa.
Peress li fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 5713, il-Ministru tat-Trasport u Komunikazzjoni ta wieħed x'jifhem li s-sistema tar-radar ġdid li kienet ġiet installata fiċ-ċentru l-ġdid tal-kontroll ta' l-ajru f'Ħal Luqa kienet mistennija li tibda topera f'Awissu ta' l-1998, jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sistema fil-fatt toperax? Jekk fl-affermattiv, meta bdiet topera? Jekk fin-negattiv, x'inhuma r-raġunijiet li din mhijiex topera meta għaddew aktar minn sitt xhur meta kellha tibda topera? Meta hu ppjanat li din is-sistema tibda tintuża?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid: a) kemm kien hemm ħaddiema mpjegati mad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili fit-30 ta' April, 1998; b) kemm minn dawn ġiet offruta lilhom l-għażla li jmorru mal-MIA fl-1 ta' Mejju, 1998; c) kemm minn dawk li għażlu li jibqgħu mal-gvern, hemm postijiet stabiliti għalihom fid-DCA; d) kemm fil-fatt għad baqa' ħaddiema mad-DCA minn dawk li għażlu li jibqgħu mal-gvern u li ma għandhomx post stabilit mad-DCA; e) kif qed jiġu utilizzati dawn ir-riżorsi umani li m'għandhomx xogħol fid-DCA imma xorta għadhom ma ġewx ippostjati f'dipartimenti oħra tal-gvern?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fit-30 ta` April 1998 kien hemm 415 ħaddiem mhux militari u 209 ħaddiem militari li kienu jagħmlu parti mill-Airport Company u li kienu jagħtu s-servizz tagħhom lid-Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Ċivili.
Minn dawn il-ħaddiema 358 ħaddiema mhux militari u l-ħaddiema militari kollha ġew offruti l-għażla li jmorru ma` l-MIA. Minn dawn 302 ħaddiem għażlu li jmorru ma` l-MIA waqt li 208 ħaddiem militari għażlu li jmorru ma` l-MIA.
Minn dawk li għażlu li jibqgħu mal-Gvern id-Dipartiment kellu postijiet stabbiliti għal sitt ħaddiema fil-Motor Transport Section.
Hemm żewġ ħaddiema li għażlu li jibqgħu mal-Gvern li għadhom jirrapurtaw fid-Dipartiment u li għalihom ma hemmx xogħol stabbilit.
Id-Dipartiment mhuwiex f`pożizzjoni li jagħti xogħol lil dawn il-ħaddiema u hemm proċeduri għaddejjin mal-Management & Personnel Office għat-transfer tagħhom kif sar għall-ħaddiema l-oħrajn li ma għażlux li jmorru ma` l-MIA.
Jista' l-Ministru jgħid: a) jekk il-ħaddiema li kienu mad-DCA sa April, 1998 u li għażlu li jmorru mal-MIA bħala prova, humiex se jkunu f'pożizzjoni li jagħmlu l-għażla finali tagħhom dan ix-xahar kif kien oriġinalment ippjanat; b) jekk fin-negattiv, meta se tiġi finalizzata din il-kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-ħaddiema li kienu mad-DCA sa April 1998 u li għażlu li jmorru ma` l-MIA bħala prova ma kienux f`pożizzjoni li jagħmlu l-għażla finali tagħhom fl-aħħar tat-tnax -il xahar ta` prova kif kien stipulat fil-ftehim bejn l-Gvern, il-Unions u l-MIA. Dan ġara għal raġunijiet li ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-kumpanija jew tal-Gvern. Kif forsi jaf l-Onorevoli membru, hemm arbitraġġ li jrid jiddeċiedi fuq min ser jirrapreżenta lill-ħaddiema fid-diversi dipartimenti. Għaldaqstant lanqas hu possibli li wieħed jgħid meta ser tiġi finalizzata il-kwistjoni. Iżda il-ħaddiema jafu l-ftehim li sar f`April ta` l-1998 jgħid li jekk ftehim sħiħ u aħħari jintlaħaq wara li jkun skada l-perijodu ta` tnax -il xahar, il-perijodu ta` prova jintemm xahrejn wara d-data ta` l-iffirmar tal-ftehim kollettiv ma` l-MIA.
Il-problema li nqalgħet u li qed jbatu l-konsegwenzi ħżiena tagħha kemm l-MIA kif ukoll il-ħaddiema hija xhieda tan-nuqqas ta` pjanar serju li kien hemm meta saret id-deċiżjoni fuq il-ħaddiema tad-DCA fl-ewwel xhur ta` l-1998, l-aqwa li kienu akkomodati xi nies minn tal-qalba.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6257 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tara li jsir reserved parking quddiem ir-residenza, 59 Triq Pompei Rabat, Għawdex, peress li hemm persuna b'diżabilita'?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
24.05.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid x'sar min-negozjati biex jiġi rranġat ġnien Pawlu Boffa f'Raħal Ġdid? Hemm il-ħsieb li l-funtani jibdew jaħdmu? Hemm il-ħsieb li s-siġar jinżabru? Hemm il-ħsieb li l-gabbana tinfetaħ? Hemm il-ħsieb li tiġi rranġata l-irħama li tikkommemora lill-Pawlu Boffa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-għalliema fl-iskejjel tal-Knisja se jieħdu s-somma ta' Lm234 li l-għalliema fl-iskejjel statali ilhom ix-xhur li ħadu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-talba li saret mill-Awtoritajiet tal-Knisja sabiex l-għalliema fl-iskejjel tagħha jieħdu s-somma ta' Lm234 kull wieħed qed tkun ikkunsidrata. Hu mistenni illi tittieħed deċiżjoni dwar dan fl-iqsar żmien possibbli.